Legislature:
Category:
Reset
Active:

MFSA – Kap Eżekuttiv – kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-Eks Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) għadu qed jitħallas eluf fix-xahar? Jista’ jippubblika l-kuntratt li kellu l-Kap Eżekuttiv ta’ din l-Awtorità, li ismu qed jintbagħat separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

MFSA – Minuti ta’ laqgħa tal-Bord tad-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), li fiha ġew approvati l-pagamenti li l-Eks Kap Eżekuttiv tal-MFSA, li ismu qed jintbagħat separatament, għadu qed jingħata fix-xahar?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

MFSA – kumpaniji liċenzjati – proċeduri kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni, u jekk iva kemm hemm, li huma shareholders, diretturi jew uffiċjali bi rwol eżekuttiv, ta’ kumpanija liċenzjata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), u li għaddejjin minn proċeduri kriminali kontrihom fil-qorti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Grupp dwar l-operat tal-FIAU

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4050, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex appuntat grupp ta' esperti biex janalizza l-operat fil-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4049.

Grupp dwar l-operat tal-FIAU – esperti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4050, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-esperti li ġew magħżula għall-grupp li twaqqaf biex janalizza l-operat fil-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4049.

MFSA — Kumpaniji Rreġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji reġistrati ġodda u liċenzjati mal-MFSA tul din is-sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ liċenzji ġodda maħruġa f’2022 sal-aħħar ta’ Ottubru huwa ta’ 165. L-Awtorità tixtieq tinforma li kien hemm ukoll 200 liċenzja oħra fuq dawk il-165, li ġew awtorizzati b’mod permanenti skont ir-regolazzjoni ġdida ta’ Corporate Service Providers għal total din is-sena ta’ 365. Dawn il-200 liċenzja skont ir-regolament tal-Corporate Service Providers kienu diġà ġew irrapportati bħala liċenzji li kienu awtorizzati b’mod proviżorju f’2021. Għar-rigward ta’ kumpaniji reġistrati ġodda, din l-informazzjoni tista’ tingħata mill-Malta Business Registry li hija awtonoma mill-MFSA.

Grupp dwar l-operat tal-FIAU – ħlas lill-esperti maħtura

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4051, jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-esperti li ġew magħżula għall-grupp li twaqqaf madwar sentejn ilu, magħmul minn numru ta' esperti, dwar l-operat fil-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija f’PQ 4049.

Importazzjoni ta’ oxidizers u metalli għal użu ta’ piroteknika

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista li turi kemm ġew importati oxidizers u metalli għal użu fil-piroteknika, materjal materjal, meta, minn liema pajjiż u taħt liema HS Code mill-1 ta' Settembru 2021 sal-31 ta' Ottubru 2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-materjali li qed jirreferi għalihom fil-Mistoqsija.

Importazzjoni ta’ Oxidizers u metalli għal użu ta’ piroteknika – ċertifikazzjoni ta’ kwalità

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta kopja taċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità u/jew is-safety data sheets li ġew ippreżentati fl-importazzjoni ta' oxidizers u metalli għal użu fil-piroteknika, materjal b’materjal, mill-1 ta' Settembru 2021 sal-31 ta' Ottubru 2022, u/jew verifika u/jew konferma li dawn ġew ippreżentati f'kull istanza ta' importazzjoni tal-imsemmija materjali fil-perjodu msemmi? Jista', għal kull instanza ta' importazzjoni tal-imsemmija materjali fil-perjodu msemmi, jindika kif ġew ivverifikati s-Safety Data Sheets?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4512.

Importazzjoni ta’ Oxidizers u metalli għal użu ta’ piroteknika – proċess ta’ verifikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess u l-frekwenza sabiex jiġi vverifikat li l-oxidizers u metalli għal użu fil-piroteknika importati jikkorispondu fil-kompożizzjoni u l-kwalità mad-dokumentazzjoni ppreżentata waqt l-importazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4512.

Siġġiewi — Xogħol ta' restawr taz-zuntier tal-knisja parrokkjali - allokazzjoni ta' fondi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4169, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm fondi allokati għall-proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

MFSA – Kap Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx vacancy għall-irwol ta’ Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), wara li tħabbar li l-Eks Kap Eżekuttiv ta’ din l-Awtorità, li ismu qed jintbagħat separatament, m’għadux jokkupa l-kariga?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Dwana – Direttur Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-kwalifiċi kif ukoll l-esperjenza li għandha l-persuna li ntgħażlet bħala Direttur Ġenerali tad-Dwana?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-kwalifiċi u l-esperjenza tad-Direttur Ġenerali (Dwana) huma skont l- eliġibblilta` mitluba fiċ-Ċirkulari OPM Nru. 8/2022.

Grupp dwar l-operat tal-FIAU – konklużjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4049, jista’ l-Ministru jgħid x'konklużjonijiet wasal għalihom il-grupp li twaqqaf madwar sentejn ilu, magħmul minn numru ta' esperti, dwar l-operat fil-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4049.

Grupp dwar l-operat tal-FIAU – membri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4050, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-esperti li ġew magħżula għall-grupp li twaqqaf madwar sentejn ilu dwar l-operat fil-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4049.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1774 u jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informzajoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rapporti dwar każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ vjolenza domestika, sena b'sena, mill-2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fondi allokati għal xiri ta’ vetturi elettriċi

Question

B’referenza għall-istqarrija tad-Dipartiment tal-Komunikazzjoni tas-Servizz Pubbliku, fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, ta’ nhar it-Tlieta, 22 ta' Novembru 2022, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fondi allokati għal xiri ta' vetturi elettriċi minn dawk li qegħdin f'pożizzjoni ta' headship għas-sena 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull Ministeru u Dipartiment responsabbli għall-ġestizzjoni tal-fondi allokati fl-Estimi għall-2023, se jkun qiegħed jippjana n-nefqa tiegħu sabiex, fost infiq ieħor, jiddedika fondi neċessarji biex isir ix-xiri ta' vetturi elettriċi skont l-istqarrija imsemmija.

Kuntratti ma’ djar residenzjali privati

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha relatati mal-ftehim eżistenti vis-à-vis il-kura tal-anzjani fi djar residenzjali privati li qed jitħaddmu mill-Gvern?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.