livell sekondarju u Junior Lyceum — Karti ta' L-eżami l-istess
Question
Tista' l-Ministru tgħid x`inhi r-raġuni li studenti ta' livell sekondarju u dak ta' Junior Lyceum ġew mogħtija l-istess karta tal-eżami tal-Geografija, Storja u Studji Soċjali? Jirriżulta li sar żball fis-sezzjoni C tal-Istudji Soċjali u l-għalliema ġew ordnati biex jagħtu full marks lil kull student għal din is-sezzjoni ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-istudenti tal-livell sekondarju ingħataw l-istess karta tal-eżami tal-Ġeografija, Storja u Studju Soċjali ta’ dawk fil-Junior Lyceum minħabba li s-sillabu huwa l-istess.
Fil-każ tal-eżami tal-Istudji Soċjali fil-Karta Ġenerali kien hemm mistoqsija fis-Sezzjoni C li parti minnha kienet ibbażata fuq parti mis-sillabu offrut bħala
Option
minflok
General
. Minħabba f’hekk ġie deċiż li jingħataw
full marks
lil kull student għal din is-sezzjoni.
aħħar sena tal-edukazzjoni sekondarja — numru ta' studenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti bniet u subien f’Malta u f’Għawdex fl-aħħar sena tal-edukazzjoni sekondarja tagħhom fis-settur statali, f’dak tal-knisja u f’dak privat fis-sena skolastika 2007 – 2008 ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata hekk:
Subien Malta
Bniet Malta
Subien Għawdex
Bniet Għawdex
Skejjel Statali
7,280
7,384
828
832
Skejjel tal-Knisja
755
658
53
21
Skejjel Indipendenti
259
210
-
-
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Learning Support Assistants fi skejjel tal-knisja u privati
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru totali ta' Learning Support Assistants li bħalissa huma impjegati mal-iskejjel tal-Knisja jew dawk privati maqsumin skola, skola? X'tip ta' korsijiet speċjalizzati għandhom bżonn dawk li jagħmluha ta' Learning Support Assistants?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna żgħażagħ diżabbli jattendu:
a)
Higher Secondary
Naxxar?
b) Istituti għal Studji Turistiċi?
ċ) MCAST?
d) Junior College?
e) Università?
F'kull każ xi strutturi, persuni u riżorsi oħra ta' appoġġ għandhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Issa li ninsabu fi Frar 2009, tista' l-Ministru tgħid fejn wasal ix-xogħol għat-tfassil tal-kontenut tal-korsijiet foundation fl-MCAST? Għaliex ħa tant żmien it-tfassil ta' dan il-kontenut tal-korsijiet? Liema proċess se jintagħżel biex żgħażagħ mill-korsijiet foundation jgħaddu għal korsijiet oħra tal-MCAST u għaliex intgħażel dan il-proċess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-kors tal-Foundation Programme kellu s-sillabi kollha, kemm tal-Vocational Practice kif wkoll tal-Key Skills, lesti u mqassma lil dawk kollha konċernati sabiex il-proċess tat-tagħlim ikun ċar u b-sistema ta’ assessjar ċara, kif hemm imfassal fir-regoli tal-istess programm. Dan ix-xogħol kien lest qabel it-tmiem ta’ Settembru 2008. Sabiex student ikun jista’ jitla’ fi programmi ta’ livell ogħla, sakemm ma jkunx hemm kwalifiċi speċifiċi rikjesti minħabba n-natura u l-esiġenzi ta’ dak il-programm, jeħtieġ li jgħaddu ta’ l-anqas b’pass f’kull unit kemm fl-assignments mogħtija fil-Vocational Practice, kif wkoll fil-Key Skills (Malti, Ingliz, Matematika u IT). Studenti biċ-ċertifikat fiż-żewġ taqsimiet tal-Foundation Programm (Vocational Practice u Key Skills) jistgħu jipproċedu għal programm fil-livell li jmiss. Studenti li jiksbu suċċess f’waħda biss miż-żewġ taqsimiet (Key Skills jew Vocational Practice) jingħataw ċertifikat f’dik it-taqsima biss.
Tista' l-Ministru tgħid fis-snin skolastiċi 2004-2008 sena b'sena, kemm inġabru flus, istitut b'istitut mill-istudenti tal-MCAST biex ingħataw l-Edexel għall-korsijiet u eżamijiet tal-BTEC?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onr. Interpellant.
Ministeru għall-edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — direct orders
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li ħarġu mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta' flus ta' dawn id-direct orders? Tista' tinformani bl-istess informazzjoni għall-perijodu tas-snin 2007 u 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru u l-ammont ta’ direct orders maħruġa bejn Jannar u April 2007, 2008 u 2009 huwa hekk:
Fl-2007, in-numru ta’
direct orders
kien ta’ 106 li jammontaw għal Lm 79,188.50.
Fl-2008, in-numru ta’
direct orders
kien ta’ 68 li jammontaw għal € 191,720.51
Fl-2009, in-numru ta’
direct orders
kien ta’ 110 li jammontaw għal € 4,411,608.27.
L-informazzjoni għar-rigward l-Universita’ ta’ Malta għadha qed tinġabar.
Studenti — studju fil-livell ta' masters jew PhD - scholarships
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm ingħataw, sal-lum, scholarships jew għajnuniet oħra, lill-istudenti li kienu jew qegħdin jagħmlu studji fil-livell ta' masters jew PhD? Kemm minn dawk li ngħataw l-ischolarship barra minn Malta fil-fatt ġew lura biex jaħdmu hawn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mit-twaqqif tal-iskema Malta Government Scholarship Scheme – Postgraduate fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, l-ischolarships li ngħataw huma hekk:
Fis-sena 2006:
· F’ livell Masters – 20
· F’ livell Dottorat – 13
Fis-sena 2007:
· F’ livell Masters – 33
· F’ livell Dottorat – 13
Fis-sena 2008:
· F’ livell Masters – 25
· F’ livell Dottorat – 13
It-tagħrif dwar kemm minn dawk li ngħataw l-
ischolarships
barra minn Malta ġew lura biex jaħdmu f’pajjiżna għadu ma nġabarx.
Scholarships għal studju fil-livell ta' Masters jew PhD
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm scholarships ġodda li jingħataw għal studji fil-livell ta' Masters jew PhD f'Malta jew barra minn Malta, minn Ottubru li ġej? Jekk fl-affermattiv, f'liema korsijiet u meta ser joħorġu s-sejħiet għal dawn l-ischolarships?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iskema fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura Żgħażagħ u Sport imsejħa il-Malta Government Scholarship Scheme – Postgraduate se tiftaħ l-applikazzjonijiet tagħha f’data li titħabbar aktar il-quddiem.
Fir-rigward ta’ STEPS (
Strategic Educational Pathways Scholarships Scheme
), s’issa ħarġu żewġ sejħiet din is-sena. Ser ikun hemm sejħa għal
Scholarships
oħra għal studji fil-livell ta’ Masters jew PhD f’Malta jew barra minn Malta aktar tard din is-sena.
It-tielet sejħa sejra toħroġ fl-1 ta’ Novembru, 2009 u tagħlaq fil-15 ta’ Jannar, 2010.
Fl-iskema ta’ STEPS, scholarships jingħataw f’erba’ oqsma ta’ priorita’ għall-ekonomija tal-pajjiż. Dawn huma:
1. Tisħiħ fil-ħiliet ta’ min jaħdem fis-sistema edukattiva;
2.
Skill mismatches
;
3. Riċerka ta’ innovazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija
4. ICT.
L-Universita’ ta’ Malta ħarġet 26
scholarship
ġdid f’livell ta’ PhD għall-membri tal-istaff tagħha biex jistudjaw barra minn Malta minn Ottubru li ġej.
Il-korsijiet huma:
5 – Education
1 – Laws
3 – Banking & Finance
1 – Marketing
1 – Public Policy
1 – Tourism
2 – Science
1 – Architecture
1 – Engineering
1 – Maltese
1 – Labour Studies
3 – Computing & IT
1 – Environment
3 – Health Care
1 – Energy Technology
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm mill-iskejjel primarji tal-Gvern fl-irħula tagħna, għandhom librerija? F'kemm u f'liema minn dawn l-iskejjel għandhom libreriji li fil-fatt minn barra lill-istudenti isellfu kotba lill-pubbliku in ġenerali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iSchools Library Service hu offrut ġo 51 minn 66 skola primarja tal-Gvern li għandhom librerija għall-użu tal-istudenti.
L-ebda librerija li taqa’ taħt l-i
Schools Library Service
fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-Istudent ma ssellef kotba lill-pubbliku in ġenerali. Libreriji li jintużaw mill-pubbliku ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta tal-i
Schools Library Service
.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Għawdex - Impjegati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha? Tista’ tagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Tista’ tagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Chairman u membri tal-kunsill malti għall-kwalifiki
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huwa iċ-Chairman u min huma l-Membri tal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iċ-Chairman u l-Membri tal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki huma dawn:
Chairman
- Is-Sur Joseph Abela Fitzpatrick
Membri - Is-Snra. Roslyn Vella
Is-Snra. Joan Micallef
Is-Snra. Veronica Grech
Is-Sur Joseph Cutajar
Is-Sur Joseph Farrugia
Is-Sur Vincent Farrugia
Is-Snra. Charmaine Portelli
Is-Sur Lino Zahra
Tista' l-Minstru tgħid kemm saru laqgħat ta' ħidma flimkien bejn l-MCAST u l-Kunsill Malti għall-Kwalifika biex jiġu mfassla korsijiet adattati fl-MCAST fuq il-linji mniżżlin fil-pubblikazzjoni Descriptions of Key Competences in the National Qualifications Framework levels 1 to 3?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST u l-Kunsill Malti għall-Kwalifika iltaqgħu diversi drabi dwar il-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki biex jiġu mfassla korsijiet addattati fl-MCAST fuq il-linji mniżżlin fil-pubblikazzjoni Descriptions of Key Competences in the National Qualifications Framework levels 1 to 3.
Tista' l-Ministru tgħid kemm żgħażagħ bdew kull kors tal-MCAST fl-ewwel sena bħala Foundation fil-bidu ta' din is-sena skolastika u kemm kien fadal minn dawn iż-żgħażagħ fl-istess kors fil-bidu ta' Frar 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku
Question
Tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, tista' l-Ministru tgħid kemm ġew reklutati impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha? Tista' tagħti t-tagħrif kumpannija kumpannija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ impjegati ġodda tul l-ewwel erba’ xhur tas-sena mal-kumpaniji b’investiment pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport huma hekk:
Public Broadcasting Services 1
European Union Programme Agency 2
Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi 1
Studenti li qed isegwu korsijiet ta' Masters u PhD
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti fil-preżent, kemm part-time kif ukoll full time, li qed isegwu korsijiet f'livell ta' Masters u PhD, maqsuma f'suġġetti differenti u maqsuma wkoll skond is-sess tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti t-tagħrif dwar jekk fis-sena skolastika li jmiss hux ser ikun hemm xi korsijiet ġodda, fl-Università ta' Malta? Jekk iva, f'liema fakultajiet u liema ser ikunu l-korsijiet ġodda li ser jiġu offruti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korsijiet ġodda li ġew approvati sa issa mis-Senat tal-Universita’ ta’ Malta qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fil-laqgħa tal-istess Senat li se tinżamm fit-18 ta’ Ġunju 2009 se jiġu approvati korsijiet ġodda oħra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti, nisa u rġiel separatament, li qed isegwu korsijiet ta' għalliema fl-Università ta' Malta għal kull sena tal-kors? Tista' tgħid jekk dawn l-istudenti humiex biżżejjed biex ilaħħqu mal-ħteġijiet tas-sistema edukattiva matul iż-żmien li ġej?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ studenti għalliema fil-Fakulta’ tal-Edukazzjoni huwa hekk:
Kors
Sena
Nisa’
Rġiel
Total
Bachelor of Education (Honours)
1
146
36
182
2
114
30
144
3
83
14
97
4
110
34
144
Total fil-Kors
453
114
567
Postgraduate Certificate in Education
1
106
38
144
Total fil-Kors
106
38
144
Total fil-Fakulta’
559
152
711
In-numru ta’ vakanzi li mistennijja jinħolqu minħabba irtirar bl-eta’ (61 sena) minn għalliema huwa hekk:
Sena Skolastika li tibda Settembru
Vakanzi
2009
83
2010
112
2011
97
2012
89
2013
82
2014
78
Barra minn dawn il-vakanzi jista’ jkun hemm vakanzi oħrajn minħabba maternita’, promozzjonijiet, opportunitajiet ta’ xoghol fl-istituzzjonijiet ta’ EU, riżenji u ċirkustanzi oħra simili li diffiċċli tikkwantifika.
Skont l-istatistika li għandna n-numru ta’ studenti li qegħdin jigradwaw mill-Universita’ huma biżżejjed biex nindirizzaw il-bżonnijiet ta’ l-iskejjel tagħna kważi fl-oqsma kollha.
Attivitajiet fl-iskejjel dwar il-ħarsien tal-annimali
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena skolastika li għaddiet u dik li ninsabu fiha kemm saru attivitajiet fi skejjel primarji u sekondarji dwar il-ħarsien tal-annimali u kontra l-moħqrija tal-annimali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena skolastika li għaddiet il-Peripatetic Teacher u Organiser ta’ L-Animal Awareness Education Programme żaret numru ta’ skejjel f’Malta u Għawdex, primarja u sekondarja, biex tippromwovi l-programm ma’ l-istudenti permezz ta’ lezzjonijiet dwar ir-rispett u l-imħabba lejn l-annimali u l-ambjent li jgħixu fih. Kienu jigu ttrattati temi bħal per eżempju t-testing fuq l-annimali, l-ġlied tal-klieb u l-annimali u ċ-Ċirku. Kienu jsiru laqgħat mal-Link Teachers maħtura apposta biex ikomplu jmexxu l-programm u jorganizzaw attivitajiet matul is-sena.
Numru ta’ NGOs, fosthom l-SPCA, n-Nature Trust u l-Hakuna Matata ġew mistiedna mill-iskejjel biex jagħtu taħdidiet lill-istudenti.
Il-programm tkompla matul Skolasajf. Il-persuna li kienet tieħu ħsieb il-programm ħejjiet manwal li fuqu l-Koordinaturi ta’ Skolasajf kienu jmexxu l-attivitajiet.
Fil-bidu tas-sena skolastika 2008/09 intbagħtet ċirkulari fl-iskejjel kollha mid-Dipartiment tal-Kurrikulu u
eLearning
biex fl-4 t’Ottubru l-iskejjel ifakkru l-Jum Dinji ta’ l-Annimali. Mill-
feedback
li rċevejna kważi l-iskejjel kollha, minbarra dawk li jippreferu jorganizzaw din il-ġurnata fis-17 ta’ Jannar (il-festa ta’ Sant’Antnin Abbati li hu marbut mat-tberik ta’ l-annimali), tellgħu attivitajiet u saru lezzjonijiet apposta dwar din it-tema. Hemm skejjel li organizzaw ġimgħa sħiħa ta’ attivitajiet.
F’numru kbir ta’ skejjel hemm il-
Link Teachers
li komplew il-programm li kien tħejja mill-
Peripatetic Teacher
li kienet torganizza l-
Animal Awareness Educational
Programme
. Fejn m’hemmx
Link Teachers
il-programm qed jitkompla permezz ta’ proġetti oħra bħal Dinja Waħda, EkoSkola u Birdlife.
Barra minn hekk it-tema ta’
Animal Awareness
tiġi ttrattata wkoll f’suġġetti partikulari bħal PSD u
Thinking Skills
fejn it-
topic
marbut ma’ l-annimali jinsab fis-sillabu u kif ukoll fil-kotba speċjalment ta’ l-Ingliż permezz ta’
comprehensions
u
compositions
.