Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar – postijiet allokati lil persuni single

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5428 dwar allokazzjoni tad-djar lil persuni li huma single, jista’ l-Ministru jelenka fid-dettall minn liema stock ingħataw dawn l-1,989 akkomodazzjoni? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu minn binjiet tal-Gvern (housing estates) u kemm kienu mill-skema 'Kiri' jew minn l-iskema li ħarġet wara din l-iskema? Jista’ jgħid ukoll f'liema lokalitajiet kienu dawn?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jinnota l-informazzjoni mitluba fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità allokata Proprjetà tal-Gvern Proprjetà tal-Privat mikrija mill-Gvern Total Attard 2 23 25 Bahar iċ-Ċagħaq 0 1 1 Balzan 1 0 1 Birkirkara 17 112 129 Birzebbuġa 1 22 23 Blata l-Bajda 0 7 7 Buġibba 0 13 13 Burmarrad 0 5 5 Cospicua 86 69 155 Fgura 7 26 33 Floriana 39 0 39 Fontana Għawdex 0 1 1 Għajnsielem Ghawdex 0 15 15 Għarb Għawdex 0 2 2 Għasri Għawdex 0 1 1 Għaxaq 1 12 13 Gudja 0 2 2 Gwardamanġa 0 1 1 Gżira 11 35 46 Ħamrun 27 12 39 Kalkara 4 1 5 Kerċem Għawdex 0 6 6 Kirkop 3 47 50 Luqa 3 5 8 Marsa 17 2 19 Marsalforn Għawdex 0 35 35 Marsaxlokk 1 1 2 Mellieħa 7 9 16 Mġarr 3 2 5 Mosta 2 2 4 Mqabba 0 2 2 Mrieħel 3 0 3 Msida 19 159 178 Mtarfa 1 0 1 Munxar Għawdex 0 5 5 Nadur Għawdex 0 6 6 Naxxar 1 1 2 Paola 36 31 67 Paceville 1 0 1 Pembroke 8 0 8 Pieta' 4 0 4 Qala Għawdex 0 11 11 Qawra 1 54 55 Qormi 11 56 67 Qrendi 0 57 57 Rabat 4 35 39 Rabat Għawdex 6 23 29 San Ġwann 20 12 32 San Lawrenz Għawdex 0 7 7 Salina 0 1 1 Sannat Għawdex 0 3 3 Senglea 19 3 22 Siġġiewi 4 92 96 Sliema 0 3 3 St Julians 7 2 9 St Paul's Bay 1 96 97 Sta Luċija 32 0 32 Sta Venera 3 44 47 Ta' Xbiex 2 1 3 Tarxien 19 41 60 Valletta 124 0 124 Vittoriosa 31 0 31 Wied il-Għajn 0 16 16 Xagħra Għawdex 0 18 18 Xewkija Għawdex 0 1 1 Xgħajra 0 3 3 Xlendi Għawdex 0 9 9 Żabbar 3 29 32 Żebbuġ 11 12 23 Żejtun 6 10 16 Żurrieq 3 65 68 612 1377 1989

Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-karozza uffiċjali li tintuża mill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli hi tal-għamla ta’ Alfa Romeo Giulia u hi mikrija bir-rata ta’ €10,621.50 fis-sena. M’hemm l-ebda second car kif qed jiġi ssuġġerit.

Applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali? Jista' jgħid kemm minn dawn huma għall-akkomodazzjoni f’Malta u kemm f’Għawdex? Jista' jgħid mis-sena 2018 sal-lum, sena b’sena, kemm ġew allokati units ġodda lill-applikanti li kienu fuq il-waiting list, f’liema lokalitajiet kienu dawn il-units u jekk f’kull każ dawn il-units humiex proprjetà tal-Gvern jew proprjetà tal-privat li ġew mikrija mill-Gvern għal dan l-iskop?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Belt Valletta – tender ta’ infurzar

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3590, jista' l-Ministru jippreżenta l-invoices maħruġin għar-rati maqbula u stabbiliti li għamel referenza għalihom fl-istess tweġiba?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol kollu li sar kien jaqa' taħt il-Framework Agreement li kien inħareġ għall-pubbliku bit-titlu ‘CT002/2020’’ u li jista' jiġi aċċessat permezz ta’ din il-link: https://contracts.gov.mt/en/Tenders/Pages/Tenders.aspx, li qed jiġi wkoll impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-rati kollha huma stabbiliti wkoll fl-istess dokument.

Santa Luċija – Triq il-Ġnien – Appartamenti ta’ Block 3

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-appartamenti ta’ Block 3, Triq il-Ġnien, Santa Luċija humiex se jiġu kkurati aħjar u ssirilhom il-manutenzjoni neċessarja interna u esterna?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull sena l-Awtorità tad-Djar tfassal programm ta’ riġenerazzjoni li jikkomprendi madwar 60 blokk f’lokalitajiet u Oqsma tad-Djar differenti u dan sabiex dawn il-binjiet, inkluż il-binja li qed issir referenza għaliha, jingħataw dehra aktar ġdida u ntejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti li jgħixu fihom.

Mosta — Plots Santa Margerita

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3919, jista’ l-Ministru jgħid meta se jsiru l-kuntratti tal-plots li ngħataw taħt il-Home Ownership Scheme, Issue tal-1987, hekk kif jidher li ċerti plots għadhom mhux esproprjati (Plot fiż-żona ta’ Santa Margerità fil-Mosta li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament)? Jista’ l-Ministru jgħid xi tkun il-pożizzjoni tal-eredi ta’ koppja li jiġu nieqsa mingħajr dan il-kuntratt fis-seħħ?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jgħaddi din il-mistoqsija lill-entità kkonċernata.

Raħal Ġdid – Għajn Dwieli – manutenzjoni ta’ appartamenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5689, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru xogħlijiet ta’ tiswija fl-appartamenti tal-Gvern li hemm faċċata tal-Knisja ta’ Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, fi Triq Kordin u ċjoè Blk A, B, C u D tul din is-sena?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-blokok ta’ Binja Kordin fi Pjazza Sant’Antnin, Raħal Ġdid, mhumiex proprjetà tal-Awtorità tad-Djar.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — ħaddiema taċ-ċivil - vacation leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali m’hemmx ħaddiema taċ-Ċivil.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – konsulenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5152, jista’ l-Ministru jgħid x’qed ifisser bil-kelma “SPU”?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kliem SPU jirreferi għall-iStrategic and Priorities Unit kif joħroġ mill-Manwal, li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

San Ġiljan – Binja Ta’ Giorni — manutenzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4393, fejn il-Ministru qal li “ġie mwaqqaf il-Housing Development Fund li fost irwoli oħra se jkun qed joħloq fond biex jitwettqu proġetti ta’ tisbiħ madwar il-binjiet tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa kbir dan il-fond, minn fejn ġejjin dawn il-fondi u liema binjiet se jkunu msebbħa matul l-2023?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fond li għalih qed issir referenza, sa Jannar 2023 jammonta għal €335,234.95c. L-Awtorità tad-Djar għandha CSR ma’ entitajiet privati u dawk governattivi dwar dan il-fond.

Awtorità tad-Djar – postijiet allokati lil persuni single

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4695, jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw postijiet bħala allokazzjoni tad-djar lil persuni li huma single, jiġifieri li mhumiex f’relazzjoni, mill-2013 sal-lum?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-lum, l-Awtorità tad-Djar allokat 1989 proprjetà lil persuni single.

Awtorità tad-Djar — bord tal-allokazzjonijiet - membri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4611, jista’ l-Ministru jgħaddi dawn l-ismijiet separatament kif isir f’każi oħra fid-dawl li dawn huma persuni li qed jitħallsu b’mod pubbliku? Kemm huma l-membri u minn liema dipartimenti/kariga? Jista’ jgħid kemm-il darba ltaqgħu u kemm dawn jitħallsu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tal-Allokazzjonijiet tal-Postijiet tal-Gvern fi ħdan l-Awtorità tad-Djar iltaqa' 27 darba matul is-sena 2022. Il-membri tħallsu bir-rata ta’ €75 kull laqgħa qabel it-taxxa.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Anti-Harassment Policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 5724.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu konsulenti fil-Ministeru tiegħu, kemm dawn jitħallsu u x’inhuma l-kwalifiki tagħhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti tal-Ministeru huma dawk li jiffurmaw parti mill-SPU. Hemm 3 konsulenti, li jirċievu salarju fuq skala 3 (2) u 4 (1) rispettivament.

Santa Luċija – Triq il-Ġnien – xogħlijiet fuq blokk ta’ appartamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu u x’xogħlijiet huma previsti li jsiru tul din is-sena fi Blokk I, Triq il-Ġnien, Santa Luċija?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Blokk 1 fi Triq il-Ġnien, Santa Luċija, l-Awtorità tad-Djar għandha ppjanant li jsiru tiswijiet f’numru ta’ gallarijiet li ġew irrappurtati mill-inkwilini minħabba ħsarat strutturali, tiswijiet fl-opramorta tal-Blokk kif ukoll ser jinbidlu l-aperturi fil-komun tal-Blokk.

Raħal Ġdid – Għajn Dwieli – Manutenzjoni ta’ appartamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xoghol ta’ tisbiħ u manutenzjoni fl-appartamenti tal-Gvern li hemm faċċata tal-Knisja ta’ Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, billi ma jidhirx li huma inklużi fil-programm annwali?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika l-indirizz inkwistjoni.

Skema ‘Għotja għall-Irranġar u/jew Tkomplija tal-Ewwel Residenza’

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4539, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-iskema ‘Għotja għall-Irranġar u/jew Tkomplija tal-Ewwel Residenza’? Jista’ jgħid x’kienet il-medja tal-għotjiet mogħtija?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-Iskema - Għotja għall-Irranġar u/jew Tkomplija tal-Ewwel Residenza l-Awtorità tad-Djar kellha 363 talba għas-sena 2022. Il-medja tal-għotjiet kienet is-segwenti: Kostruzzjoni – €2,550 Finishing - €1,990.

Ta’ Giorni Housing Estate – lifts

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4610, jista’ l-Ministru jwieġeb għaż-żewġ mistoqsijiet li ma rrispondiex, u ċjoè: a. jekk ir-residenti ta’ dawn il-binjiet kinux infurmati, u jekk iva, kif; u b. f’liema xahar ser jibdew dawn ix-xogħlijiet?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-indirizzi tal-applikazzjonijiet approvati għal-lokalità ta’ San Ġiljan huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt. Ir-residenti ġew infurmati b’dan permezz ta’ ittra. BLOKK TRIQ LOKALITÀ DATA TAL-ITTRA BLOKK G, AREA 20 TRIQ JEAN HOUEL SAN ĠILJAN TA' GIORNI 06 TA' APRIL 2022 BLOKK F TRIQ JEAN HOUEL SAN ĠILJAN TA' GIORNI 28 TA' OTTUBRU 2020 BINJA TAL-MEZZANINI, AREA 8, DJAR 1 SA 10 TRIQ LAPSI SAN ĠILJAN TA' GIORNI 20 TA' MEJJU 2022 / LAQGĦA MAL-KUNSILL LOKALI DATATA 07 TA' OTTUBRU 2022 BLOKK E TRIQ ANDRE' MAUROIS SAN ĠILJAN TA' GIORNI 21 TA' AWWISSU 2020

Bormla — Lift f’Binja tal-Gvern - Tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jissewwa u jibda jiffunzjona l-lift tal-Blokka tal-Bini tal-Gvern, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ilu bil-ħsara għal dawn l-aħħar tliet snin?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-residenti tal-imsemmi blokk, fis-sena 2022 ġew iggwidati biex japplikaw taħt l-iskema LFT tal-Awtorità tad-Djar sabiex jibbenefikaw minn lift ġdid.