Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjieg mal-Gvern — Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li għandhom impjieg mal-Gvern?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Jobsplus m'għandhiex din it-tip ta’ informazzjoni.
Leg 13 PQ #8777 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Xewkija Għawdex – investiment fil-Gozo Campus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment infrastrutturali u investiment ieħor sar fil-Gozo Campus ġewwa x-Xewkija Għawdex matul is-sena 2018 u x’kienet in-nefqa? Jista’ jgħid x'investiment infrastrutturali u investiment ieħor hemm ippjanat li jsir fil-Gozo Campus matul is-sena 2019?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lilll-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3861, fejn ġie muri momentum ċar, fir-rigward tal-manutenzjoni ta' infrastruttura eżistenti, kif ukoll għall-installazzjoni ta' infrastruttura ġdida. L-2018 kienet ikkaratterizzata minn kontinwazzjoni ta' din ix-xejra - pereżempju, l-installazzjoni ta' lockers li jissakkru għall-istudenti, kif ukoll vettura ġdida għall-użu tal-Kampus f'Għawdex, eċċ., li ammontaw għal €1,828 (naturalment, eskluża l-ispiża għal kiri tal-vettura). Iżda l-attenzjoni prinċipali matul l-2018 kienet fuq l-ippjanar u d-disinn tal-estensjoni l-ġdida tal-Kampus, ir-restawr tal-faċċata u l-ħitan ta' barra u r-rinnovazzjoni tal-binja eżistenti. Regolarment, saru bosta laqgħat tekniċi u ta' konsultazzjoni ma' u bejn periti, inġiniera, speċjalisti ta' l-IT, amministraturi, funzjonarji mill-ministeri kkonċernati u partijiet konċernati oħra ewlenin. Il-proċess tkabbar biex jinkludi konsultazzjoni mad-Dekani u d-Diretturi minn madwar l-Università bil-ħsieb ta' diskussjoni inklussiva sabiex l-użu tal-kampus f'Għawdex jiġi massimizzat. Barra minn hekk, peress li t-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3861 u bħala riżultat tal-konsultazzjoni estensiva msemmija hawn fuq, it-tqassim tad-disinn tal-estensjoni l-ġdida nbidel u applikazzjoni emendata kienet ġiet sottomessa u konsegwentement approvata mill-Awtorità tal-Ippjanar. Offerta għall-kostruzzjoni ta' l-estensjoni bħalissa tinsab fid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-ivverifikar u l-pubblikazzjoni, li ssir eventwalment.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8309 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub f’mistoqsija parlamentari 8309 għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #8816 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ministeru għall-Edukazzjoni – użu ta’ mobile classrooms

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il klassi temporanja/mobile classroom qed juża sa issa l-Ministeru tal-Edukazzjoni u f’liema skejjel? Kemm fi ħsiebu juża aktar minn dawn it-tip ta’ klassijiet matul din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li bħalissa pre-fabricated classrooms hemm fl-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar. F'din l-iskola hemm 10/12-il klassi pre-fabricated. Dawn it-tip ta' pre-fabricated classrooms jintużaw bħala riżorsa fejn ikun hemm żieda qawwija tal-popolazzjoni f'temp qasir. Il-policy tal-Ministeru tibqa' li jinbnew skejjel ġodda. Skejjel preżenti jiġu refurbished jew estiżi skont il-bżonn.
Leg 13 PQ #8817 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ministeru għall-Edukazzjoni – użu ta’ mobile classrooms

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-klassijiet temporanji/mobile classrooms li qed juża l-Ministeru tal-Edukazzjoni nxtrawx jew inkrewx? Meta ħarġet is-sejħa għall-offerti? Min rebaħ it-tender? Kemm swew jew qed jiswew?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-pre-fabricated classrooms fl-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar inxtraw fil-bidu ta' Jannar 2016. Il-Fondazzjoni għall-iskejjel t'Għada (FTS) ġabet ħames kwotazzjonijiet minn kumpaniji differenti f'Diċembru 2015. L-aktar offerta vantaġġjuża kienet dik sottomessa minn Bava Holdings Ltd. L-FTS ġabet l-approvazzjoni mid-Dipartiment tal-Kuntratti skont il-public procurement regulations.L-ispiża biex jinxtraw dawn il-klassijiet kienet ta' €196,236.02 (inkluż il-VAT).

Jobsplus – korsijiet għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni b’diżabilità li ġew offruti kors mill-Jobsplus sabiex jgħinhom isibu impjieg matul is-sena li għaddiet? Fuqiex kien jikkonsisti l-kors u fejn sar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2018, in-numru ta’ persuni b’diżabilità li ġew offruti kors mill-Jobsplus kien ta’ 806, kif indikat fit-tabella hawn taħt: TaħriġNumru li ġew offruti Sheltered Employment Training48 Pre-Employment Training585 Taħriġ ieħor173 Total806 Il-Programm Sheltered Employment Training, li huwa parzjalment iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, jipprovdi taħriġ assistit għall-persuni b’diżabilità l-aktar severa bl-għan li jtejbu l-ħiliet tagħhom għad-dinja tax-xogħol. Diversi Job Coaches huma assenjati sabiex jissapportjaw lill-persuni li jattendu programm ta’ taħrig tul is-sena li jinkludi perjodu f’ambjent reali tax-xogħol. Dan it-taħriġ isir fil-fergħa ta’ Jobsplus l-Imsida u Għajnsielem Għawdex. Il-Pre-Employment Training huwa taħriġ speċifiku li jiffoka fuq ħiliet ta’ impjegabilità, komunikazzjoni, soċjali, kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti. Dan it-taħriġ huwa parzjalment iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u jiġi offrut fil-fergħa ta’ Jobsplus Pembroke u Għajnsielem Għawdex. Taħriġ ieħor li ġie offrut lill-persuni b’diżabilità matul l-2018 kien jikkonsisti f’: · Basic ICT Skills · Food Handling B · Award in First Aid · ECDL · Maltese Language for foreigners · Numeracy · Sage Accounts · Award for Call Centre Agents · Award in Principles of Gardening & Landscapes · Award in Principles of Plumbing · Award in Private Security Guard Dan it-taħriġ isir f’Ħal Far kif ukoll f’Għawdex.

Marsaskala, San Pawl il-Baħar u Tas-Sliema – studenti barranin ġodda fl-iskejjel primarji statali

Question

Jista’ l-Ministru jindika ċ-ċifri eżatti ta’ studenti barranin li ddaħħlu fis-sistema edukattiva lokali fl-iskejjel primarji statali ta’ Marsaskala, San Pawl il-Baħar u tas-Sliema mill-bidu tas-sena skolastika 2018/2019?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-għadd ta’ studenti barranin li ddaħħlu fis-sistema edukattiva lokali fl-iskejjel primarji statali ta’ Marsaskala, San Pawl il-Baħar u tas-Sliema mill-bidu tas-sena skolastika 2018/2019 huwa kif se nsemmi: Marsaskala 73 San Pawl il-Baħar 170 Sliema 81 Dawn il-figuri ma jinkludux studenti barranin li kienu diġà qed jattendu fl-imsemmija skejjel fis-sena skolastika ta’ qabel.

Studenti li jagħmlu użu mill-Breakfast Club

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-istudenti li qed jagħmlu użu mill-Breakfast Club skont kull skola li toffri tali servizz?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tfal li qed jagħmlu użu mis-Servizz tal-Breakfast Club huwa ta’ 5,680. Dan is-servizz huwa offrut f’kull skola Primarja tal-Istat f’Malta u Għawdex. Dettalji skont kull skola huma kif jidhru fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Breakfast Club – koordinaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-koordinaturi tal-Breakfast Clubs ikunux preżenti fil-ħinijiet kollha li fihom joperaw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rwol tal-Koordinaturi tal-Breakfast Clubs huwa bbażat fuq bażi ta’ Kulleġġ li fihom jaqgħu l-Breakfast Clubs rispettivi. Fl-iskejjel Primarji jkun hemm is-Supervisors rispettivi.

Studenti li jagħmlu użu mill-Klabb 3-16

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-istudenti li qed jagħmlu użu mill-Klabb 3-16 skont kull skola li toffri tali servizz?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li t-tfal kollha reġistrati biex jagħmlu użu mis-servizz ta’ Klabb 3-16 f’kull ċentru amministrat mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES), huma kif se nsemmi: Ċentri u tfal reġistrati Ħ'ATTARD 126 BIRŻEBBUĠA 101 BIRKIRKARA 119 IL-FGURA 174 IL-GŻIRA 72 IL-ĦAMRUN 114 ĦAŻ-ŻEBBUĠ 86 ĦAL LUQA 113 IL-MELLIEĦA 165 L-IMĠARR 66 IL-MOSTA 145 L-IMQABBA 42 MARSASKALA 192 IN-NAXXAR 136 PAOLA 110 PEMBROKE 159 ĦAL QORMI S.G. 118 IR-RABAT 57 SAN ĠWANN 147 IS-SIĠĠIEWI 63 TAS-SLIEMA 129 SAN PAWL IL-BAĦAR 244 SAN ĠILJAN 72 SANTA VENERA 86 VICTORIA 63 ĦAŻ-ZABBAR'A' 156 IŻ-ŻEJTUN 117 IŻ-ŻURRIEQ 101 TOTAL 3273

Koordinaturi tal-Klabb 3-16

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-koordinaturi tal-Klabb 3-16 ikunux preżenti fil-ħinijiet kollha li fihom joperaw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Klabb 3-16 jiġi mogħti f’bosta ċentri bejn l-għeluq tal-iskejjel u s-sitta ta’ filgħaxija. Fil-vaganzi, is-servizz jingħata bejn is-sebgħa ta’ filgħodu u l-ħamsa u nofs ta’ wara nofsinhar. Infurmat li fl-assenza tal-koordinaturi, li jistgħu ikunu assenti wkoll minħabba mard jew vacation leave, ikun hemm persuna inkarigata li tieħu responsabbiltà taċ-ċentru.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8553 u 8694 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fis-servizz pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f’pozizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew ‘il fuq. Fl-2008 kien hemm 4,900. Fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195. Għal dawk li huma entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, illum hemm 507 mara f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew ‘il fuq.

Skejjel Primarji — Mobile classrooms

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il mobile classroom qed tintuża fl-iskejjel tal-primarja u kemm swew lill-Gvern biex ġew attrezzati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 8816 u 8817.

Free Childcare Scheme

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8744, jista’ l-Ministru jindika fejn huma allokati l-130 Childcare Centres tal- Free Childcare Scheme?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li b’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8744, il-130 Childcare Centre tal-Free Childcare Scheme huma allokati kif muri f’din it-tabella: Lokalità Numru ta’ ċentri f'kull Lokalità Ħ’Attard 2 Ħal Balzan 1 Il-Birgu 1 Birkirkara 7 Birżebbuġa 2 Bormla 1 Burmarrad 1 Il-Fgura 5 Il-Furjana 1 L-Għarb 1 Ħal Għargħur 3 Ħal Għaxaq 1 Gwardamanġa 1 Il-Gżira 6 Il-Ħamrun 2 L-Iklin 1 L-Imġarr 2 Ħal Luqa 4 Il-Marsa 3 Marsaskala 2 Il-Mellieħa 3 Il-Mosta 6 L-Imsida 7 In-Naxxar 2 Paola 3 Pembroke 2 Tal-Pietà 2 Qawra 3 Ħal Qormi 8 Ir-Rabat 1 San Ġiljan 2 San Ġwann 8 Santa Luċija 1 Santa Venera 6 Is-Siġġiewi 2 Tas-Sliema 2 Is-Swatar 3 Is-Swieqi 2 Ħal Tarxien 3 Ix-Xewkija 1 Ħaż-Żabbar 4 Ħaż-Żebbuġ 6 Iż-Żejtun 4 Iż-Żurrieq 2

Studenti bi Bżonnijiet Speċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ tfal b’diżabilità u li għadhom imorru l-iskola? F’liema skejjel qegħdin jattendu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara x’qiegħed jifhem b’diżabbiltà jew huwiex jirreferi għal studenti li għandhom statement of needs.
Leg 13 PQ #8885 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Marsa Racing Club — segretarju

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra min hu s-Segretarju tal-Kunsill tal-Marsa Racing Club għas-sena 2019?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Istatut u Regolamenti tal-Marsa Racing Club (1987), Sezzjoni A. Statut, Artiklu 7, is-Segretarju jinħatar kif ikkwotat hawn taħt: · Il-Kumitat ikun kompost minn tmien (8) membri li tlieta (3) minnhom jiġu eletti mill-membri ta’ l-Għaqda tas-Sidien u Ġerrejja taż-żwiemel permezz ta’ votazzjoni sigrieta. Il-Kumitat jinħatar minn sena għal sena u minn fost dawn it-tmien membri għandhom jinħatru s-Segretarju u t-Teżorier. Iċ-Chairman jiġi maħtur mill-Ministru. Mill-informazzjoni li għandi, s’issa s-Segretarju għadu ma ġiex maħtur minn fost il-membri.

Sena Skolastika 2016 – 2017 — assentejiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ma marrux l-iskola matul is-sena skolastika 2016-2017 fil-livelli ta’ kindergarten, primarja u sekondarja? X’kienu r-raġunijiet ta’ dan l-assentejiżmu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tabella ta’ hawn taħt tinkludi n-numru ta’ studenti li fallew aktar minn 10 ijiem skola mingħajr awtorizzazzjoni matul is-sena skolastika 2016-17. Il-proċedura fl-iskejjel tal-istat tirrikjedi li l-iskejjel jintervjenu meta student ifalli dan l-ammont ta’ ġranet. Minħabba f'hekk numru ta’ ġenituri jittellgħu wkoll it-tribunali reġjonali. Ta’ min jinnota illi t-tfal huma legalment obbligati li jattendu l-iskola mill-Year 1. Skola Numru ta’ Studenti Primarja 1258 Medja 763 Sekondarja 1906 Ir-raġunijiet ta’ dan l-assentejiżmu jvarja bejn fatturi tal-istudenti individwali, fatturi fil- familja jew fl-iskola. It-tabella ta’ hawn taħt tindika ftit minn dawn ir-raġunijiet: Fatturi tal-Individwu Fatturi tal-Familja Studenti bi problemi ta’ saħħa fiżika jew mentali Studenti li għandhom ġenituri b’nuqqas ta’ ħiliet ta’ trobbija Studenti bi problemi soċjali Studenti li għandhom ġenituri li għandhom xi forma ta’ vizzju Studenti b’diffikultajiet fit-tagħlim jew/u di¿abilità Studenti li għandhom ġenituri vittmi ta’ vjolenza domestika Studenti bi problemi emozzjonali u ta’ mġiba Studenti li qed ibatu minn xi forma ta’ abbuż ( Child Protection issues ) Studenti li jbatu minn niket minħabba mewt Studenti li għandhom problemi finanzjarji fil-familja Studenti li jbatu minn school phobia jew li jirrifjutaw li jattendu l-iskola Studenti li għandhom ġenituri bi problemi fir-relazzjonijiet Studenti li jbatu minn ansjetà inkluż dik ta’ firda ( separation anxiety ) Studenti li għandhom ġenituri li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali Studenti barranin li kellhom diffikultà jaddattaw għall-pajjiż Kultura ta’ kontra l-iskola Studenti li huma intraċċabbli u li possibbilment telqu minn Malta Ikun hemm ukoll studenti li fallew l-iskola b’awtorizzazzjoni. Dawn huma studenti li jkunu morda jew li jkollhom raġuni valida għala fallew l-iskola. Dawn ir-raġunijiet jinkludu mewt ta’ familjari, sitwazzjonijiet familjari u anke safar bi skop edukattiv.

Aġenzija Żgħażagħ – inizjattivi organizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-inizjattivi li ġew organizzati mill-Aġenzija Żgħażagħ is-sena l-oħra? Fejn saru dawn l-inizjattivi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor/ Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8927 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

San Pawl il-Baħar – Skola primarja ġdida

Question

Wara l-kummenti tal-Prinċipal tal-Kulleġġ Maria Reġina li minnu tagħmel parti l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar, fejn ġie rrapportat li qal li f’każ li l-iskola l-ġdida tal-Qawra terġa’ għat-tielet sena konsekuttiva ma tkunx lesta biex tilqa’ fiha studenti sa Settembru 2019, “mobile classrooms will not be the solution”, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-fatt l-iskola li kienet ippjanata li tinfetaħ sentejn ilu hijiex se tiftaħ fis-sena skolastika li jmiss? Jista’ jgħid x’inhi s-soluzzjoni jekk id-deadline ma jintlaħaqx la l-Prinċipal mhux se jaċċetta aktar klassijiet temporanji ppostjati fil-bitħa tal-iskola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, iva, l-Iskola Primarja tal-Qawra se tiftaħ il-bibien tagħha għall-ewwel studenti fis-sena skolastika li jmiss. Kif qal il-Prinċipal il-klassijiet prefabbrikati tpoġġew fl-Iskola ta’ San Pawl il-Baħar kważi erba’ snin ilu u kienu parti mis-soluzzjoni flimkien mal-użu ta’ postijiet/partijiet oħra mill-Kulleġġ. Kif qal il-Prinċipal ma hemm l-ebda pjan li jitpoġġew iktar klassijiet prefabbrikati fl-Iskola ta’ San Pawl il-Baħar imma jintużaw postijiet/partijiet oħra mill-Kulleġġ jekk jiġri li l-iskola ma tkunx tista’ tintuża.
Leg 13 PQ #8928 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skola Ġdida tal-Qawra — periti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-periti tal-iskola l-ġdida tal-Qawra? Kemm qed jitħallsu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija ta' periti li qiegħda taħdem fuq il-proġett ta' bini ta' Skola Primarja ġdida fil-Qawra hi MED Design Associates Ltd. Infurmat li sal-aħħar tal-proġett dawn se jkunu tħallsu s-somma ta' €305,000 (VAT eskluża).