Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-installazzjoni ta’ bus shelters fil-Qrendi? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters fil-Qrendi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi li fil-mument m’hemmx pjanijiet biex jiġu installati Bus Shelters ġodda fil-lokalità.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-installazzjoni ta’ bus shelters fil-Marsa? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters fil-Marsa?
Response (BONNICI, OWEN)
Sad-data tad-deadline intern l-informazzjoni ma waslitx.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali — Rigali u donazzjonijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23745 fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, issa li għaddew ix-xhur, jista’ l-Ministru jgħid kemm ta rigali u/jew donazzjonijiet minn fondi pubbliċi, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa kull rigal u lil min tah?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-funzjoni tiegħi ta' Ministru responsabbli mis-settur Kulturali niġi mistieden f'diversi attivitajiet madwar Malta u Għawdex u anke barra mill-pajjiż.
F'uħud minn dawn l-attivitajiet nagħti rigal żgħir, normalment memento jew inkella xi ħaġa żgħira ta' utilità għall-entità in kwistjoni. Dan ikun ġest żgħir ta' awguri meta l-entità tkun qed timmarka avveniment ta' suċċess jew f'mument ta' ferħ komunitarju.
F'ebda każ dawn l-għotjiet ma jattiraw nefqa ta' iktar min €150.
In oltre ikun hemm okkażjonijiet fejn niskambjaw rigali ma' Gvernijiet jew istituzzjonijiet barranin jew inkella entitajiet ta' Gvernijiet barranin bħalma hija l-konswetudni.
Umilment ma nħossx li l-ħin twil meħtieġ biex tiġi kumpilata l-lista mitluba huwa ġustifikat meta dak l-istess ħin jista' jintuża għal xogħol ieħor iktar siewi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4095, jista’ l-Ministru jgħid xi progress sar fir-rigward tal-proġett tal-Għadira ta’ San Raflu f’Kerċem?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Kerċem li l-proġett tal-Għadira ta’ San Raflu tlesta permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx rapport aġġornat dwar l-istat tal-imtieħen li jinsabu f’pajjiżna u li għandhom bżonn li jiġu restawrati? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li kien sar snin ilu mill-mibki Perit Joseph Huntingford?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar ċar fil-mistoqsija tiegħu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28387 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm hemm bus shelters f’Malta u Għawdex li huma magħmula biex jipprovdu kenn adegwat u liema huma dawn il-bus shelters?
Response (BONNICI, OWEN)
Sad-data tad-deadline intern l-informazzjoni ma waslitx.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28388 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm hemm bus stages f’Malta u Għawdex fejn persuni ma jkunux jistgħu jistkennu fihom u liema huma dawn il-bus stages?
Response (BONNICI, OWEN)
Sad-data tad-deadline intern l-informazzjoni ma waslitx.
Ta’ Sannat, Għawdex — Triq Ta’ Xagħman u Triq Lazzru Camilleri - Xogħlijiet
Question
Fid-dawl tax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq Ta' Xagħman u Triq Dun Lażżru Camilleri, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il xahar ilhom li nbdew u għaliex f’dawn l-aħħar xhur ma tkompla ebda xogħol f’dawn it-toroq?
Jista’ jgħid ukoll meta ser jitkompla x-xogħol u meta ser jitlesta minn kollox?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Sannat li x-xogħlijiet bdew fix-xahar ta’ Settembru 2024 u waqfu għal xi żmien sakemm ġew stabbiliti l-livelli tat-triq. Fil-ġimgħat li ġejjin, ix-xogħlijiet mistennija jkomplu, u huwa stmat li sal-aħħar tas-sajf jitlesta x-xogħol kollu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li Triq il-Wied, f’Ħal Qormi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħal Qormi li t-tindif fi Triq il-Wied isir skont l-iskeda stabbilita fil-kuntratt u għalissa mhux possibbli tiżdied il-frekwenza tat-tindif.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fil-Kunsill Lokali tax-Xgħajra? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ħaddiema minnhom li jaqgħu taħt l-iskema tal-Community Workers Scheme?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tax-Xgħajra għandu 16-il ħaddiem u li 12 minnhom huma parti mill-Community Workers scheme.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27974, dwar il-preżenza ta’ moffa rrapurtata fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti (MUŻA), jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport intern imħejji minn esperti fil-konservazzjoni u d-dijanjostika ta’ Heritage Malta dwar dan il-każ, kif ukoll ir-rapport ta’ espert estern li rrefera għalih fl-istess tweġiba, liema rapporti u informazzjoni huma ta’ interess pubbliku? Jista’ jgħid ukoll jekk u kontra min ittieħdu passi legali biex tinġarr ir-responsabbiltà għall-ħsara li setgħet saret?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li f’dan ir-rigward Heritage Malta diġà ħarset l-interessi kollha tagħha. Madanakollu l-Aġenzija qed iżżomm fermi d-drittijiet tagħha li jittieħdu passi oħra anki legali. Minħabba dan, u biex l-interessi tal-aġenzija jibqgħu ikunu mħarsa, ir-rapporti mitluba ma jkunx indikat li jkunu maħruġa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29009 u jgħid jekk qatt ġewx imposti penali jew multi fuq il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fir-rigward tal-konċessjoni ta’ Manoel Island, b’mod partikolari wara li naqset milli tlesti żvilupp sostanzjalment sal-31 ta’ Marzu 2023, kif stipulat fil-ftehim ta’ kunċessjoni? Jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta’ infurzar, jista’ l-Ministru jispjega għaliex dan ma sarx, minkejja d-dispożizzjonijiet kuntrattwali?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il Mejda tal-Kamra stqarrija u kopja ta att ġudizzjarju li diġà ġew resi pubbliċi fil-jiem li għaddew.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jerġa’ jibda jaħdem il-lift fil-Foss tal-Imdina?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-ħsara tal-lift tal-Foss tal-Imdina ingħatat attenzjoni immedjata. It-tiswija tinħtieġ bdil ta’ parts u għalhekk ittieħdet deċiżjoni li sakemm dawn jaslu minn barra, il-lift jinżamm mitfi, għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà. Il-lift għandu jkun jopera mill-ġdid fi żmien għaxart ijiem. Infakkar illi il-Foss jibqa aċċessibbli għal kulħadd mid-daħla ta’ fejn il-Bieb tal-Griegi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28251, 28411, 28737 u 28970 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28048, dwar ċaqliq ta’ kumpless f’Ta’ Qali, fejn ġie mwieġeb li fis-sit inkwistjoni hemm ftehim bejn il-Gvern u l-assoċjazzjoni li sar fl-2012, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim imsemmi?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba kif mgħoddija lili.
Intant ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Gvern qiegħed jonora l-obbligu tal-Gvern Nazzjonalista li rabat lilu nniffsu li jirreloka t-trakka f’sit alternattiv f’Ta’ Qali stess u li għalih saħansitra kien għamel partial local plan review u ttermina l-qbiela li kien hemm fuq dawn l-artijiet.
Dan l-obbligu joħroġ mill-kuntratt imsemmi li l-Gvern Nazzjonalista kien iffirma mal-kumpanija rispettiva u f’kuntratt ieħor relatat li ffirma mal-Assoċċjazzjoni rispettiva.
Kummissjoni tal-Films — Cultural Test - Programmi lokali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28994, jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni ċara għaliex hemm diskrepanza bejn l-informazzjoni u l-figuri mogħtija fl-istess tweġiba ma’ dawk imħabbra fuq il-portal tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-iState Aid Transparency Public Search?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29007, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma li ġiet imħallsa lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament meta twaqqaf il-kuntratt tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-somma li ġiet imħallsa hija ekwivalenti għal nofs il-paga li kien intitolat għaliha skont il-kuntratt ta' impjieg li kellu mat-Teatru.
Ġebla storika li kienet tifforma parti mill-Victoria Lines
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn qiegħda u x’qed isir fuq il-ġebla storika li kienet tifforma parti mill-Victoria Lines, li tmur lura għall-perjodu bejn l-1901 u l-1903, wara li ġiet imneħħija mill-post oriġinali tagħha? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-ġebla storika hux ser tkun esebita f’xi post biex il-poplu Malti jkun jista’ jgawdiha wara li jsir ix-xogħol meħtieġ fuqha?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-ġebla storika ġiet rkuprata u bħalissa qed tinżamm fir-repositorju tas-Sovrintendenza.
Wara li ssir ir-riċerka neċessarja sabiex nifhmu fejn kien il-post oriġinali tagħha, il-ġebla ser tkun qed tiġi integrata f’postha.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlesta r-restawr fuq il-qanpiena li kienet tinsab mal-kampnar tal-Palazz ta’ Selmun u jekk hemmx xi żmien stipulat meta din ser titpoġġa lura fil-post oriġinali tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-installazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Kirkop? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħal Kirkop?
Response (BONNICI, OWEN)
Sad-data tad-deadline intern l-informazzjoni ma waslitx.