Jista' l-Ministru jweieġb mistoqsija parlamentari 35214 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien hemm persuni li ħallsu l-liċenzji tat-televiżjoni għas-snin 2011 u 2012?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li ħallsu l-liċenzji tat-televiżjoni għas-sena 2011 kien 65,724 u għas-sena 2012 – (sal-aħħar ta’ Mejju) kien 4,622.
Peress li waqt l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet fir-Rabat Għawdex senjatament fejn hemm ir-roundabout qabel tibda Triq Fortunato Mizzi fir-Rabat, Għawdex saru ħafna ħsarat ukoll fis-sistema tad-drenaġġ tant li dan l-iżbroff ilu għaddej diversi ġranet u qed ikun kaġun ta' ħafna inkonvenjent, jista' l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress is-sistema tad-drenaġġ f'dan il-post partikolari kienet antika, din inbidlet f'waħda ġdida. Matul din l-operazzjoni, id-drenaġġ dejjem ġie ddevjat mis-sistema l-antika għal ġol-gdida u qatt ma rriżulta xi tip ta’ żbroff. Preżentament qegħdin jinbnew manholes ġodda, u ladarba dawn ikunu lesti fi ftit ġranet oħra, ix-xogħol kollu ikun ġie ndirizzat.
Transport Malta — Qtugħ ta' siġar minn fejn bus terminus tal-Qawra
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta talbitx li xi siġar li hemm fil-bus terminus tal-Qawra jew madwaru fil-fatt jinqagħtu? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk din l-istess awtorità fil-fatt qabbditx kuntratturi biex jaqtgħu dawn is-siġar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li waqt ix-xogħlijiet ta’ upgrading fit-Terminus tal-Qawra/Buġibba, Transport Malta ma tat ebda struzzjoni biex jinqatgħu siġar. Transport Malta naddfet iż-żona tat-terminus minn ħaxix ħażin u skart iehor u żergħet siġar ġodda fiż-żoni li tħallew għal-landscaping skont id-disinn il-ġdid.
Jista' l-Ministru jinvestiga jekk kienx hemm xi siġar fil-madwar tat-terminus tal-karozzi tal-linja fil-Qawra, li ġew maqtugħa? Jista' jinvestiga min qata' dawn is-siġar u min ħallas, jekk ħallas, għal qtuħ ta' dawn l-istess siġar?
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?
Jista' l-Ministru jikkonsidra t-talba tar-residenti ta' Sqaq l-Għadira f'Ħal Qormi biex dan isir two way għar-residenti biss peress li hemm numru ta' garaxxijiet f'din it-triq u d-direzzjoni tat-traffiku toħloqilhom problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-talba diġà ġiet ikkunsidrata minn Transport Malta u mhux rakkmandat li tali talba tiġi milqugħa minħabba d-diffikultajiet u l-periklu li jinħoloq għax-xufiera li jkunu f'dik il-parti ta' dan l-isqaq li jinfed miż-żewġ naħat.
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex ir-Rotta numru 63 tal-Arriva ma ġietx fil-ħin tagħha nhar it-Tlieta 29 ta' Mejju 2012 bil-konsegwenza li diversi persuni waslu tard għax-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li minn investigazzjoni li saret minn Transport Malta rriżulta li l-vjaġġ li kellu jseħħ fis-7.00 ta’ filgħodu ħareġ siegħa tard. Ir-raġuni li ngħatat mill-operatur kienet li x-xarabank inqabdet ġot-traffiku, bil-konsegwenza li l-passiġġieri tħallew jistennew għal perjodu ta’ siegħa.
Infurmat ukoll li dan mhux aċċettabli għal Transport Malta u li l-kuntratt iffirmat mal-operatur jistipula li l-operatur għandu d-dmir li joħroġ xarabanks
extra
sabiex iżomm il-ħin massimu ta’ stennija stipulat fuq kull rotta. Għaldaqstant, Transport Malta se tkun qed tieħu il-provedimenti meħtieġa skont kif stipulat fil-kuntratt.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwar konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija 33419 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz, inghatax b'direct order jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Xgħajra — Triq l-Għakrux - servizz tat-trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta il-karozzi tal-linja se jerġgħu jibdew jgħaddu minn Triq l-Għakrux ġewwa x-Xgħajra? Jista' jgħid kif ġie determinat fejn tpoġġew il-bus stops?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-trasport pubbliku jgħaddi minn Triq l-Għakrux.
Infurmat ukoll li l-bus stops f’dawn l-inħawi ġew imwaħħla fl-istess post li kienu mwaħħlin fuq in-network l-antik, jiġifieri qabel ma bdiet topera l-Arriva.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux kwalifikat sabiex jgħallem studenti jsuqu trakkijiet? Jekk fl-affermattiv, jippossedi instructor tag għall-Kategorija C?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura personali u ma nħossx li għandi nagħti risposta jekk ma jkollix il-kunsens bil-miktub tal-persuna konċernata. Min naħa l-oħra, jekk l-Onor. Interpellant jaħseb li qed isir xi abbuż, nitolbu jinforma lil Transport Malta sabiex tinvestiga l-każ u jekk ikun il-każ, tieħu l-passi meħtieġa.
Transport Malta — numru ta' enforcements kontra kunsill lokali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34849, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu n-notifiki msemmija fir-risposta? Meta ħarġu dawn in-notifiki?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fi Triq il-Merħba ġewwa l-Fgura wara li x-xogħol fuq is-servizzi u l-bankini tlesta u li għad jonqos huwa t-tarmac f'parti minn din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol twaqqaf sakemm instabet soluzzjoni oħra għall-ġbir tal-ilma tax-xita. Ix-xogħol mistenni jitkompla sa nofs il-ġimgħa d-dieħla.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kawżi fuq awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34904 u 34476 u jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34903, 34535, 33962 u 32951 u jgħid min huma l-konsulenti li jaħdmu fil-Ministeru, fid-dekastru u entitajiet li jaqgħu taħtu? F'liema qasam jagħtu konsultazzjoni? X'salarju u kundizzjonjiet għandhom?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija kalkulata fil-mument in-nefqa għax-xogħlijiet li saru fil-bini tal-Parlament il-Ġdid? Kemm hija nefqa addizzjonali li saret s'issa meta paragunata mal-istimi oriġinali?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi n-nefqa kkalkulata għax-xogħlijiet li saru fil-bini tal-Parlament il-Ġdid sal-aħħar t'April 2012 hija ta' €34,251,146. Ma kienx hemm nefqa addizzjonali meta pparagunata mal-istima oriġinali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jistax jintervjeni mal-kumpanija Go sabiex jiġu aċċertat li l-phone booths pubbliċi tagħna jinżammu fi stat nadif għax qiegħed ikun hemm ħafna ilmenti minn nies li jużawhom speċjalment barranin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-materja in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħi.