Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-valur tal-investiment li sar mill-Gvern fil-Park tal-Majjistral, sena b'sena, bejn Jannar 2014 u April 2020?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Laqgħat bejn il-Gvern u l-Bord tat-tmexxija tal-Park tal-Majjistral — Minuti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat li saru bejn il-Gvern u l-Bord tat-tmexxija tal-Park tal-Majjistral bejn Jannar 2017 u April 2020 (anke jekk kienu laqgħat ta' konsultazzjoni)?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li l-laqgħat mhumiex pubbliċi u li f’dawn il-laqgħat jistgħu jsiru referenza għall-interessi privati u kummerċjali ta’ terzi li l-Bord m’għandux awtorizazzjoni li jippublika l-informazzjoni li taw dawn l-istess terzi, ma nħossx li huwa għaqli li informazzjoni u diskussjonijiet li jkunu saru fil-magħluq jiġu pubblikati. Il-Minuti jinkludu l-opinjonijiet professjonali u personali tal-membri li saru waqt deliberazzjonijiet fuq policy u azzjonijiet li ser jittieħdu.
Faċilitajiet tal-Iskart fil-Magħtab – pjanijiet ġodda u Environmental Impact Assessment
Question
B'referenza għall-istqarrija li ħareġ il-Ministru fil-15 ta' April 2020 fuq il-faċilitajiet tal-iskart fil-Magħtab, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:
a. il-pjanti l-ġodda u
b. l-Environmental Impact Assessment?
Jista’ jgħid ukoll jekk fil-Magħtab hux se jkun hemm skart kimiku u/jew skart li ġej mill-isptarijiet? Jista' jgħid ma' min ikkonsulta fuq dan il-pjan il-ġdid?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 14095 li magħha kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta aġġornata. Ninsab infurmat ukoll li l-EIA għadu ghaddej. Sadanittant infakkar ftit lill-Onor. Interpellant fl-Isqarrija ghall-Istampa PR20068 maħruġa fil-15/04/2020, li ġa kont poġġejt kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 13838, li fiha konna ġa għidna li fil-Magħtab ser jinbena wkoll impjant ieħor li se jkun qed jieħu post l-inċineratur eżistenti għal skart kliniku u skart mill-biċċerija. Din kienet parti mid-decizjoni strategika tal-Gvern dwar il-kumpless centralizzat ta’ impjanti li se ikun fil-Maghtab.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas minn fondi pubbliċi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Awtoritá tal-Ippjanar wara Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data ta’ kull ħlas?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-individwu in kwistjoni ingħata żewġ pagamenti b’total ta’ €19,500 qabel il-VAT sabiex jagħti servizz ta’ konsulenza lill-Awtorità tal-Ippjanar. Sar pagament ta’ €9,750 fit-08/11/2013 u ieħor ta’ €9,750 fis-06/02/2014
Wied Inċita – barriera – rimi ta’ skart ta’ kostruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. Jekk għadux fi ħsiebu li jawtorizza r-rimi ta' skart tal-kostruzzjoni fil-baħar u jekk iva, fejn u f'liema kwantità;
b. Għala, kif imħabbar fit-28 ta' April 2020, intgħażlet barriera f'Wied Inċita biss biex fiha jintrema skart tal-kostruzzjoni;
c. Għaliex barrieri oħra msemmija mill-istess Ministru, ma ntgħażlux biex ukoll jilqgħu fihom skart tal-kostruzzjoni;
d. Jekk il-barriera ta' Wied Inċita hux se tkun qed tilqa’ fiha biss skart tal-kostruzzjoni tat-toroq; u
e. Jekk saritx konsultazzjoni qabel ma ntgħażlet il-barriera ta' Wied Inċita u jekk iva ma’ min?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi r-rimi ta’ skart tat-kostruzzjoni fil-baħar ilu sa mill-1997 li huwa permessibli li jsir taht proċeduri stipulati. Jien ninsab infurmat li tali rimi hu jkun ikkunsidrat biss għal materjal ġeoloġiku li jkun nadif u ghal dan il-ghan jista’ jintalab studji analitiku fuqu biex ikun ikkonfermat il-kompo¿izzjoni tiegħu. Is-sit permess għal tali rimi huwa ˊl barra mill-port il-Kbir.
In kwantu tal-barriera f’Wied Inċita li rrefera ghaliha l-Onorevoli Interpellant, irrid nghid li din il-barriera ila bil-permess għall-irdim u riċiklaġġ ta’ skart mill-kostruzzjoni sa mill-1998. Mhux l-kaz li l-Gvern għa¿el din il-barriera partikolari. Il-fatt huwa li wara li jien personalment, flimkien mar-regolaturi, ltqajt ma’ numru sostanzjali ta’ sidien ta’ barrieri u anke mal-Malta Developers Association, l-operatur tal-barriera imsemmija minn rajh għa¿el li jerġa’ jibda jaċċetta l-materjal ta’ kostruzzjoni fil-barriera tiegħu. Ma’ din il-barriera hemm barrieri oħrajn li huma permessi li jaċċettaw skart mill-kostruzzjoni u dwar dan ser naghti i¿jed informazzjoni fit-twegiba ghall-Mistoqsija Parlamentari 14155.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta' fejn, lokalità b'lokalità f'Malta u Għawdex, jinsabu l-barrieri msemmija minnu u li jistgħu jilqgħu skart tal-kostruzzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Parlament f’liema stadju wasal il-proġett ta’ Park tal-familja mwiegħed li jsir fl-ex-sit tal-miżbla tal-Qortin ġewwa x-Xagħra Għawdex? Jista’ jagħti data ta’ meta jqis li dan il-park ser ikun lest u jinfetaħ għall-pubbliku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nixtieq nikkonferma li jien kommess li s-sit fejn kien hemm l-mizbla tal-Qortin gewwa x-Xaghra f’Ghawdex ikun riabilitat sabiex ikun jista’ jinfetah ukoll ghall-pubbliku. Sadanittant l-applikazzjoni u l-pjanti li kienu gew sottomessi mill-WasteServ mal-Awtorita’ tal-Ippjanar gew riveduti wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni għal Persuni b’Diżabilità. Din l-applikazzjoni qed tkun pprocessata mill-Awtorita’ tal-Ippjanar izda jidher li ghad trid tinghata l-clearance mill-Awtorita’ tal-Artijiet bhala sidt l-art. Sadanittant t-tender tax-xoghlijiet hija ppreparatha u tkun tista’ tinhareg hekk kif jinhareg il-permess ta’ zvilupp.
Wara li ħabbar il-policy għar-rilokazzjoni tal-pompi tal-fuel, jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament:
1) X'inċentivi ser jagħti l-Gvern lis-sidien tal-pompi biex dawn jagħmlu aktar kuraġġ u jirrilokaw?
2) Kemm minn dawn l-inċentivi ser jippremjaw lil min jieħu inizjattivi li jirrispettaw l-ambjent bħal ngħidu aħna l-istallazzjoni ta' fast chargers għal vetturi elettriċi?
3) X’ser isir mill-applikazzjonijiet għal rikolazzjoni li kienu ġew preżentati taħt il-kriterji tal-policy preċedenti bl-aspettattiva li jibbenefikaw minn dawk il-kriterji u li issa nbidlu?
4) Fid-dawl li l-Gvern qed iħares lejn it-tmiem ta’ fuels tradizzjonali bħal petrol u d-diesel, xi pjan għandu l-Gvern biex il-pompi li jiġu rilokati jkunu preparati wkoll għal qalba meta tiġi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li peress li din qed tirregola zvilupp fuq l-art, l-Fuels Stations Policy l-gdida (tal-2020) hija limitata ghall-konsiderazzjonijiet ta’ ambjent u ppjanar u bhala tali ma tidholx fil-mertu ta’ incentivi jew mod iehor sabiex ikun inkoraggut rilokazzjoni fil-qafas tal-imsemmija policy. F’dan il-mument mhumiex kontemplati incentivi bhal dawk li qed jirreferi ghalihom l-Onorevoli Interpellant.
Kif kont habbart pubblikament kull applikazzjoni li seta’ kien hemm quddiem l-Awtorita’ jew li ghad trid issir ghall-pompi tal-fuel trid tkun regolata mill-Fuels Stations Policy l-Gdida. Infakkar li l-applikazzjonijiet ghal rilokazzjoni tal-pompi tal-fuel li kien hemm qabel ma dahlet il-policy l-gdida kienu kollha sospizi min-naha tal-applikanti. F’kaz li l-applikanti jiddeciedu li l-applikazzjoniiet ma jibqghux sospizi biex jitkompla l-process, jew inkella f’kaz li jghaddi iz-zmien ta’ sospenzjoni kif indikat f’AL 162/16, l-Awtorita ta’ l-Ippjanar hija obbligata li terga tevalwa mill-gdid dawn l-applikazzjonijiet fid-dawl tal-linja gwida vigenti hekk kif titlob l-istess Fuel Stations Policy Guidance tal-2020.
Dwar l-ahhar parti tal-mistoqsija infakkar li l-Gvern waqqaf Kummissjoni inter-ministerjali mmexxija mill-Onorevoli Dr Miriam Dalli MEP sabiex, wara li anke jsiru l-istudji mehtiega, ttirrakkomanda lill-Gvern data minn meta kull karozza li tidhol fis-suq Malti trid tkun wahda nadifa u ma tkunx tahdem bi fuels tradizzjonali. Il-Kummissjoni ghadha ghaddejja bix-xoghol u r-rakkomandazzjonijiet taghha inkluz dawk infrastrutturali.
Il-Magħtab – volum ta’ blat li tneħħa mill-barriera
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13870, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li l-Wasteserv għamlet mal-kuntrattur li qed iqatta’ l-blat fil-ħofra/barriera?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti u l-ispecification ta’ kull binja/proġett li l-istess Ministru ħabbar li ser jibni fuq ir-raba’ li ser jieħu fil-limiti tal-Magħtab?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill Onor Interpellant li specifciations u pjanti dettaljati huma suggett kemm tal-process tal-procurement kif ukoll ta’ studji ohra li qed isiru. L-aktar process li hu avvanzat u dak tal-Waste-to-Energy fejn kemm il-process tal-procurement, kif ukoll dak tal-istudji ambjentali huma f'livell avvanzat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’studji saru sabiex ikun determinat jekk fil-landfill tal-Magħtab, f’żona fejn hemm ir-radam, jekk ikun mibni fuq l-istess radam? Jista’ kemm-il darba sar dan l-istudju, jpoġġi dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-Gvern jikkonferma illi qabel ma ġie rivedut il-pjan tal-esproprijazzjoni li wassal għal medda ferm inqas ta’ art, saru żewġ studji. Iż-żewġ studji saru rispettivament mill-kumpaniji SLR u COWI. Dan sar biex isir l-iktar użu propizju tal-art in kwistjoni. L-istudji jikkonkludu b’mod ċar li l-iżvilupp meħtieġ ma jistax isir fuq il-miżbliet eżistenti kif juri d-dokumenti li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex – applikazzjonijiet għall-barrieri tal-kantun
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm applikazzjonijiet pendenti li jinkludu dawk li għadhom fil-proċess ta’ screening, biex jinfetħu barrieri ġodda tal-kantun (soft stone quarry) ġewwa Għawdex? F’liema xahar u sena saru dawn l-applikazzjonijiet u jistax ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan ta’ kull fejn hemm xi waħda minn dawn l-applikazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Ippjanar m’għandhiex applikazzjonijiet pendenti għall-ftuħ ta’ barrieri godda tal-kantun gewwa Ghawdex. Infurmat ukoll li l-Awtorità ġabret din l-informazzjoni mis-sistema tal-Informatika tagħha li allura hija dipendenti li meta tkun saret l-applikazzjoni tkun intużat il-kelma quarry jew barriera għax it-tiftix elettroniku sar fuq dan il-kliem preċiż
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – konsulenzi/kuntratti minn kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatatx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, matul il-perjodu msemmi, l-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw b’mod separat ingħatat ¿ewġ kuntratti mill-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd. L-ewwel kuntratt, li ngħata fl-2017 permezz ta’ direct order, sewa EUR 2832 u kien jikkonsisti fit-tħejjija ta’ discussion paper dwar skedi ta’ żmien għat-twettiq ta’ proġett waste to energy. It-tieni kuntratt ngħata fl-2018 wara li nġiebu stimi minn tliet kumpaniji differenti. Ix-xogħol, li sewa EUR 8,850, kien jikkonsisti fit-tħejjija ta’ estimi finanzjarji u business plan ta’ tliet snin għall-kumpanija.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat ta' konsultazzjoni li l-Gvern kellu mal-Kunsilli Lokali, bdiewa, raħħala u residenti fuq l-estensjoni tal-Magħtab u l-erba’ impjanti indikati, bejn Jannar 2016 u s-27 ta' April 2020?
Response (FARRUGIA, AARON)
Minbarra l-laqgħat li saru s’issa minni personali mal-kunsilli, bdiewa u raħħala, liema minuti m’humiex pubbliċi, dawn l-impjanti kollha huma suġġetti għal proċess metikoluż ta’ permessi li fi ħdanu jinkludi proċess konsultattiv.
Jista' l-Ministru jagħti spjega dwar fiex ser ikunu jikkonsistu l-erba' proġetti li l-Gvern qed jippjana li jwettaq fiż-żona tal-Magħtab?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fiż-żona tal-Magħtab qed jiġu proposti dawn il-proġetti:
1. Waste to Energy Plant(W2E), li se jkun qed jikkonverti f’enerġija dak il-materjal li jibqa’ bħala rejects minn impjanti oħra. Dan sabiex jonqos drastikament il-materjal li jmur fil-landfill.
2. Material Recovery Facility (MRF), li jkun impjant dedikat biex jittratta materjal riċiklabbli li ser jilħaq livell għoli ta’ reusability.
3. Organic Processing Plant (OPP), li se jkun impjant dedikat biex jittratta l-iskart organiku tal-borża l-bajda waħdu u li se jiġġenera kemm elettriku kif ukoll kompost għall-agrikoltura.
4. Thermal Treatment Facility (TTF), li se jkun inċineratur li jittratta skart kliniku u tal-biċċerija biex jieħu post dak li hemm fil-Marsa.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra (pjanti / site plans) liema partijiet mill-Magħtab ser ikunu qed jintużaw għall-erba' proġetti li l-Gvern qed jippjana li jagħmel fiż-żona tal-Magħtab?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba u liema kienu dawk l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtoritajiet tal-Ippjanar fejn iċ-ċermen tal-ERA ivvota kontra bejn Jannar 2015 u s-27 ta' April 2020?
Response (FARRUGIA, AARON)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-votazzjonijiet inkwistjoni isiru fil-pubbliku u l-minuti tal-każijiet kollha huma pubbliċi.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — kuntratti mogħtija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata mill-Ministeru, aġenzija jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, sa mill-1 ta’ Marzu 2020? Jista’ jgħid lil min ingħata kull kuntratt, jindika l-iskop tiegħu, jekk ingħatax wara sejħa jew le, u l-valur tal-kuntratt?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tispeċifika għal liema kuntratti qiegħda tirreferi.
Pjan Nazzjonali dwar il-kontroll tat-tniġġis tal-arja
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Gvern għandux Pjan Nazzjonali dwar il-kontrol tat-tniġġis tal-arja?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu Pjan Nazzjonali dwar il-kontroll tat-tniġġis tal-arja li huwa disponibbli fuq il-website tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — użu ta' karozzi jaħdmu bl-elettriku
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12994, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi (total) li jintużaw mill-Ministeru u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bin-numru ta’ karozzi li jintużaw mill-Ministeru u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu.