Jista’ l-Ministru jgħid kif qed titħaddem l-iskema l-ġdida ta’ sussidju ta’ kera li tħabbret fl-aħħar Pjan Finanzjarju tal-Gvern? Kemm-il persuna kkwalifikat s’issa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-benefiċċju tal-kera, għall-ewwel darba qiegħed jiġi kkalkulat mhux biss fuq id-dħul u l-kompożizzjoni tal-familja tal-applikanti, iżda anke fuq in-nefqa tagħhom fuq il-kera. L-inkwilin irid ikollu ftehim validu tal-kirja, ta’ mhux anqas minn sitt xhur u jissottometti wkoll irċevuti tal-kera mħallsa kull xahar.
It-tabella t’hawn taħt qiegħda turi d-dħul massimu li jista’ jkollu l-applikant sabiex ikun eleġibbli għal dan il-benefiċċju, kif ukoll l-ammont massimu ta’ benefiċċju li kull applikant ikun intitolat għalih :
Membri tal-familja
Dħul Massimu
Benefiċċju Massimu
Persuna Waħedha
€ 14,700
€ 3,600
Ġenitur Wieħed b’wild wieħed
€ 19,050
€ 4,800
Ġenitur Wieħed b’żewġ ulied jew aktar
€ 23,400
€ 5,000
Żewġ Adulti mingħajr tfal
€ 19,000
€ 3,600
Koppja b’wild wieħed
€ 23,800
€ 4,800
Koppja b’żewġ ulied jew aktar
€ 28,600
€ 5,000
Tlett Adulti jew aktar jgħixu flimkien
€ 27,900
€ 5,000
F’każ ta’ persuna jew familji li jkollhom membru tal-familja b’diżabilità, d-dħul illi wieħed jista’ jkollu l-applikant, ma għandux jeċċedi it-€30,000, filwaqt illi l-benefiċċju mgħoti lil din il-familja, ikun b’żieda addizzjonali ta’ €125 fis-sena.
Ta’ min iżid ukoll illi l-iskema ġdida ta’ sussidju ta’ kera, qiegħda wkoll tagħti €125 addizzjonali fis-sena mal-benefiċċju li jkunu intitolati għalih, lill-familji li jkunu aktar minn ħames membri u €300 benefiċċju addizzjonali fis-sena lill-familji li jkollhom jgħixu magħhom
tfal fostered.
Il-benefiċċju jiġi mħallas dirett lill-applikanti li jikkwalifikaw għalih permezz ta’
direct credit
. Dan il-benefiċċju jiġi rivedut kull sentejn.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-kundizzjonijiet tal-Benefiċċju tal-Kera.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward inkonvenjent li qed jostakola l-bieb tad-dar tiegħu liema inkonvenjent tpoġġa biex iżomm gallarija minħabba ħsarat? Jista’ jara li ssir it-tiswija meħtieġa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet u f’liema Dar tal-Anzjani ġewwa Għawdex minn kemm ilha li ġiet imwaqqfa l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali? Kemm kien hemm Djar tal-Anzjani li ma kinux qed jipprovdu servizzi ta’ kwalità għolja jew li kellhom xi nuqqasijiet? Dawn in-nuqqasijiet ġew irranġati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, matul l-ewwel xhur tal-2019, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali għamlet sitt spezzjonijiet fi Djar tal-Anzjani f’Għawdex li jnkludu, r- Residenza Sant’Anna, San Lawrenz Home, Male Geniatric u Saint Dominc Home.
L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, identifikat numru ta’ nuqqasijiet waqt dawn l-ispezzjonijiet u għamlet ukoll diversi rakkomandazzjonijiet.
L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, qiegħda tikkollabora mad-djar tal-anzjani msemmija, sabiex jiġu ndirizzati n-nuqqasijiet identifikati waqt dawn l-ispezzjonijiet, u finalment tara li tittieħed azzjoni fuq il-punti li jkunu tqajmu u nġiebu għall-attenzjoni tal-istess djar, fl-interess tal-anzjani residenti fl-imsemmija residenzi għall-anzjani.
Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:
a) tal-inqas 40% tal-persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni jkunu nisa;
b) tal-inqas 50% tal-persuni f’
advisory groups
ikunu nisa; u
c) jiżdied in-numru ta’ nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta’ deskrizzjoni a bażi tal-ġeneru.
Għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri;u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ Mistoqsija Parlamentari 9279.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8663 u jgħid kemm twaqqfu każijiet ta’ benefiċċji soċjali minħabba ksur ta’ provvedimenti tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali matul is-sena l-oħra? X’inhuma r-raġunijiet li dawn il-persuni twaqqfilhom dawn il-benefiċċji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2018, kien hemm 667 każ illi ġie mwaqqaf mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, minħabba allegati abbużi, fosthom 130 każ li kienu investigati, mill-ispetturi tad-Direttorat għall-Osservanza ta’ Benefiċċji u li l-istess Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali aċċetta r-rakkomandazzjoni tad-Direttorat biex jitwaqqaf l-intitolament.
Ir-raġunijiet għat-twaqqif ta’ dawn l-benefiċċji kienu varji, fosthom :
· Kapital jeċċedi l-iskali
· Assenti minn Malta
· Mhux tifforma familja għal rasek
· Mhux toqgħod fl-indirizz mogħti
· Qiegħed taħdem
· Tgħix ma’ ħaddieħor
· Ostakolajt lill-ispetturi fil-qadi ta’ dmirijiethom
· Ċaħħadt lilek innifsek minn mezzi sabiex tikkwalifika għall-għajnuna
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8918, 6705 u 3427 u jgħid kemm hawn single mothers reġistrati? Kemm minnhom jaħdmu? Kemm minnhom huma dipendenti fuq benefiċċji soċjali bħala l-unika sors ta’ income? Kif inhi komposta l-familja tagħhom? Kemm għandhom tfal? Kemm hawn single mothers li huma f’riskju ta’ faqar (jew qegħdin fil-faqar)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, għalkemm id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ma jistax jgħid kemm hawn single mothers reġistrati, in-numru li jibbenifikaw mill-Allowance tat-Tfal huwa ta’ 5,275.
Dawk dipendenti fuq l-Għajnuna Soċjali issa niżlu sew u jammontaw għal 1,891 u l-kompożizzjoni tal-familja tagħhom hija kif ġej:
Tfal fil-Familja
Single Mothers
Numru ta’ Tfal
1
1,076
1,076
2
591
1,182
3
154
462
4
49
196
5
19
95
6
2
12
Total
1,891
3,023
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – nefqa fuq reklamar fil-media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Skema tal-Passaporti — Bini ta’ Akkomodazzjoni Soċjali f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8925 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għal dak li tħabbar mill-Prim Ministru reċentement li se jiġi allokat fond ta' 50 miljun mill-Iskema tal-Passaporti biex jinbnew 500 appartament għall-akkomodazzjoni soċjali, jista’ l-Ministru jgħid fejn se jkunu mibnija dawn l-appartamenti u kemm minnhom se jkunu f'Għawdex? Dawk li se jinbnew f'Għawdex, f’liema lokalità se jkunu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-indirizzi tat-22 sit fejn ser ikunu qegħdin jinbnew il-units ġodda ta’ social housing, permezz ta’ investiment ta’ €50 miljun mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali, ser ikunu qed jitħabbru fiż-żmien illi ġej.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7684 u ċjoè: Fil-bidu tas-sena 2017, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) ħadet over il-programm tas-Supported Employment mill-Malta Association of Supported Employment (MASE). Dan fisser li ħadet over il-520 suċċessi ta’ persuni vulnerabbli li kien instabilhom xogħol matul is-sena 2016 u li sa l-aħħar tal-istess sena kienu għadhom jaħdmu, u wkoll l-FSWS kienet ħadet over il-madwar 20 ħaddiem abbinat mal-programm. Jista’ l-Ministru jgħid:
a) kemm minn dawn il-520 ħaddiema vulnerabbli għadhom fl-impjieg?
b) il-ħaddiema li ġew ittrenjati u ġabu ċertifikazzjoni fis-Supported Employment u li ttieħdu mal-programm mill-FSWS, lil kemm-il persuna vulnerabbli sabu xogħol matul is-sena 2017 u matul is-sena 2018?
c) illum, x’inhu l-irwol ta’ dawn il-persuni li ġabu ċertifikazzjoni fis-Supported Employment?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi, kienet ittieħdet deċiżjoni li l-benefiċċjari msemmija jkunu riferuti lill-Fondazzjoni Lino Spiteri (Lino Spiteri Foundation - LSF) hekk kif il-personnel illi qed jirreferi għalihom, kienu għadhom ma lestewx it-taħriġ rikjest fil-job coaching.
Fit-12 ta’ Lulju 2018, kien iffirmat Memorandum of Understanding bejn il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali u l-Aġenzija Sapport, sabiex l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali tkun rikkonxuta bħala Job Coaching Provider lill-Aġenzija Sapport. L-għan ta’ dan il-Memorandum of Understanding huwa biex jerġa’ jattiva` l-iskema JESS għal persuni b’dizabilità.
Wara li ġew milqugħa l-ex-impjegati tal-MASE, li kellhom Ċertifikat fis-Supported Employment, fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), ġie iffurmat tim ta’ Job Coaching Services taħt il-Maniġer tal-Fondazzjoni responsabbli mis-Social Enterprise.
Il-proġett pilota JESS għandu l-mira prinċipali li persuni b’diżabilità li huma bla impjieg ikunu inklużi u integrati fis-soċjeta`. L-irwol tal-impjegati li qed jaħdmu fit-taqsima tal-job coaching tal-FSWS u li fil-preżent huma assenjati mal-Aġenzija Sapport, għat-twettiq tal-programm JESS, huwa li jsaħħu l-abilitajiet ta’ persuni b’diżabilità billi joffrulhom opportunitajiet u taħriġ biex jiżviluppaw ħiliet ġodda u b’hekk iżidu l-possibilità li jsibu impjieg li jagħtihom dinjita`.
Mid-data li daħal fis-seħħ l-MOU, sal-ġurnata preżenti; ġew mgħejjuna:
· 66 klijent li nstabilhom xogħol u qed jaħdmu fuq bażi full time;
· 40 klijent li qed jaħdmu fuq bażi ta’ taħriġ on placement għal 20 siegħa fil-ġimgħa;
· U 13-il klijent li qegħdin fil-fażi ta’ skill building.
Dan jammonta għal 119-il klijent illi qed jibbenefikaw mill-program JESS.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7685 u ċjoè: B’referenza għall-Job Enhancing Skills Scheme (JESS) li huwa ffinanzjat minn fondi Ewropej u mmexxi mill-Aġenzija Sapport, jista’ l-Ministru jgħid:
a) kemm hija s-somma totali allokata għal din l-iskema? Kemm huwa twil dan il-programm? Fiex jikkonsisti dan il-programm?;
b) meta bdiet din l-iskema u kemm-il parteċipant hemm f’din l-iskema s’issa? Bħalissa f’liema stadju tal-proġett waslu dawn il-parteċipanti? u
c) skont il-proġett, kemm hu mistenni li jkun in-numru ta’ persuni li ser jibbenefikaw minn din l-iskema fl-għeluq tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Programm JESS mhuwiex ffinanzjat minn Fondi Ewropej.
Is-somma totali allokata għall-iskema JESS (Job Enhancing Skills Scheme) tammonta għal €150,000. Din l-iskema qed titħaddem bħala proġett pilota, għal mhux aktar minn sentejn.
JESS qiegħed jipprovdi taħriġ u job placements lill-persuni b’diżabilità fl-etajiet ta’ bejn is-16 u l-55 sena li l-uniku dħul tagħhom ikun mill-pensjoni tad-diżabilità. Il-benefiċjarji jkollhom iċ-ċans jakkwistaw esperjenza ta’ xogħol, kemm f’Dipartimenti tal-Gvern kif ukoll f’entitajiet non-governattivi u f’kumpaniji privati, akkumpanjati minn job coaches li jservu ta’ gwida u sapport matul l-iskema.
Din l-iskema twaqqfet fl-2017 u mill-bidu tagħha sal-lum, kien hemm total ta’ 119-il benefiċjarju.
Il-mira oriġinali ta’ dan il-proġett kienet li jibbenefikaw 50 persuna.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7687 u ċjoè: Mill-bidu tas-sena 2018 sal-lum, kemm kienet in-nefqa tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) għal safar? Għalxiex sar dan is-safar u kemm-il persuna kienet involuta f’kull safra? Jista’ l-Ministru jagħti break down?
Response (FALZON, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8365 jgħid jekk il-Gvern iżommx statistika ta’ kemm hemm djar abitabbli jew potenzjalment abitabbli li huma vojta u ma jintużawx għal skopijiet residenzjali? Jista’ jippreżenta din l-istatistika jekk teżisti u possibbilment jaqsam l-informazzjoni skont il-lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar m'għandiex din l-statistika.
Jista’ l-Ministru jgħid xi programmi ta’ taħriġ ġew organizzati mill-Programm LEAP f’dawn l-aħħar tliet snin biex jiġu impjegati persuni vulnerabbli li sarilhom il-profil tagħhom mis-social mentors? Fejn sar dan it-taħriġ, meta sar dan it-taħriġ u fiex kien jikkonsisti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Programm LEAP beda bħala proġett iffinanzjat minn Fondi Ewropej, taħt il-Fond Soċjali, b’għan speċifiku li tingħata għajnuna lil dawk li huma l-aktar f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali. Kien hemm b’kollox 274 persuna li bbenefikaw minn skema ta’ taħriġ bil-għajnuna ta’ 91 entita`. Kull persuna irċeviet ’l fuq minn 900 siegħa ta’ taħriġ, minn tal-inqas waħda minn dawn l-entitajiet imsemmija aktar l-isfel f’din it-tweġiba parlamentari, sabiex jiġu mgħejjuna jintegraw fid-dinja tax-xogħol. Madwar 81 persuna, bejn l-2015 u l-2016, sabu xogħol bl-għajnuna tal-proġett LEAP.
Fl-2017 l-Programm LEAP beda jaħdem fuq il-profiling tal-persuni u l-familji li bdew jibbenefikaw mill-iskema FEAD, fejn madwar 4,000 familja kull 4 xhur bdiet tibbenefika minn tqassim tal-ikel. Saret ukoll ħidma intensiva sabiex persuni b’dizabilità bla xogħol jiġu referuti lill-Jobsplus (Lino Spiteri Foundation) sabiex dawn jingħatalom taħriġ speċifiku għall-ħtigijiet tagħhom.
Is-Social Mentors qegħdin ukoll jaħdmu qrib tal-familji fil-bżonn sabiex jiġu ndirizzati diversi ħtiġijiet ta’ kuljum u neċessarji ta’ dawn il-familji; fosthom għajnuna fuq is-self mill-banek, tibdil ta’ white-goods, housing, trobbija aħjar tal-ulied, qari fil-familja, tqassim tal-ikel, korsijiet tal-kompjuter għat-tfal, korsijiet ta’ Għaqal id-Dar u diversi xogħolijiet oħrajn illi qed isir mal-familji fil-kommunita`.
Wieħed jista’ jaċċessa aktar dettalji fuq l-ħidma mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, dwar l-programm LEAP u aktar, mis-sit uffiċċjali tal-Fondazzjoni.
Kif ġie elenkat aktar l’fuq, il-91 entita` li fil-bidu tal-proġett LEAP, meta kien għadu proġett ko-finanzjat minn Fondi Ewropej, għenet fit-taħriġ lill-benefiċċjari tal-LEAP, kienu ;
1.Arka Foundation
2.ME/CFS & Fibromyalgia Alliance
3.Art Club 2000
4.Mellieha Parish Church
5.Attard Local Council
6.Moroccan Community
7.Birzebbuga Local Council
8.Mosta Local Council
9.Bormla Local Council
10.Msida Local Council
11.Centru Tbexbix
12.Nanniet Malta Foundation
13.Cross Culture International Foundation
14.National Cat Society
15.CSAF (Association of Carers for Stray and Abandoned Felines)
16.National Council of Women
17.Dar Qalb ta' Gesu
18.Noah's Ark Animal Sanctuary
19.Dar tal-Providenza
20.OASI Foundation
21.Department of Social Security
22.Paola Local Council
23.Dingli Local Council
24.Paulo Freire Institute
25.Discalced Carmelite Fathers
26.Qawra with Youth Included
27.Families for Life Long Learning
28.Qrendi Local Council
29.Fgura United Youth Nursery
30.Rabat Local Council
31.Floriana Football Club
32.Radju Kottoner, Cospicua
33.Fondazzjoni Wens
34.Regjun Nofsinhar
35.For Action - Malta Association (FAMA)
36.Respite Care Service Foundation Dar il-Kaptan
37.Foundation for Shelter and Support to Migrants
38.Richmond Foundation
39.Fra Diego Home
40.Rise Foundation
41.Franciscan Capuchins
42.Safi Local Council
43.Franciscan Sisters
44.San Lawrenz Parish
45.Friends of Villa Frere
46.Senglea Parish Church
47.Futsal Malta Association
48.Socjeta Filarmonika La Stella, Gudja
49.Genista Research Foundation
50.SOS Malta
51.Gharb Local Council
52.Special Olympics
53.Gharb Parish
54.St Francis Assisi Church
55.Ghasri Local Council
56.St Jeanne Antide Foundation
57.Ghaxaq Football Club Youth Nursery
58.St John's Parish, Xewkija
59.Ghaxaq Local Council
60.St Joseph Home, Zabbar
61.Gozo Deaf Association
62.St Joseph Parish B'Kara
63.Graphic Novels Library Malta
64.St Paul's Bay Local Council
65.Home Away from Home
66.St Peter & St Paul, Nadur Parish,Gozo
67.Inspire
68.St Augustine Convent, Gozo
69.Kirkop Local Council
70.St Joseph Parish - Qala
71.Koperattivi Malta
72.St Lazarus Foundation
73.Laboratorju tal-Paci
74.St Monica Community. Mosta
75.Lija Parish Church
76.Tghanniqa
77.Lourdes Band Society, Qrendi
78.The Federation of Autonomous Priories
79.Luqa Local Council
80.The Heritage Parks Federation
81.Madonna ta' Loreto - Ghajnsielem Parish
82.The National Archives of Malta
83.Malta Federation of Professional Association
84.Voluntary Organization Fund
85.Malta Police
86.Wirt Vendriz Foundation
87.Malta-Iran Peoples Friendship Foundation
88.Xaghra Parish, Gozo
89.Malta UNESCO Youth Association
90.Youtheme Foundation
91.Zurrieq Local Council
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6761, jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-iSkema għall-Persuni b’Diżabilità (DIS)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li, l-Iskema immirata għall-Persuni b’Diżabilità, tikkonsisti f’għotja sa massimu ta’ €20,000, immirati biex persuni b’diżabilità jirranġaw ir-residenzi tagħhom u jagħmluhom aċċessibbli għall-bżonnijiet tagħhom għal ħajja aktar indipendenti. L-Awtorità tad-Djar ma toffriex biss għajnuna finanzjarja lil dawn il-persuni, iżda tagħti wkoll pariri ta’ natura teknika dwar x’tip ta’ xogħlijiet jistgħu jsiru għall-benefiċċju tal-applikant.
L-għajnuna li qed toffri l-Awtorita` tad-Djar f’din l-iskema tinkludi :
Ø Xogħlijiet ta’ alterazzjoni, b’għajnuna finanzjarja sa massimu ta’ €5,000
Ø
Stairlift
, b’għajnuna finanzjarja, sa massimu ta’ €5,000
Ø Lift f’appartamenti privati fejn tingħata għajnuna skont l-ammont relatat mas-sehem tal-applikant b’għotja sa massimu ta’ €5,000
Ø Lift fi djar privati, b’għajnuna finanzjarja sa massimu ta’ €15,000
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 19771 tat-12-il leġislatura, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif iddettaljat dwar Be Smart Online li tgawdi minn Fondi Ewropej?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-proġett BeSmartOnline!, li huwa proġett ko-finanzjat minn Fondi Ewropej, taħt l-kappa Connecting Europe Facility, jiġbor flimkien l-isforzi tal-komponenti nazzjonali interessati li jaħdmu lejn użu aktar sikur tal-internet mit-tfal u miż-żgħażagħ. L-inizjattiva għandha l-għan li:
· Tqajjem kuxjenza u teduka lill-minuri, lil dawk li jieħdu ħsiebhom u lill-edukaturi dwar l-użu sikur tal-internet;
· Li tistabbilixxi, topera u tippromwovi faċilitajiet tar-rappurtar għall-abbuż tal-internet;
· U li toffri appoġġ lill-vittmi minn dan it-tip ta’ abbuż.
L-għan prinċipali tal-proġett BeSmartOnline! huwa li jkun pjattaforma u jservi bħala Ċentru Malti għall-internet aktar sikur. L-implimentazzjoni tal-proġett hija possibbli permezz ta’ sħubija bejn numru ta’ entitajiet, li hija kkoordinata mill-MCA u li tinkludi fiha lill-Aġenzija Appoġġ, il-Kummissarju għat-Tfal, id-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, ic-Cybercrime Unit fi ħdan il-Pulizija ta’ Malta, is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika, l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti, l-Università ta’ Malta, kif ukoll l-Aġenzija Żgħażagħ.
Il-kollaboraturi ta’ dan il-proġett qegħdin ukoll jipparteċipaw fin-netwerk
INSAFE
, għal internet aktar sikur fl-Ewropa.
Qed ikunu organizzati diversi kampanji mmirati lejn it-tfal, iż-żgħażagħ, il-ġenituri, l-edukaturi u l-pubbliku inġenerali bil-għan li dawn jiġu infurmati dwar il-periklu li jġib miegħu l-użu ħazin tal-internet.
Permezz tal-proġett, ġie mwaqqaf sit elettroniku,
childWEBalert
, sabiex ikunu jistgħu jsiru rapporti, minn min juża l-internet, dwar kontenut illegali.
Ġie mwaqqaf ukoll servizz ta’
helpline
biex jiġu mwieġba mistoqsijiet kemm online u anke permezz ta’ telefonati, minn tfal u ġenituri li jiltaqgħu ma’ problemi waqt l-użu tat-teknoloġiji onlajn. Dan is-servizz qed jingħata permezz tas-
Supportline – 179
. L-iktar każijiet li l-pubbliku inġenerali jċempel dawarhom huma każijiet ta’
cyber-bullying
,
sexting
, u anke l-użu eċċessiv tal-internet. Din il-linja qiegħda tiġi ikkoordinata minn operaturi li ġew imħarrġa apposta fuq dawn it-tip ta’ abbużi u riskji fost affarijiet oħra.
L-istatistika t’hawn taħt turi l-każijiet li ġew rapurtati lill-Hotline u l-Helpline, fl-2018, dwar l-użu ħażin tal-
internet.
Number of reports
Number of reports received by month and year of report
Hotline
Helpline
2018
2018
Jan
18
18
Feb
24
22
Mar
25
23
Apr
23
50
May
23
38
Jun
22
26
Jul
24
36
Aug
15
24
Sep
12
22
Oct
18
32
Nov
22
28
Dec
14
23
Total
240
342
TOTAL SĦIĦ
582
Allokazzjonijiet ta’ postijiet tal-Gvern — lokalitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6698 u jgħid kemm saru allokazzjonijiet ta' postijiet tal-Gvern matul din is-sena 2018 u f'liema lokalitajiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6701 u 567 u jgħid kemm-il allokazzjoni saret mill-Awtorità tad-Djar bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017? Jista’ jgħid kemm-il allokazzjoni saret xahar b’xahar fiż-żmien imsemmi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6755 u jgħid x’inhi l-politika tal-Ministeru fejn jidħlu djar battala?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali għamilha prijorità tiegħu li jagħti ħajja ġdida lill-proprjetajiet battala li hawn fil-pajjiż. Fil-prattika, dan qed isir permezz ta’ għadd ta’ skemi li toffri l-Awtorità tad-Djar bħalma huma, Nikru Biex Nassistu u l-iskema tal-għotja ta’ €25,000 għar-rinovar ta’ proprjeta’ li tkun ilha magħluqa għal aktar minn sena. Wara li aktar kmieni dan ix-xahar tnieda l-proġett ta’ programmi ta’ housing speċjalizzati li tinkludi l-użu ta’ proprjeta` li se tiġi riġenerata, matul din is-sena se tkun qed tibda r-riġenerazzjoni fuq aktar minn 40 proprjetà tal-Gvern illi lkoll ser jintużaw għal skop soċjali. Dan għandu l-għan illi jsaħħaħ l-istokk użabbli fil-qasam soċjali.
Ċentru LEAP – għajnuna lill-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6796 u ċjoè B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 31246 tat-12-il leġislatura u 2567 ta’ din il-leġislatura, jista’ l-Ministru jagħti tweġiba dwar il-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jafu bihom l-impjegati taċ-Ċentri Leap u x’qiegħed isir biex dawn il-persuni jiġu megħjuna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ Mistoqsija Parlamentari 2567.