Faċilità fil-Marsa — Tfal li jitħallew iżuru lill-ġenituri tagħhom li jinsabu priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm priġunieri tħallew jagħmlu użu mill-faċilità fil-Marsa fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu mat-tfal tagħhom fis-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien it-total ta’ tfal li tħallew jiltaqgħu mal-ġenituri tagħhom li jinsabu priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Kien biss dan il-Gvern li parti mill-proċess ta’ riabilitazzjoni ġenwina, u differenti ħafna minn kif kien jaġixxi ta’ qablu, għamilha possibbli li priġunieri li qed jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin ikunu jistgħu jibdew jiltaqgħu u jqattgħu ftit ħin ma' wliedhom f'binja apposta fil-Marsa, 'il bogħod mill-ħitan tal-istess faċilità taħt il-ħarsien ta' professjonisti soċjali. Din il-binja hija waħda adattata biex tilqa' tfal f'ambjent ferm aktar rilassat iżda fejn xorta waħda huwa assigurat l-aqwa u l-ogħla livell ta' sigurtà. Din l-inizjattiva kienet possibbli grazzi għall-ħidma tal-Ministeru u l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u l-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl. Intgħażel propja post lill-hinn mill-faċilità korretta għaliex wieħed jifhem li l-esperjenza ta' ħabs mhux il-post ideali għat-tfal. Ninsab infurmat li huma diversi dawk li qed jagħmlu użu minn din il-faċilità u ta’ kull xahar qed isiru numru ta’ laqgħat bejn residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u wliedhom, li huma differenti minn żjara normali fil-faċilità. Ninsab infurmat li mill-2023 sa Mejju 2025, kienu 100 persuna fil-ħabs li għamlu użu minnha, bit-total ta’ tfal taħt l-14-il sena li kellhom dawn iż-żjarat kien ta’ 177. Ninsab infurmat ukoll li dan ma jfissirx li setgħu jinqatgħu għal kollox iż-żjarat fil-Faċilità, anke jekk kontinwament isir tentattiv biex dan il-post jsir l-iktar użu possibbli minnu. L-amministrazzjoni tal-faċilità korrettiva ta’ kordin qed tkompli taħdem u tagħmel ir-riformi biex tilqa’ għall-ħtiġijiet ta’ dawn il-familji, partikolarment tfal, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi. Għal dan il-għan bħalissa għaddejjin bi pjanijiet biex flimkien mad-diversi investimenti li saru u qed isiru, iż-żona tal-viżitaturi titranġa u titjieb bil-għan li tkun toffri post iktar akkoljenti u xieraq għal kulħadd.
Faċilità fil-Marsa — Tfal li jitħallew iżuru lill-ġenituri tagħhom li jinsabu priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm priġunieri tħallew jagħmlu użu mill-faċilità fil-Marsa fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu mat-tfal tagħhom fis-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm kien it-total ta’ tfal li tħallew jiltaqgħu mal-ġenituri tagħhom li jinsabu priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Faċilità fil-Marsa — Tfal li jitħallew iżuru lill-ġenituri tagħhom li jinsabu priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm priġunieri tħallew jagħmlu użu mill-faċilità fil-Marsa fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu mat-tfal tagħhom fis-sena 2025 sal-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien it-total ta’ tfal li tħallew jiltaqgħu mal-ġenituri tagħhom li jinsabu priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Persuni li għandhom tfal minorenni reġistrati fuqhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna li tinsab fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin matul is-sena 2024, kemm dawk li huma arrestati kif ukoll dawk li qed iservu sentenza, kellhom tfal minorenni reġistrati fuqhom u jaqsam tali informazzjoni skont l-età, il-ġeneru, kif ukoll kemm għandhom sentenza ta’ ħabs il-ġenituri tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li din l-informazzjoni ma tistax tinġabar għaliex mhux kull persuna ikun provdiha.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27449, 27775, 27976, 28274 u 28404 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u lill-Prim Ministru, lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol rispettivament u jgħid x’inhu l-pjan għall-użu tal-binja ta’ Evans Building fil-Belt Valletta? Jista’ jgħid ukoll x’viżjoni għandu l-Gvern għall-użu ta’ din il-binja li tinsab f’lok prinċipali fil-belt kapitali ta’ Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28378 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid min hu responsabbli biex jara li l-kamra fi Triq Victor Pasmore, il-Gudja (ritratti u lokazzjoni annessi), ma tibqax ta’ periklu għad-diversi persuni u tfal li jgħaddu jimxu f’din it-triq hekk kif il-ġebel qed jaqa’ fit-triq u jidher li hemm periklu li tiġġarraf kollha kemm hi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Pulizija ħadet l-azzjonijiet kollha meħtieġa skont il-liġi anke flimkien ma entitajiet oħra tal-istat. Il-Perit tal-Gvern responsabbli li jirrapporta dwar tali strutturi lesta r-rapport tiegħu u madwarha tpoġġew tabelli li jindikaw periklu, biex sar kurdun fl-istess post. Wieħed mis-sidien tal-post kien identifikat u ngħata struzzjonijiet biex jikkordina mas-sidien l-oħra biex jitneħħa l-periklu. Il-Pulizija qegħda tkompli ssegwi biex tara li dan l-obbligu jinżamm.
Bħala lokalità li tilqa’ ħafna turisti u li fiha hemm ukoll moviment kbir kummerċjali u ta’ divertiment, jista’ l-Ministru jgħid kemm ikun hemm pulizija assenjati fl-Għassa ta’ San Ġiljan matul ix-xhur tas-sajf?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt daqs illum ma kellna preżenza f’Malta ta’ Pulizija fil-komunità. Mhux biss il-lokalitajiet kollha tal-pajjiż huma koperti mill-preżenza tal-Pulizija tal-komunità imma wkoll mill-Pulizija tad-Distrett, tar-Rapid Intervention Unit li jagħmlu rondi kontinwi, mill-Kavallerija tal-Korp, mit-taqsima tal-klieb u għalhekk jikkumplimentaw il-ħidma li qed issir fl-għases.
Ninsab infurmat ukoll li fl-Għassa ta’ San Ġiljan matul ix-xhur tas-sajf, kif ukoll fix-xhur kollha tas-sena, dejjem jkunu msaħħa u miżjuda fil-perjodi u ħinijiet meta l-attivitajiet jiżdiedu. Din iż-żieda kienet u tibqa’ tiġi ibbażata fuq analiżi effikaċi li ssir regolarment biex ikun iddeterminat l-ammont ta’ uffiċjali ta’ Pulizija meħtieġa għal skop ta’ ordni pubblika, skond l-istaġun, il-jiem ta’ matul il-ġimgħa u attivitajiet speċifiċi oħra.
Infakkar ukoll li dan il-Gvern ser ikun introduċa wkoll sistema ta’ CCTV f'lokalitajiet differenti li jfisser li dawn iż-żoni ser ikunu sorveljati 24 siegħa kuljum, fosthom, f'Paceville bil-lest għas-Sajf.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27801 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid x’passi qed jittieħdu biex l-abbuż u l-vizzju tad-droga fost iż-żgħażagħ, speċjalment fil-postijiet tad-divertiment, jiġi miġġieled?
San Pawl il-Baħar/Qawra, Tas-Sliema u Wied il-Għajn — Road Police u Community Police
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kummissarju tal-Pulizija żiedx il-preżenza ta’ Road Police u Community Police għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika in ġenerali (kemm jekk intalbu u kemm jekk le) f’lokalitajiet f’Malta bħal San Pawl il-Baħar/Qawra, Tas-Sliema u Wied il-Għajn?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat l-uffiċjali tal-Pulizija jservu skont l-eżiġenzi tas-servizz, fejn l-ammont ta’ uffiċjali meħtieġa jiġi determinat abbażi ta’ analiżi regolari li ssir għal kull distrett u taqsima fi ħdan il-Korp. Din l-analiżi tqis diversi fatturi relatati mal-lokalitajiet rispettivi u mal-attivitajiet li jsiru fihom. L-istess approach jittieħed fil-lokalitajiet imsemmija.
Kif dejjem isir, kemm il-Pulizija distrettwali kif ukoll dawk tal-Komunità f’dawn il-lokalitajiet u f’oħrajn madwar il-pajjiż, jiġu assistiti mill-uffiċjali tar-RIU waqt ir-rondi regolari bil-vetturi tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pulizija hux qed tieħu passi fil-konfront ta’ persuni li jinstabu liebsin ilbies tal-baħar fit-toroq madwar Malta u Għawdex u jekk iva, x’passi qed jittieħdu? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġi assigurat li l-liġijiet dwar id-deċenza pubblika qed jiġu osservati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 28346. Bħala Ministru responsabbli nisħaq li l-Korp tal-Pulizija jiffoka aktar fuq dak li hu core police duties. Lanqas nemmen li l-Korp tal-Pulizija għandu iservi ta' morality police.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fit-toroq tal-lokalitajiet f’Malta u Għawdex sabiex ma jkunx hemm ostakli kontra l-liġi kemm fejn jidħol sewqan, parking u mixi speċjalment għall-persuni b’diżabilità mill-bidu tas-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kemm membri tal-Korp tal-Pulizija kif ukoll l-Uffiċjali tal-Komunità (LESA) jwettqu d-doveri tagħhom erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, permess ta’ b’rondi kontinwi tagħhom f’dawn il-gżejjer. Waqt dawn ir-rondi, isiru spezzjonijiet regolari biex jiġu identifikati u miġġielda kull forma ta’ kontravenzjoni, fosthom dawk imsemmija mill-Onor. Membru, u ċjoè ostakli fit-toroq, sewqan perikoluż, parkeġġ ħażin, u ksur ta’ aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità. Għaldaqstant dawn isiru kuljum u ma jistax ikun provdut numru speċifiku.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27221, jista’ l-Ministru jgħid fejn ġew stazzjonati u fejn ser ikun il-bini jew il-post fejn is-sbatax-il suldat ġdid li bdew f’dawn l-aħħar ġranet ġewwa Għawdex, ser ikunu stazzjonati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn se jservu skont l-esiġenzi tas-servizz tal-Forzi Armati ta' Malta f'Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal tal-Pulizija kienu assenjati (detailed) fiż-żona tad-divertiment f’Paceville:
• fil-lejl bejn it-2 ta’ Mejju u t-3 ta’ Mejju, u
• fil-lejl bejn it-3 ta’ Mejju u l-4 ta’ Mejju?
Jista’ jgħid ukoll x’kien il-grad ta’ kull wieħed minn dawn il-membri tal-Korp tal-Pulizija?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal tal-Pulizija kienu assenjati fiż-żona tad-divertiment f’Paceville matul l-iljieli bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, kif ukoll bejn is-Sibt u l-Ħadd, mill-ewwel tmiem il-ġimgħa tas-sena 2025 sa nofs April 2025?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fiż-żona tad-divertiment f’Paceville il-korp tal-pulizija jkollu pulizija assenjati skont il-jiem u ċ-ċirkostanzi u jassigura dejjem li jkun imħejji għal dak kollu li jista’ jinqala. Dan in-numru jvarja skont il-bżonn u ċirkostanzi partikulari. Minbarra n-numru ta’ pulizija li jkunu assenjati speċifikament fiż-żona ta’ divertiment f’Paceville,
Kemm tad-distrett u Pulizija tal-komunità hemm ukoll ir-rondi tal-pulizija tar-Rapid Intervention Unit. Dan minbarra skwadri oħra speċjalizzati li wkoll jassistu skont il-bżonn.
Infakkar ukoll lill-Onorevoli Interpellant li beda x-xogħol f’Paceville se jibda jopera proġett ta’ cameras li jkun imqabbad ma’ control room bil-għan li s-sorveljanza ssir waħda iktar intelliġenti fejn napprofittaw mill-vantaġġi u l-effiċjenza li tista’ tagħti t-teknoloġija. Dan mistenni jkun lest sas-Sajf li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew revokati applikazzjonijiet taċ-ċittadinanza b’investiment mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Membru għar-rapporti annwali li tat-Regolatur maħtur taħt id-dispożizzjonijiet tal-Liġi taċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188) li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ċittadinanza b’investiment – Ċittadinanzi rtirati jew revokati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ċittadinanzi ġew irtirati jew revokati wara li ngħataw bl-iskema taċ-ċittadinanza b’investiment?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa mill-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-akkwist taċ-ċittadinanza Maltija b’investiment, ġew ipprivati miċ-ċittadinanza Maltija total ta’ 15-il persuna. Dawn il-persuni kienu akkwistaw iċ-ċittadinanza taħt id-dispożizzjonijiet kollha tal-liġi, mhux biss permezz ta’ investiment.
Infurmat li preżentament hemm proċess għaddej skont il-liġi ta' 4 persuni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ kien hemm fejn il-Pulizija kellha tintervjeni minħabba l-preżenza ta’ persuni bla ħwejjeġ f’postijiet pubbliċi, minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li dak li jekk dak li tistaqsi dwaru l-Onor. Interpellant jorbot ma’ ksur tal-Artiklu 338(q) tal-Kap 9 tal-Ligijiet ta’ Malta, f’dan il-perjodu kien hemm 29 kontravenzjoni.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Tfal li jitħallew iżuru lill-ġenituri tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn tfal għadhom qegħdin jitħallew jidħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex iżuru lill-ġenituri tagħhom, meta suppost ġiet inawgurata l-faċilità fil-Marsa bil-għan li jinħoloq ambjent aħjar għat-tfal? Jista’ jgħid ukoll kemm-il tifel u tifla daħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-sena 2025 bħala viżitaturi u jindika l-etajiet tagħhom, u jaqsam tali informazzjoni skont ix-xhur li fihom daħlu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Kien biss dan il-Gvern li parti mill-proċess ta’ rijabilitazzjoni ġenwina, u differenti ħafna minn kif kien jaġixxi ta’ qablu, għamila possibli li priġunieri li qed jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin ikunu jistgħu jibdew jiltaqgħu u jqattgħu ftit ħin ma' wliedhom f'binja apposta fil-Marsa, 'il bogħod mill-ħitan tal-istess faċilità taħt il-ħarsien ta' professjonisti soċjali. Din il-binja hija waħda adattata biex tilqa' tfal f'ambjent ferm aktar rilassat iżda fejn xorta waħda huwa assigurat l-aqwa u l-ogħla livell ta' sigurtà. Din l-inizjattiva kienet possibbli grazzi għall-ħidma tal-Ministeru u l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u l-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl. Intagħżel propja post lill-hinn mill-facilita korretta għaliex wieħed jifhem li l-esperjenza ta' ħabs mhux il-post ideali għat-tfal. Ninsab infurmat li huma diversi dawk li qed jagħmlu użu minn din il-faċilità u ta’ kull xahar qed isiru numru ta’ laqgħat bejn residenti tal-faċilità korettiva ta’ kordin u wliedhom, li huma differenti minn żjara normali fil-faċilità. Ninsab infurmat li din is-sena diga kien hemm 208 żjara minn persuni taħt is-17-il sena.
Ninsab infurmat ukoll li dan ma jfissirx li setgħu jinqatgħu għal kollox iż-żjarat fil-Faċilità, anke jekk kontinwament isir tentattiv biex dan il-post jsir l-iktar użu possibbli minnu. L-amministrazzjoni tal-facilità korrettiva ta’ kordin qed tkompli taħdem u tagħmel ir-riformi biex tilqa’ għall-ħtiġijiet ta’ dawn il-familji, partikolarment tfal, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi. Għal dan il-għan bħalissa għaddejjin bi pjanijiet biex flimkien mad-diversi investimenti li saru u qed isiru, iż-żona tal-viżitaturi titranġa u titjieb bil-għan li tkun toffri post iktar akkoljenti u xieraq għal kulħadd.