Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — lista ta' tenders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli ż-żona tas-Sriedaq fil-Mosta titnaddaf mill-ħmieg li hemm bħalissa, liema ħmieġ qed jattira ġrieden li qed jagħmlu ħsara lill-uċuħ tar-raba' tal-madwar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi ż-żona imsemmija hija taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali. Għalhekk nistieden lill-Onorevoli Interpellant sabiex jressaq il-mistoqsija lill-Onorevoli Prim Ministru li taħtu taqa’ ir-responsabbiltà għall-kunsilli lokali.
Mosta — tindif taż-żona tal-Knisja ta' San Pawl tal-Qlejja
Question
Jista' l-Ministru jieħu passi neċessarji biex iż-żona tal-Knisja ta' San Pawl tal-Qlejja, fil-Mosta titnaddaf u tibqa' tinżamm nadifa mill-imbarazz u l-ħmieġ li jigi mormi fl-akkwati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29282.
Jista' l-Minsitru jagħti tagħrif dwar jekk fil-qasam esperimentali tal-Għammieri jew x'imkien ieħor sarux esperimenti fuq tkabbir ta' siġar tal-frott ġodda f'Malta jew ta' prodotti agrikoli oħra li possibilment jistgħu jibdew jitkabbru f'Malta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 29324 u 28518
San Pawl il-Baħar — xogħol fuq ir-restawr tas-Salini
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta, fiżikament hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq ir-restawr tas-Salini, f'San Pawl il-Baħar? X'inhu x-xogħol kollu li mistenni jsir bħala parti mix-xogħol programmat? X'inhuma maħsuba li jkunu l-ispejjeż involuti biex dan ix-xogħol ikun jista' jitlesta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi fis-Salini huwa ppjanat li jinbeda fl-ewwel gimgħa ta' Jannar 2012. Dan ix-xogħol jikkonsisti fir-restawr tax-Ximenes Redoubt, bini ta' Underpass taħht Triq is-Salini, restawr tas-Salini, bini mill-ġdid tal-huts, tindif tal-garigue u reabilitazzjoni tas-salt marsh u landscaping.
Huwa stmat li l-progett ser jiswa madwar 7 miljun Ewro u huwa ffinanzjat mill-fond EAFRD tal-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jinvestiga u jgħid x'jista' jsir sabiex l-għalqa li hija immarkja b'X fil-pjanta li qed tintbgħat separatament, ikollha passaġġ pubbliku li s-sidien tal-għalqa jkunu jistgħu jużaw sabiex jidħlu f'din l-għalqa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn verifiċi li saru ma jidhirx li l-art li tifred l-għalqa msemmija mit-triq hi art tal-gvern. Però jekk l-Onorevoli Interpellant għandu informazzjoni oħra, nitolbu jressaqa. Fil-każijiet fejn l-art ma tkunx tal-gvern, id-dipartiment ma jistgħax jintervjeni.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu preżentati ċ-ċertifikati lill-parteċipanti kollha - jiġifieri s-sajjieda full-time u part/time li attendew il-kors safety at sea li sar bejn nofs Diċembru 2010 sa April 2011 mill-Fisheries Department u ngħata minn kumpanija ISTC? Jista' jivverifika u jikkonferma li ċ-ċertifikat ta' dan il-kors ingħata lil numru żgħir biss ta' sajjieda li pparteċipaw fih?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Niforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba n-numru mdaqqas ta’ sajjieda li kkonkorrew għal dan it-taħriġ u l-verifiċi neċessarji nkluża l-attendenza ta’ kull parteċipant qabel ma jkun jistgħu jinħarġu dawn iċ-ċertifikati, dan il-proċess ħa fit tul. Dan il-proċess issa kważi huwa konkluż u ċ-ċertifikati għandhom jitqasmu fil-ġimgħat li ġejjin, mhux aktar tard mill-aħħar ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux informazzjoni dwar fejn kien hawn swieni mħaddma mill-bhejjem, u fejn kien hemm imtieħen tar-riħ li kienu jintużaw biex itellgħu l-ilma għal użu agrikolu? Jekk le, jista' l-Ministeru jipprova jiġbor tali informazzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29352, ninfurmah li ma jeżistux records dwar kemm il-sienja kien hawn f’Malta, L-Onorevoli Interpellant japprezza li l-stess irdieden tar-riħ li jtellgħu l-ilma (Chicago Type Wind Pumps) li daħlu Malta snin ilu, kienu ssostitwew l-użu tas-sienja mħaddma mill-bhejjem.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm jistgħu jissewwew u jerġgħu jibdew jaħdmu mill-ġdid imtieħen biex jittella' l-ilma tal-pjan? Jista' jipprova jassigura li dawk l-imtieħen li għadhom jeżistu ma jitħallewx jitkissru bħalma ġralhom bosta oħra matul is-snin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29352
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nefqa globali fuq mobile phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-mobile phones (kemm xiri kif ukoll it-telefonati) għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-nefqa tad-dikasteri u entitajiet fi ħdan dan il-Ministeru għall-perjodu imsemmi kienet ta’ €99,305
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru proġetti kbar ta' tisbiħ ta' ġonna u bini mill-ġdid ta' ġonna mis-sena 2000 sal-lum u fejn saru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Fid-dawl tal-volum ta’ records li jridu jkunu kkonsultati biex tinġabar l-informazzjoni mitluba, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħatat f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq il-proġett tal-Waste Treatment and Transfer Facility ta’ Għawdex? X’jonqos isir? Meta mistenni li jitlesta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fuq il-proġett tal-Waste Treatment and Transfer Facility ta’ Għawdex s’issa:
· Inbniet u giet irranġata t-triq li twassal għall-Impjant tar-Riċiklaġġ kif ukoll Triq Lambert.
· Tnaddfet il-barriera u l-madwar ta’ fejn ser jinbena l-impjant
· Ingħata l-kuntratt tal-Project Management u Supervision
· Inħareg is-sejħa għall-offerti għad-disinn u l-bini tal-faċilità li diġà għalqet u huwa mistenni li dan il-kuntratt jingħata fi żmien qarib.
Huwa ppjanat li l-proġett tal-Waste Treatment and Transfer Facility jitlesta fi żmien sentejn minn meta jingħata l-kuntratt.
Jista' l-Minsitru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni (raħħala) li huma awtorizzati li jipproduċu ġbejniet għall-bejgħ fis-suq lokali? X'tip ta' kontroll iwettaq il-Ministeru biex jassigura li ma jkunx hemm produzzjoni u bejgħ ta' dan il-prodott minn persuni li mhumiex awtorizzati jagħmlu dan il-prodott?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-Gvern qiegħed jipprapara liġi maħsuba biex tikkontrolla l-produzzjoni u bejgħ ta’ ġbejniet. Filwaqt li nirreferi għall-ewwel parti tat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28052, dawk li għandhom merħla ta’ anqas minn għaxar nagħġiet u/jew mogħoż, dawn se jibqgħu jkunu jistgħu jbiegħu il-ġbejniet tagħhom direttament lill-konsumatur biss. Minn dawn hemm 1,004 raħħal. Għal dawk il-216 ir-raħħal li għandhom merħliet akbar, huwa maħsub li dawn ser ikunu regolati b’din il-ligi sabiex ikunu jistgħu jimmarkaw il-ġbejniet tagħhom b’markatura sanitarja u jpoġġuh fis-suq b’mod kummerċjali.
Madankollu, preżentement diġà isiru spezzjonijiet lill-produtturi minn Uffiċjala mis-Servizz Veterinarju biex iwettqu kontrolli fuq is-saħħa tal-merħla tagħhom, il-
welfare
ta' dawn l-annimali u l-iġjene tal-operazzjonijiet relatati mal-produzzjoni tal-ħalib u tal-ġbjeniet. Isiru wkoll spezzjonijiet għand persuni li m’humiex reġistrati meta jkun hemm suspett ta’ trobbija jew produzzjoni illegali ta' annimali u l-prodotti li joriġinaw minnhom.
persuna impjegata mal-gvern li tagħmel xogħol privat
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30342, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kemm-il persuna indikata fil-mistoqsija parlamentari qiegħda tħallas sabiex tirriklama l-email "personali u privat" tagħha fuq il-website tal-Ministeru stess (EPC assessors list) u jekk jarax xi forma ta' kunflitt ta' interess u dan peress li din il-persuna tagħmel parti mid-Dipartiment għat-Tindif u Manutenzjoni fejn jiġu reġistrati, proċessati u miżmuma dawn iċ-ċertifikati? Jekk u kemm ġew reġistrati ċertifikati minn din il-persuna s'issa? Jista' jikkonferma li peress li fil-mistoqsija parlamentari 30342 ġie indikat li l-persuna konċernata hija perit u tagħmel xogħol privat, jekk ġiex verifikat li din il-persuna isottomettietx applikazzjonijiet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u b'hekk ikun jista' jiġi konfermat verament din il-persuna hijiex involuta f'xogħol privat jew le? Jista' jivverifika dan b'konsultazzjoni mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar innifisha qabel twieġeb?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nefqa globali fuq stationeries
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għal stationeries għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jistax iżejjen is-siġar li hemm matul id-daħla ta' Buġibba\Qawra ħdejn Kennedy Drive biex dawn iservu wkoll ta' attrazzjoni għal żmien il-Milied u l-ewwel tas-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu sabiex gandott mejjet li suppost huwa mqabbad mal-culvert ġewwa Main Street, il-Mosta attwalment jitwaħħal u jitqabbad mal-main prinċipali tal-culvert u għalhekk ma jibqax mejjet peress li dan, kif inhu bħalissa, qiegħed iżomm l-ilma ġo fih u qed jikkawża ħafna umdità lir-residenti ta' Main Street, il-Mosta li qed ikollhom ammont kbir ta' umdità fid-djar tagħhom, għaliex l-ilma li jinżamm f-dan il-culvet mejjet qed jiskula taħt id-djar, bil-konsegwenza li anki uħud mid-djar kellhom ħsarat fl-għamara tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Prim Ministru li hu responsabbli mill-Kunsilli Lokali peress li l-gandott u l-culvert imsemmija jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali tal-Mosta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fuq il-barrieri tal-inħawi ta' Santa Margerita, fil-Mosta matul is-sena 2010? X'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet u għaliex kull darba li jaħarqu l-furnelli fil-barrieri viċin ir-residenti, dawn iħossu theżżiż kbir fir-residenza tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27829
Jistà l-Minstru jintervjeni biex l-iskips li hemm fiż-żona ta' Santa Margerita l-Mosta jitneħħew mill-post fejn jinstabu u dan għaliex dawn jinsabu ħdejn il-kappella li hemm fiż-żona u iktar minn hekk jinsabu ħdejn il-bieb prinċipali tad-dħul għad-dutrina tat-tfal taż-żona peress li madwar dawn l-iskips ikun hemm ħafna insetti u nemus li jdejqu lit-tfal u lill-ġenituri tagħhom meta dawn ikunu qed jistennew lil uliedom joħorġu mid-dutrina?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskips imsemmija huma responsabbiltà tal-Kunsill Lokali tal-Mosta. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Prim Ministru li hu responsabbli mill-Kunsilli Lokali.