Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17972 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-dekasteru u fis-segretarjat tiegħu li jaħdmu part-time?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ impjegati li jaħdmu part-time huwa kif ġej: Social Care Standards Authority (SCSA) – 2 impjegati Foundation for Social Welfare Standards (FSWS)- 70-il impjegat.

Tfal f’riskju ta’ faqar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jgħixu f’riskju ta’ faqar bħalissa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ tfal taħt it-18-il sena li fl-2023 kienu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali jammonta għal madwar 20,800 jew 25%. Dan in-numru fl-2013, b’popolazzjoni izgħar, kien ta’ 25,000 jew 33%. Dan ifisser illi f’dawn l-aħħar 10 snin n-numru naqas bi 8%, coje bi kważi kwart ta dak li kien fl-2013. Bħala numru assolut naqas b’4,200.

Tfal intitolati għall-Free Medical Aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li huma intitolati għall-kartuna r-roża (Free Medical Aid) fil-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ tfal intitolati għall-Free Medical Aid huwa 1,511, liema numru jkopri lit-tfal kollha sal-età ta’ 16 il-sena.

Persuni li jirċievu Allowance għall-Carer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jirċievu Allowance għall-Carer? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ persuni li huma preżentament benefiċċjari tal-Allowance għal Carers huwa kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt. L-istess tabella tirreferi wkoll għal benefiċċjajri bħala nisa u rġiel. Perjodu Nisa Irġiel Total Sat-23 t’Ottubru 2024 340 113 453

Persuni li jirċievu Allowance għall-Carer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li rċevew Allowance għall-Carer fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 separatament minn xulxin? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu rġiel u kemm kienu nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, n-numru ta’ persuni li rċevew l-Allowance għal Carers fis-snin msemmija huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt. L-istess tabella tirreferi wkoll għal kemm mill-benefiċċjarji huma nisa jew irġiel. Allowance għall-Carer Sena Nisa Irġiel Total 2020 246 109 355 2021 280 126 406 2022 302 119 421 2023 359 127 486

Traffikar ta’ bnedmin – Fondi allokati għall-prevenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati fondi mill-Gvern għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin mill-2013 sal-2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li nista’ nwieġeb biss għall-entitajiet li jiffrumaw parti mid-dekasteru li jiena responsabbli minnhu. Għaldaqstant, ngħarraf lill-Onoer. kollega li fondi allokati mill-FSWS għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin kienu jammontaw għal €18,123.24 Nippreċiża li dan huwa għas-snin 2019 sal-preżent billi s-servizz offrut mill-FSWS biex jgħin lill-vittmi ta’ traffikar uman beda f’dik is-sena.

Traffikar ta’ bnedmin – Restituzzjoni u kumpens lill-vittmi

Question

F’Lulju 2024, waqt it-tnedija tal-istrateġija nazzjonali kontra t-traffikar tal-bnedmin, il-Gvern ħabbar li “fl-aħħar ħames snin, ġew identifikati mal-50 vittma ta’ traffikar uman f’pajjiżna”. Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-vittmi ngħataw restituzzjoni u kumpens mill-Gvern? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-ammont tar-restituzzjoni u kemm kien il-kumpens f’kull każ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Dħul mit-tnaqqis tal-pensjonijiet tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu d-dħul tal-Gvern mit-tnaqqis li jsir mill-pensjonijiet tal-anzjani li qegħdin fir-Residenza San Vincenz de Paul, fl-isptarijiet u fid-djar tal-anzjani sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll x'kien id-dħul tal-Gvern għas-snin 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023, maqsuma sena b'sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellanta li l-anzjani li jkunu qed jokkupaw sodda f’xi waħda minn dawn ir-Residenzi, il-Gvern iħallas ferm aktar min dak l-ammont li jkun qed jiġi mnaqqas mil-pensjonijiet. Dan it-tnaqqis huwa għal dawk kollha li qegħdin residenti fi Djar Residenzjali tal-Gvern, Istituzzjonijiet u Sptarijiet tal-Gvern għall-anzjani, kif ukoll għal Djar Residenzjali tal-Privat taħt il-Public Private Partnership.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Rapporti ta’ fastidju sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

FEANTSA – Nies klassifikati homeless

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20300 u 20497 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal rispettivament u jgħid kemm kien hemm nies klassifikati homeless, skont id-definizzjoni tal-FEANTSA (European Federation of National Organisations Working with the Homeless), fis-sena 2022 u fis-sena 2023 rispettivament u jipprovdi din id-data skont l-età, il-ġeneru, l-istatus u n-nazzjonalità ta' kull persuna? Jista' jipprovdi wkoll din id-data skont it-tip ta' "shelters" u ċjoè: i. Roofless/emergency; ii. Homeless (inkluż shelters għan-nisa); iii. Nies li huma f'istituzzjonijiet (tas-saħħa, penali, eċċ.); iv. Postijiet irregolari (unconventional dwellings); v. Nies li jgħixu temporanjament mal-familja u/jew mal-ħbieb?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Strateġija nazzjonali kontra t-traffikar tal-bnedmin 2024-2030

Question

Fid-dawl li f’Lulju 2024, il-Gvern ħabbar strateġija nazzjonali kontra t-traffikar tal-bnedmin 2024-2030, kofinanzjata minn fondi Ewropej, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm flus allokati għal din l-istrateġija, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kif se jintefqu l-flus skont il-ħames prioritajiet li hija mibnija fuqhom din l-istrateġija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Traffikar ta’ bnedmin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew identifikati u rrapportati vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, sena b’sena, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari li kienu: i. Maltin (lejn pajjiż ieħor), ii. Asylum seekers, iii. Immigranti ekonomiċi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nibda billi ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li statistika nazzjonali dwar it-traffikar uman tinġabar u tiġi ppubblikata biss mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). Dan billi l-NSO huwa l-unika entità mogħtija l-awtorità legali biex titlob lil kwalunkwe entità tagħrif għall-finijiet ta’ ġbir ta’ statistika uffiċċjali. F’ dan il-kas, l-NSO jiġbor tali tagħrif minn għand l-entitajiet kollha li jaħdmu fil-qasam tat-traffikar uman. Għaldaqstant, hawn qed biss nagħti tagħrif dwar il-ħidma li tagħmel l-FSWS permezz tal-Human Trafficking Service, fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ. Dan it-tagħrif jinsab fit-tabelli li jidhru hawn taħt. Nippreċiża li dan is-servizz tal-FSWS joffri l-għajnuna lil klijenti li jersqu ‘l quddiem anki jekk il-kas ikun għadu mhux dikjarat bħala wieħed ta’ traffikar uman mill-Pulizija, li huma l-unika entità li hija awtorizzata biex tagħmel dan. Tabella Nru.1: Numru ta’ każijiet ta’ traffikar uman li ngħat aw għajnuna mill-Human Trafficking Service tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS (għas-snin 2020 – 2023) 2020 2021 2022 2023 Jan-Ġun 2024 Presumed/under investigation 11 8 12 14 11 Confirmed 14 9 8 6 9 Unsupported/ does not fall under criteria 1 1 4 6 3 TOTAL 26 18 24 26 23 Tabella Nru.2: Numru ta’ każijiet ta’ traffikar uman li ngħat aw għajnuna mill-Human Trafficking Service tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS skont li status tagħhom (għas-snin 2020 – 2023) 2020 2021 2022 2023 Jan-Ġun 2024 Asylum seeker 2 3 5 5 4 Failed asylum seeker 0 0 0 0 1 Resident (Refugee) 0 0 1 1 0 Resident of Malta 8 4 3 3 3 Short stay for holiday 1 0 1 1 2 Short stay for study purposes 0 0 0 1 0 Short stay for work purposes 15 11 14 15 13 Specific Residence Authorisation (SRA) 0 0 0 0 0 Subsidiary protection 0 0 0 0 0 Temporary humanitarian protection 0 0 0 0 0 Total 26 18 24 26 23 Infakkar li tagħrif sħiħ dwar il-ħidma tal-Human Trafficking Service tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS, jista’ ukoll jinkiseb mis-sit uffiċċjali tal-FSWS

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Konsulenti/Persons of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti jew persons of trust li jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Jekk hemm, jista’ jgħid kemm huma mill-Unjoni Ewropea u kemm huma Third Country Nationals?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti / persons of trust jiġu impjegati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korrimenti fuq il-post tax-xogħol — benefiċċju - applikazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19937, jista’ l-Ministru jgħid kemm mit-891 talba sottomessa għall-benefiċċju relatat mal-korriment fuq il-post tax-xogħol, ġew milqugħa sal-aħħar ta’ Awwissu? Jista’ jgħid ukoll kemm żdiedu l-applikazzjonijiet relattivi sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-891 applikazzjoni sottomessa għall-benefiċċju relatat mal-korriment fuq il-post tax-xogħol kien hemm: - 636 każ li tħallsu - 233 każ li ma kinux milqugħa - 22 każ li għadom pendenti. Kien hemm 803 applikazzjonijiet ġodda sakemm qed titħejja din it-tweġiba.

Ħal Tarxien — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19785 u jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Ħal Tarxien u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2023 kien hemm 609 benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti f’Ħal Tarxien. Flimkien mal-In Work Benefit, il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il-benefiċċji/allowances/pensjonijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt. Benefiċċji / Pensjonijiet Benefiċċjarji 2023 Benfiċċju Addizzjonali għall-Ogħli tal-Ħajja 164 Allowance għat-Tfal 451 Bonus għat-Twelid 2 Assistenzagħal Diżabilità 3 Allowance għal Tfal b’Diżabilità 27 Pensjoni għal Korriment 1 Pensjoni tar-Romol 2 Foster Child Allowance 1 Benefiċċju għal Korriment fuq ix-Xogħol 7 Pensjoni Kontributorja 1 Maternity Leave Benefit 3 Marriage Grant 5 Benefiċċju għal Mard 109

Santa Luċija — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19783 u jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Santa Luċija u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2023 kien hemm 108 benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti f’Santa Luċija. Flimkien mal-In Work Benefit, dawn il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il-benefiċċji/allowances/pensjonijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt. Benefiċċji / Pensjonijiet Benefiċċjarji 2023 Benfiċċju Addizzjonali għall-Ogħli tal-Ħajja 28 Allowance għat-Tfal 76 Allowance għal Tfal b’Diżabilità 6 Benefiċċju għal Korriment fuq ix-Xogħol 3 Pensjoni Kontributorja 1 Marriage Grant 1 Benefiċċju għal Mard 17 Assistenza għal Diżabilità 3