Stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni — Eko kontribuzzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26802 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu u jgħid kemm kien id-dħul annwali miġbur tal-eko kontribuzzjoni imposta fuq l-istabbilimenti ta’ akkomodazzjoni matul is-snin 2022 - 2024 f’Malta u Għawdex?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 25807.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26772 u jagħti break down ta' kull multa li tat il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mill-2019 sal-lum u jgħid kemm kienet kull multa, meta ħarġet, jekk ġietx appellata fil-Qrati, għadhiex sub judice, meta l-każ ġie deċiż mill-Qrati, kemm iddeċidiet li għandha tkun il-Qorti, liema tħallsu u liema ma tħallsux?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi L-FIAU hija legalment marbuta li tippubblika l-miżuri amministrattivi kollha maħruġa kontra persuni suġġetti; f’każijiet fejn il-piena amministrattiva taqbeż il-€50,000. Din il-pubblikazzjoni tinkludi wkoll l-isem tal-persuna suġġetta rilevanti. Fil-każijiet fejn il-persuna suġġetta tagħżel li tappella l-penali amministrattiva quddiem il-Qorti tal-Appell (Ġurisdizzjoni Inferjuri), il-pubblikazzjoni tiġi aġġornata (mhux imtella’ mill-ġdid) meta tingħata sentenza mill-Qorti u l-pubblikazzjoni terġa’ tiġi aġġornata bir-riżultat. Barra minn hekk, l-FIAU tippubblika r-Rapport Annwali tagħha, li jinkludi statistika dwar ksur, multi, u appelli li jkopru s-sena ta’ qabel.
L-avviżi tal-Pubblikazzjoni, u fejn applikabbli, l-avviżi ta’ Deċizjoni tal-Appell li jakkumpanjawhom, jibqgħu jitpoġġew fuq il-websajt tal-FIAU għal ħames (5) snin mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ Pubblikazzjoni inizjali. Malli jiskadi l-perjodu ta’ pubblikazzjoni ta’ ħames (5) snin, l-avviż ta’ Pubblikazzjoni, flimkien ma’ kwalunkwe Avviż ta’ Deċiżjoni ta’ Appell li jakkumpanjaha jitneħħew mill-websajt tal-FIAU.
Numru ta’ sentenzi mogħtija mill-Prim’ Awla, Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali) iddeċidew li s-setgħa ta’ infurzar tal-FIAU tmur kontra l-Liġi Kostituzzjonali ta’ Malta. L-avviż ta’ pubblikazzjoni għal dawn il-każijiet kollha tneħħa. Minkejja dan, dawn id-deċizjonijiet kostituzzjonali ġew kollha appellati mill-FIAU u l-Avukat tal-Istat quddiem il-Qorti Kostituzzjonali; u f’każ li dawn jiġu mħassra mill-Qorti Kostituzzjonali, tali avviżi ta’ pubblikazzjoni għandhom jerġgħu jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-FIAU, kif kien il-każ wara s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tat-18 ta’ Novembru 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kumitat ta’ Riżoluzzjoni a tenur tal-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, Kap. 330? Jista’ jgħid kemm-il penalitajiet amministrattivi ġew imposti minn dan il-Kumitat a tenur tal-paragrafu 3(5)(a) tal-Ewwel Skeda tal-Kap. 330 mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll jekk ġewx imposti xi penalitajiet u kemm minnhom ġew kontestati? Jekk hemm kontestazzjoni, x’kien l-eżitu f’kull każ?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumitat ta’ Riżoluzzjoni a tenur tal-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, Kap. 330 bħalissa mhuwiex kompost minħabba tibdil leġiżlattiv li mistenni jsir.
Mill-2021 ma ġewx imposti penalitajiet minn dan il-Kumitat.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma ċ-Chief Executive Officers tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista’ jgħid wkoll:
(a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom?
(b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(ċ) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari,?
(f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-Chief Executive Officers?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26576, jingħad li "Di Fatti, hemm allegazzjonijiet marbuta magħhom (mertu ta’ kawża)”, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma dawn l-allegazzjonijiet, u x'investigazzjonijiet u konklużjonijiet kien hemm għall-allegazzjonijiet li qed issir referenza għalihom fl-istess tweġiba?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-allegazzjonijiet imsemmija għadhom sub judice u għaldaqstant, għad m’hemm l-ebda konkluzjoni finali fil-konfront tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, hijiex marbuta b’kuntratt li jkollha lil Malta bħala l-bażi operattiva tagħha għall-piloti u l-operat tat-titjiriet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija li qed issir referenza għaliha hija waħda privata.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) fir-rigward tal-prassi ta’ xi banek f’Malta li meta jintalbu jagħtu bank references ta’ klijenti tagħhom, dawn ma jkunux debitament iffirmati għan-nom tal-bank konċernat u bla ebda indikazzjoni ta’ min tkun il-persuna li tkun ħarġet il-bank reference għan-nom tal-bank?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-materja partikolari ma taqax fl-ambitu regolatorju tal-MFSA u għaldaqstant l-MFSA ma toħroġx regoli li jinidirizzaw dan l-aspett.
Ministeru għall-Finanzi – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 24481.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25765 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u jgħid jekk is-servizz ta' day care fid-dar mogħtija minn kumpanija privata huwiex suġġett għall-ħlas ta' VAT?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull servizz li jingħata kontra ħlas huwa ġeneralment soġġett għall-VAT. Dan jinkludi servizz ta’ day care tat-tfal.
Għaldaqstant, skont il-liġi tal-VAT, tapplika eżenzjoni fuq il-VAT fuq servizzi għall-protezzjoni u ħarsien tat-tfal mogħtija minn kumpanija privata, meta din tikkwalifika bħala organizzazzjoni li ma tagħmilx profit, jew inkella kumpanija li hi allenjata mar-rekwiżiti legali stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti, sabiex tkun tista’ twettaq dawn is-servizzi hekk kif spjegat f’avviż numru 839 tal-Gazzetta tal-Gvern ippublikat fis-16 ta’ Lulju, 2019.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26572 u jagħti rendikont tal-ispejjeż legali li għamlet il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mis-sena 2019 sas-sena 2024, maqsuma sena b’sena u kif intgħażlu tali rappreżentanti legali? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża għal kull kawża li ffaċjat l-FIAU fil-Qrati Maltin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Appell tal-kawżi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fejn l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) instabet responsabbli ta’ żvelar ta’ informazzjoni kunfidenzjali u personali, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni dwar min wettaq din l-illegalità u jekk iva, jista’ jqiegħed ir-rapport tal-investigazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid ukoll x'passi dixxiplinari ttieħdu kontra min wettaq din l-illegalità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mertu ta’ kawża li għaliha qed issir referenza f’din id-domanda parlamentari għadu sub judice u għaldaqstant, għad m’hemmx konferma finali.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenzi tal-Qorti ta' Malta u ta’ kull awtorità oħra f'pajjiżna li sabet lill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ħatja ta' ksur tal-protezzjoni tad-data (breach ta’ data protection) u x'passi ttieħdu wara tali ksur?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-Tribunal dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, permezz tas-sentenza tat-18 ta’ April 2024, irrevoka d-deċiżjoni tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data tal- 20 ta’ Jannar 2021 u sab lill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta responsabbli għal iżvelar ta’ data personali. Tali deċiżjoni ġiet appellata u għadha sub judice fil-konfront tal-istess Awtorità.
Id-deċiżjonijiet msemmija hawn fuq qegħdin jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:26897 papers laid 'A'.pdf26897 papers laid 'B'.pdf
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26573, fejn ġie kkonfermat li impjegata li rriżenjat mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) kompliet fl-istess impjieg tagħha, jista’ l-Ministru jgħid f'liema entità kienet taħdem qabel u wara li kienet fil-Bord tal-FIAU? Jista’ jgħid ukoll għaliex din il-persuna rriżenjat mill-Bord tal-FIAU u għaliex tali pożizzjoni hija tenibbli ġaladarba tneħħiet jew irriżenjat mill-Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ikkonċernata, qabel u waqt li kienet membru fil-Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU, kienet impjegata fl-Awtorita għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA), fejn għadha impjegata sal-lum. Kif diġà mwieġba fil-mistoqsija parlamentari 20334 tal-Leġislatura XIII, din il-persuna rrizenjat mil-Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU minn jeddha.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26576, jista' l-Ministru jgħid għaliex intqal li hija "kwistjoni li tolqot mertu ta’ kawża" u " li l-proċeduri għadhom sub judice", meta diġà hemm sentenza tal-Qorti Maltija li sabet lill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ħatja ta' ksur tal-protezzjoni tad-data?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mertu ta’ kawża fejn hemm allegazzjoni fil-konfront tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta dwar ksur ta’ protezzjoni tad-data għadu sub judice u għalhekk, għad m’hemm l-ebda deċiżjoni finali fil-konfront tal-istess Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Uffiċjali tas-Servizz Pubbliku — Ħlas waqt xogħol barra minn Malta
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26929 u jgħid jekk Malta hijiex ser tadotta r-rati per diem li jitħallsu Uffiċjali taċ-Ċivil meta jkunu fuq xogħol barra minn Malta tal-Unjoni Ewropea tal-2022, peress li fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Finanzi hemm lista li tmur lura għall-2017?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rati ġodda tal-ħlasijiet tal-Kummissjoni Ewropea huma limitati għal vjaġġar speċifiku li jkopri ċerti programmi tal-Unjoni Ewropea.
Però fil-kazijiet ta’ uffiċjali tal-Kummissjoni ir-rati applikabli għadhom dawk tal-2017.