L-Inkjesta Maġisterjali dwar il-kuntratt tal-isptarijiet – Kriterji biex intgħażlet kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ntgħażlet il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex twettaq xogħol fuq l-inkjesta maġisterjali dwar il-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nomina tal-esperti ssir abbażi tal-artikolu 650 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta.
L-Inkjesta Maġisterjali dwar il-kuntratt tal-isptarijiet – Kriterji biex intgħażlet persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ntgħażlet il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex twettaq xogħol fuq l-Inkjesta Maġisterjali dwar il-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nomina tal-esperti ssir abbażi tal-artikolu 650 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta.
L-Inkjesta Maġisterjali dwar il-kuntratt tal-isptarijiet – Kriterji biex intgħażlu individwi/kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu l-individwi u/jew il-kumpaniji tagħhom li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, sabiex iwettqu xogħol fuq l-inkjesta maġisterjali dwar il-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nomina tal-esperti ssir abbażi tal-artikolu 650 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex is-seduti tat-Tribunal tal-Artijiet li jikkonċernaw kwistjonijiet marbuta ma’ Għawdex, jinstemgħu fil-Qorti ta’ Għawdex stess minflok f’Malta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2023?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura minn Jannar 2024 sat-12 ta’ Ġunju 2024.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2023?
L-Injkesta Maġisterjali dwar il-kuntratt tal-isptarijiet — Esperti
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet kollha tal-esperti, inkluż il-kumpaniji, li kienu involuti fil-proċess tal-injkesta maġisterjali dwar il-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li stante li l-imsemmija inkjesta tagħmel parti minn proċeduri kriminali, ai termini tal-artikolu 158 tal-Kodiċi Kriminali, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru, skont l-informazzjoni li għandu għad-diżpozizzjoni tiegħu, jgħid kemm ilha stabbilita l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma jkollhiex l-informazzjoni mitluba.
Qorti – Rakkomandazzjonijiet għal tibdil biex jiġu aġġudikati kumpensi għal danni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18745, 19189 u 19460 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport jew rakkomandazzjonijiet li kienu saru mill-Kummissjoni li kienet tħabbret li twaqqfet lura f'April 2014, biex tirrakkomanda tibdil fil-mod kif il-Qrati jaġġudikaw kumpens għal danni inkluż danni morali, immexxija mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-membri li d-dettalji tagħhom ukoll qed jingħataw separatament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument li għalih qiegħed jirreferi kien ġie kkummissjonat biex jinkisbu opinjonijiet, pariri u rakkomandazzjonijiet fil-kors tal-proċess deliberativ involut fil-funzjonijiet tal-Gvern u għalhekk mhuwiex dokument li jippresta ruħu għall-pubblikazzjoni barra l-kuntest ta' azzjoni speċifika tal-Gvern fil-qasam partikolari.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Lista ta' xogħlijiet u ħlas
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' xogħol u ammonti ta' flus li tħallsu mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija/i li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għal kull sena, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll:
(i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena;
(ii) kemm kien hemm direct orders kull sena;
(iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order;
(iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz;
(v) min awtorizza dawn id-direct orders?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Għajnuna Legali – Elenku — Avukati u Prokuraturi Legali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm avukati u prokuraturi legali li qegħdin iservu fuq l-elenku tal-Għajnuna Legali u kemm huwa l-ħlas rispettiv? Jista’ jindika wkoll kemm huwa l-baġit approvat għall-istess, skont il-Ministeru tal-Finanzi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Matul dawn l-aħħar sentejn saret ħidma sabiex is-servizz tal-għajnuna legali jkompli jiġi żviluppat f’servizz aġġornat għaż-żminijiet tal-lum. Għalhekk ġie rrakkomandat li s-servizz jinqasam f’panels speċjalizzati ta’ avukati sabiex jagħtu servizz aktar iffukkat lill-klijenti li jagħżlu li jinqdew bis-servizzi tal-Aġenzija u panel ieħor ta’ Prokuraturi Legali. Dawn il-panels speċjalizzati bdew jagħtu s-servizz tagħhom mill-1 ta’ Jannar 2024 li huma maqsuma kif ġej fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra..
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19258 dwar permessi/konċessjonijiet maħruġa mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi/konċessjonijiet maħruġa għal xogħol fis-7 ta’ Mejju 2024 bejn il-23.00 u l-05.00 u għal xogħol fit-8 ta’ Mejju 2024 bejn il-23.00 u l-05.00? Jista' jgħid ukoll liema kienu l-awtoritajiet konċernati oħra msemmija fl-istess tweġiba li diġà kienu ħarġu permessi għall-istess xogħol fl-istess ġranet u ħin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-permess maħruġ mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għal xogħol fis-7 ta’ Mejju 2024 bejn il-23.00 u l-05.00 u għal xogħol fit-8 ta’ Mejju 2024 bejn il-23.00 u l-05.00. Il-permess ingħata wara li ma kienx hemm oġġezzjoni mill-awtoritajiet konċernati l-oħra li kienu Transport Malta u l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Dawn iż-żewġ awtoritajiet taw il-permess tagħhom ukoll biex abbażi tagħhom inħareġ dak tal-Awtorita’ tal-Bini u l-Kostruzzjoni.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Reklami fuq online portals - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura minn Jannar 2024 sat-13 ta’ Mejju 2024.
Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13629 u jgħid għala l-Gvern għadu m'għamilx traspożizzjoni tal-Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (li tipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni)? Jista' jgħid jekk huwiex konxju li l-Avukat tal-Istat qiegħed f’diversi kawżi jgħid li la l-Gvern Malti għadu m'għamilx tali Protokoll bħala parti mil-Liġi Maltija, ħadd ma jista’ jinvokaha u allura qiegħed iċaħħad liċ-ċittadini minn tali protezzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Qorti – Rakkomandazzjonijiet għal tibdil biex jiġu aġġudikati kumpensi għal danni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18745 u 19189 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport jew rakkomandazzjonijiet li kienu saru mill-Kummissjoni li kienet tħabbret li twaqqfet lura f'April 2014, biex tirrakkomanda tibdil fil-mod kif il-Qrati jaġġudikaw kumpens għal danni inkluż danni morali, immexxija mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-membri li d-dettalji tagħhom ukoll qed jingħataw separatament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.