Legislature:
Category:
Reset
Active:

Liġijiet dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fuq il-postijiet tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet biex jipprepara liġijiet ġodda rigward l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fuq il-postijiet tax-xogħol?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta diġà għandha qafas regolatorju ta’ ċertifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet li jaħdmu permezz tal-Intelliġenza Artifiċjali, liema ċertifikazzjoni toħroġ mill-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Digitali. Din iċ-ċertifikazzjoni hija offruta fuq bażi volontarja. L-Unjoni Ewropea qiegħda tissuġġerixx biex l-Intelliġenza Artifiċjali f’ċerti oqsma tkun regolata, fejn l-istutuzzjionijiet għadhom qed jiddiskutu dawn ir-regolamenti. Ladarba l-Unjoni Ewropea tilleġiżla dawn ir-regolamenti, Malta tkun qegħda tagħmel traspożizzjoni tagħhom fil-liġijiet nazzjonali tagħha.

Dipartiment tal-Artijiet — applikazzjonijiet għax-xiri tad-dirett dominju ta’ proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm-il applikazzjoni daħlet taħt l-Iskema 2019 għax-xiri tad-dirett dominju ta’ proprjetà tal-Gvern jew proprjetà mikrija użata bħala residenza ordinarja jew villeġġjatura?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 1611, in-numru ta’ applikazzjionijiet li ġew reġistrati taħt l-iskema 2019 għax xiri tad-dirett dominju ta’ proprjetà tal-Gvern jew proprjetà mikrija użata bħala residenza ordinarja jew villeġġjatura hu ta’1446.

Dipartiment tal-Artijiet — applikazzjonijiet għax-xiri tad-dirett dominju ta’ proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm-il applikazzjoni li daħlet taħt l-Iskema 2019 għax-xiri tad-dirett dominju ta’ proprjetà tal-Gvern jew proprjetà mikrija użata bħala residenza ordinarja jew villeġġjatura ġiet ipproċessata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew irċevuti 1446 applikazzjioni u ġew proċessati 929 il-applikazzjoni.

Dipartiment tal-Artijiet — applikazzjonijiet għax-xiri tad-dirett dominju ta’ proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm-il applikazzjoni li daħlet taħt l-Iskema 2019 għax-xiri tad-dirett dominju ta’ proprjetà tal-Gvern jew proprjetà mikrija użata bħala residenza ordinarja jew villeġġjatura ġiet iffinalizzata u sar il-kuntratt relattiv għax-xiri tad-dirett dominju?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru 160 kuntratt, 10 ġew irrifjutati u 98 mistenija jkunu finalizzati min-naħa ta’ Nutar.

Dipartiment tal-Artijiet — Proċessar ta’ applikazzjonijiet għax-xiri tad-dirett dominju ta’ proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jindika xi pjanijiet hemm sabiex il-backlog li jeżisti fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet li daħlu taħt l-Iskema 2019 għax-xiri tad-dirett dominju ta’ proprjetà tal-Gvern jew proprjetà mikrija użata bħala residenza ordinarja jew villeġġjatura, tiġi indirizzata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’referenza għal mistoqsija Parlamentari Nu.1614, l-Uffiċċju Konġunt qiegħed f’diskussjionijiet mad-Dipartimenti tas-Servizzi Korporativi tal-Ministeru sabiex issir talba ċentrali sabiex jiżdiedu n-numru ta’ riżorsi umani allokati lill-Uffiċċju u b’hekk jitħaffef il-proċess tar-reġistrazzjionijiet.

Stabbilimenti kummerċjali liċenzjati biex tindaqq il-mużika

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm-il stabbiliment kummerċjali huma liċenzjati ossia awtorizzati fil-Belt Valletta, Floriana, Gwardamanġa/Pietà, Ħamrun, Marsa u Santa Venera, taħt liema kategorija jaqgħu u kemm minnhom għandhom liċenzja sabiex tindaqq il-mużika?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-ħtieġa għal liċenza għal stabbilimenti kummerċjali ta' natura ġenerika tneħħa b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2017 u għalhekk mhux possibbli li jiġi indikat kemm -il stabbiliment kummerċjali huwa liċenzjat ossia awtorizzat fil-lokalitalijiet msemmija Min-naħa l-oħra stabbilimenti li jipprovdu l-ikel huma liċenzati mill-Awtorità tat-Turiżmu u permess, fejn dan ikun meħtieġ, biex tindaqq mużika minn tali stabbilimenti huwa maħruġ minn din l-Awtorità. Għaldaqstant ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lil Ministru responsabli mis-settur.

Setturi ekonomiċi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex jattira setturi ġodda fl-ekonomija tagħna matul il-ħames snin li ġejjin? Jista' jindika liema huma dawn is-setturi l-ġodda?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – spiża fuq safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet il-mawra tiegħu fil-Kanada (fosthom f’Toronto) f’dawn il-jiem u minn min kien akkumpanjat?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra, hekk kif din id-domanda saret jumejn wara li l-Ministru wasal Toronto u waqt li kien għadu lanqas wasal lura Malta.

Gaming Authority — safra tal-Head Lead & Enforcement

Question

Jista’ l-Ministru jispjega r-raġuni għaliex il-Head Legal & Enforcement tal-Gaming Authority li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tħalliet tmur Las Vegas fl-2018 mal-individwu li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament li allura kien operatur tal-gaming? Jista’ jgħid jekk dan kienx kunflitt ta’ interess u jekk sarx bil-kunsens taċ-Chairman tal-Gaming Authority? Jista’ jgħid jekk l-ispejjeż tagħha taż-żjara tħallsux mill-Awtorità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Mejju 2018 il-persuna kkonċernata kienet mistiedna Las Vegas sabiex tirrapreżenta l-Awtorità f’laqgħat li trattaw żviluppi regolatorji fil-qasam tal-gaming. Din iż-żjara ġiet awtorizzata mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità filwaqt li l-ispejjeż ma tħallsux mill-Awtorità.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' impjegati li huma mqabbda ma' kuntratturi privati li għandhom kuntratti għal servizzi mal-Gvern ta' Malta li jaqa' taħt il-Ministeru? Għal kull post, jista' l-Ministru jagħti n-numru rispettiv ta’ ħaddiema? Jista' jagħti l-grad u l-paga tal-ħaddiema rispettivi skont il-kuntratt? Jista' jagħti l-lista ta' gradi ekwivalenti ta' ħaddiema ċivili li għandhom l-istess job description u l-paga tagħhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mhux fil-kompitù tal-Gvern li jidħol f’kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji privati.

Art barra ż-żoni ta’ żvilupp li hi proprjetà tal-Gvern li mhux okkupata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hawnx katast ta’ art barra ż-żoni ta’ żvilupp li hi proprjetà tal-Gvern li mhux okkupata? Jista’ jara li fejn din l-art hija art agrikola, tingħata bi prezz baxx lill-bdiewa żgħażagħ full-time għal użu agrikolu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ ta’ art agrikola li mhux tinkera jew kirja tintemm, l-Awtorità tal-Artijiet għandha l-obbligu li toħroġ sejħa pubblika għall-kera skont is-suq attwali liema sejħa hija għal skop agrikolu.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Jannar 2021 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il direct order ħarġet mill-Ministeru tiegħu u kull entità li taqa’ taħtu u kemm kien il-valur totali ta’ dawn id-direct orders? Lil min inħarġet u x’kien il-valur ta’ kull direct order?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Ħal Tarxien – faċilitajiet bankarji

Question

B’referenza għall-problema li numru ta' residenti u persuni fin-negozju Tarxiniżi qed jiffaċċjaw għax m’għandhomx faċilitajiet bankarji ta’ xejn, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarux rappreżentazzjonijiet mill-Ministeru ma’ entitajiet bankarji dwar dan sabiex ikun hemm dan is-servizz?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Enemalta — pubblikazzjoni ta’ kontijiet awditjati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema azzjonijiet ittieħdu fuq in-nuqqas tal-kumpanija Enemalta plc, li tagħha l-Gvern għandu sehem maġġoritarju, li tissottometti fil-ħin il-kontijiet awditajti tagħha għas-sena 2019 (li ġew sottomessi biss f'April 2022), u għas-sena 2020 (li għadhom ma jidhrux fis-sit tal-Malta Business Registry) sal-ħin li qed issir din il-mistoqsija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli interpellant li d-dokumenti tas-sena 2020 jinsabu fis-sit tal-Malta Business Registry, ngħarrfu li l-MBR timxi dejjem skont ir-regoli stabbiliti.

Kumpaniji Maltin u producers fil-qasam tal-audio visual – allokazzjoni ta’ fondi minn dipartimenti tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fondi allokati mid-dipartimenti kollha tal-Gvern għal kumpaniji Maltin u producers li jaħdmu fil-qasam tal-audio visual?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kumpaniji, koperattivi, partnerships u NGOs li qed jagħmlu użu mid-Design Cluster

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji, koperattivi, partnerships u NGOs li qed jużaw id-Design Cluster? Liema huma dawn il-kumpaniji? X’tip ta’ kumpaniji hemm fi ħdan id-Design Cluster? Kemm hemm studios li għadhom vakanti? Kemm hemm membri li qed jużaw il-co-working spaces?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Qamħ — Skema għall-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’mekkaniżmu se jintuża biex titħaddem l-iskema ta’ €30 miljun li biha għandhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkoncernat.

Qamħ — Miżuri long-term għall-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern għall-miżuri long-term li minnhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ, minħabba l-inflazzjoni u ż-żieda fi spejjeż?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħas-Saptan/Ħal Għaxaq — Żona Speċjali ta' Konservazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art immarkata fis-site plan anness (kordinati 35.83661788305, 14.515264067955), fl-inħawi ta' Ħas-Saptan, Ħal Għaxaq, li hija kkunsidrata bħala Żona Speċjali ta' Konservazzjoni (Special Area of Conservation), hijiex art pubblika jew art privata? Jekk hi art pubblika, għadha miftuħa għall-pubbliku jew ġiet mgħoddija lil terzi? Jekk ġiet mgħoddija lil terzi, jista' jgħid b'liema proċedura ġiet mgħoddija, taħt liema kriterji u jekk ingħatatx b'tender?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-awtortita ta' l-artijiet infurmatni li l-art immarkata fis-site plan indikat fl-inħawi ta' Ħal Saptan, Ħal Għaxaq hija art pubblika. Ninforma ukoll li din l-art ma gietx mgħoddija lit-terzi.