Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ex Kummissarju tal-Pulizija – hard drive tal-computer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-ex Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, tħalla jieħu miegħu l-hardrive tal-computer mill-uffiċċju tiegħu ta’ Kummissarju tal-Pulizija meta f’Jannar li għadda rriżenja?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li kemm ilhom jintużaw il-computers fil-Korp tal-Pulizija il-hard drive tal-Kummissarji rispettivi dejjem ingħatat lilhom meta temmew is-servizz. Irrid ngħid li din hi prassi li nemmen li għandha tinbidel. Fl-istess ħin jien infurmat ukoll li hemm fejn ikun inżamm back up awtomatiku ta' folders. Fil-każ tal-persuna li qed jistaqsi dwaru il-back up li jkun inżamm, inkluż tal-emails, qiegħed fil-pusses tal-Korp tal-Pulizija.

Captain Morgan — Spejjeż Relatati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14574 u ċjoe: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14193, jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ispejjeż l-oħra relatati, apparti tal-bastiment tal-Captain Morgan, għall-istess operazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija tal-Gvern ta’ Malta numru PR201275 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Request for Qoutes - Aġġudikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14603 u jgħid meta (jekk) ġiet aġġudikata kull Request for Quotes li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħareġ fl-2020? F’kull każ, min kien ir-rebbieħ/magħżul?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-aġġudikazzjoni għax-xiri relatat ma’ Mistoqsija Parlamentari Nru 14603 jew 15428 saret fl-14 u t-28 t’April 2020, u r-rebbieħa kienu dawn: 70 ten man tents - Surplus and Adventure; 2 Inflatable Hall tents – Surplus and Adventure; Sleeping Cots – Mhux aġġudikati Sleeping kits/bags - Surplus and Adventure; Mħaded – Mhux aġġudikati Siġġijiet u trolleys - Surplus and Adventure; Mwejjed u trolleys – Surplus and Adventure; Towable Generator - Lexcorp Ltd; Generator Vehicle - Olympus BAI; 04 light towers - SR Services

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivil — Prezzijiet Kwotazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14602 u jgħid x’kien il-prezz tal-kwotazzjonijiet u minn min saru għal kull Request for Quotes li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħareġ fl-2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’risposta għall-Mistoqsija Numru 14602/15429 dawn huma s-Suppliers li ssottomettew il-kwotazzjonijiet tagħhom għall-affarijiet relatati mal-mistoqsija: 70 ten man tents - Surplus and Adventure; Field Sports 2 Inflatable Hall tents – Field Sports; Surplus and Adventure Sleeping Cots - Adventure Shop; Surplus and Adventure; Field Sports Sleeping kits/bags - Surplus and Adventure; Field Sports; Adventure Shop Imħaded – Surplus and Adventure; Field Sports Siġġijiet u trolleys - Surplus and Adventure; Field Sports Mwejjed u trolleys – Surplus and Adventure; Field Sports Towable Generator - Lexcorp Ltd.; Field Sports Generator Vehicle - Olympus BAI; Rosenbauer; Emergency One 04 light towers - SR Services; Field Sports; Lexcorp Dwar il-prezz, mhuwiex kummerċjalment etiku li din l-informazzjoni tingħata.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Ġranet għal Request for Qoutes

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14601 u jgħid kemm kien hemm ġranet (kemm żmien) li matulhom setgħu jkunu sottomessi kwotazzjonijiet għal kull Request for Quotes li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħareġ fl-2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat illi mhux dejjem jingħata l-istess tip ta’ deadline. Dan jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi li d-Dipartiment jkun qed jaħdem fihom fil-mument u l-urġenza u l-ħtieġa Nazzjonali. Però normalment jingħataw sebat ijiem.

Immigranti rregolari

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament: 1) Sena b'sena minn 2014 sa 2020 kemm daħlu immigranti rregolari?; 2) Kemm minn dawn inżammu fiċ-ċentri miftuħin f'Ħal Far u l-Marsa?; 3) Kemm minn dawn intbagħtu lura?; 4) Kemm ġew rilokati ġewwa pajjiżi oħra?; u 5) Kemm minn dawk li applikaw għal-ażil ġew aċċettati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Sentenzi mogħtija minħabba Vjolenza Domestika

Question

Jista’ l-Ministru jindika fid-dettal x’kienu s-sentenzi mogħtija lill-aggressuri tal-vjolenza domestika f’dawn l-aħħar tliet snin? Kemm minnhom weħlu l-ħabs, kellhom sentenza sospiża, probation, eċċ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistqosija lill-Ministru kkonċernat.

EPPO — Selection Panel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tas-Selection Panel f’Malta (ippresjedut mill-Imħallef irtirat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament) li ġie mwaqqaf biex jiddeċiedi r-rappreżentant Malti għall-European Public Prosecutor Office (EPPO)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — lockdown - sustanzi illegali

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk dan l-aħħar jiem waqt il-lockdown fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin instabux xi sustanzi illegali bħal droga?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li le, ma nstabux sustanzi illegali bħal droga.

Kummissarju tal-Pulizija – parir bil-miktub dwar il-ħatra

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14422, jista’ l-Ministru jindika fejn fil-parir tal-Kummissjoni Venezja hemm miktub li l-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija tkun tinkludi sena probation?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Onorevoli interpellant jaf tajjeb li s-sejħa għall-Kummissarju tal-Pulizija kienet regolata mill-Kummissjoni għas-Servizz pubbliku. Din hi Kummissjoni kostituzzjonali u indipendenti bil-membri nominati kemm mill-Gvern u kemm mill-Oppożizzjoni u b’ċerpersin maqbul bejn iż-żewġ naħat. L-Onorevoli interpellant għandu jkun jaf ukoll li l-mod kif inħatar il-Kummissarju tal-Pulizija kien wieħed mill-punti li l-Kummissjoni Venezja semmiet f’rapport pożittiv dwar ir-riformi kbar li qiegħed jagħmel pajjiżna favur is-saltna tad-dritt. Riformi li qatt ma saru bħalhom fl-istorja ta’ pajjiżna.

Wind farms fil-Montenegro — investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet rigward il-wind farms fil-Montenegro, min ġie interrogat u min huma l-uffiċjali fuq il-każ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Onorevoli interpellant għandu jifhem li kull investigazzjoni hi xogħol il-pulizija u mhux il-politiku. Għall-mertu ta’ din id-domanda parlamentari jien infurmat li hemm investigazzjoni għaddejja u ma jkunx floku li jingħataw dettalji li jistgħu jippreġudikaw l-istess investigazzjoni.

Malta u Għawdex — każijiet ta' serq b'armi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 857 u jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq b’armi li kienu rrapportati madwar Malta u Għawdex xahar b’xahar mill-2013 sal-lum? X’tip ta’ serq ġie rrapportat? Kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant u ċjoè mis-sena 2013 sa Ġunju 2020 in-numru ta’ każijiet ta’ serq b’armi, irreġistrati mal-Pulizja taħt il-kategorija ta’ armed robbery, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Dan jinkludi serq minn residenzi, lokalitajiet ta’ negozji ta’ diversi tipi, banek tal-lottu u kjoskijiet, restoranti, take away, spiżeriji u hotels fost oħrajn. L-ammont ta’ każi solvuti għal kull sena huwa mniżżel fit-tarf ta’ kull tabella u dawn il-każi mhux neċessarjament ġew solvuti fis-sena meta sar ir-reat. Każ i ta’ serq b’armi (armed robbery) rreġistrati mal-Pulizija Xahar 2013 każ i 2013 solvuti 2014 ka ż i 2014 solvuti 2015 każ i 2015 solvuti 2016 każ i 2016 solvuti 2017 ka żi 2017 solvuti 2018 każ i 2018 solvuti 2019 każ i 2019 solvuti 2020* każ i 2020* solvuti Jannar 4 5 2 3 3 0 6 11 Frar 2 1 2 5 7 2 1 2 Marzu 2 0 9 2 3 0 0 2 April 2 1 4 1 1 2 3 6 Mejju 3 2 3 3 1 1 1 0 Ġunju 1 2 2 2 0 2 0 0 Lulju 1 2 3 0 1 4 3 - Awwissu 4 2 4 1 5 4 1 - Settembru 1 1 2 1 2 2 2 - Ottubru 2 0 0 1 7 4 1 - Novembru 0 1 4 5 2 2 3 - Diċembru 4 3 3 1 2 3 7 - 26 10 20 9 38 12 25 10 34 19 26 16 28 13 21 14 *Sa Ġunju

Marsaskala: Residenti Maltin imressqa fuq reati kriminali

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14448, jista’ l-Ministru jgħid issa kemm huwa n-numru ta’ residenti Maltin li joqogħdu Marsaskala li tressqu l-Qorti matul is-sena l-oħra? X’reati huma akkużati li wettqu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi mid-dettalji miġbura mill-Pulizija n-numru ta’ residenti Maltin u li joqogħdu Marsaskala li tressqu l-Qorti fuq reati kriminali matul is-sena 2019 kien ta’ mija u tmienja u ħamsin (158). Ir-reati li wettqu huma varji u jinkludu: pretenzjonijiet – feriti fuq il-persuna gravi jew ħfief – vjolenza domestika – pussess ta’ droga – theddid u insulti – użu ħażin tat-telefon – sewqan mingħajr assikurazzjoni – ħsarat volontarji jew involontarji – attentat ta’ qtil u vjolenza – reati dwar manteniment u familja – inġurji – reat ta’ akkużi foloz u hit and run.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14911 u jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entità/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-persuni)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba qiegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Bastimenti għaż-żamma ta’ immigranti — quotations

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda l-quotations li ntalbu mill-Gvern mid-diversi operaturi tal-bastimenti biex jipprovdu bastiment/i għaż-żamma ta’ immigranti fuq il-baħar? Jista' jagħti f’kull każ id-dati rispettivi ta’ dawn il-quotations u mingħand min intalbu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-kumpanija Captain Morgan offriet prezz ta’ €3000 għall-kull ġurnata u l-Kumpanija Supreme Cruises offriet prezz ta’ €6500 għal kull ġurnata. Żewġ kumpaniji oħra għażlu li ma jagħtux prezz hekk kif ma kinux/ baqgħux interessati li jagħmlu dan ix-xogħol.

Żamma ta' immigranti fuq il-baħar — spejjeż ta' ikel, fuel u spejjeż oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża sal-lum għall-provvista ta’ ikel, fuel u spejjeż oħra biex qed jinżammu l-immigranti fuq il-baħar fil-vapuri tal-Captain Morgan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 14574.

Immigranti li qed jinżammu fuq il-baħar — kabini fejn jorqdu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kabina fihom il-bastimenti tal-Captain Morgan li fihom jistgħu jorqdu l-immigranti li qed jinżammu fuq il-baħar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa mhux jinżammu immigranti fuq il-baħar b’koordinament mill-gvern Malti.

Persuni fuq dgħajjes – pożizzjoni tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid skont il-Gvern ta’ pajjiżna, x’inhija l-pożizzjoni legali tal-persuni li hemm abbord il-biċċiet tal-baħar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa ma hemmx persuni abbord bċejjeċ tal-baħar ikkordinati mill-Gvern Malti.

Kiri ta’ Dgħajjes – spejjeż varji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż varji marbuta mal-kiri ta’ biċċiet tal-baħar kif ukoll ikel, ħwejjeġ u dawk mediċinali li ġew inkorsi fil-konfront tal-persuni li huma abbord dawn il-biċċiet tal-baħar? Jista’ jiġi indikat kemm kienu l-persuni abbord f’April u Mejju 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal tweġiba parlamentari 14574.