Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tħassir ta’ sentenzi ta’ kundanni tal-Qorti tal-Maġistrati

Question

In vista tal-artiklu ppubblikat illum (http://theshiftnews.com/2018/03/08/judgements-on-two-student-lawyers-deleted-from-government-web-site/) fejn qed jiġi żvelat li mill-website tal-Gvern u ċjoè dik li għaliha hija responsabbli l-MITA, ġew imħassra sentenzi ta’ kundanna tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali, sentenzi li huma pubbliċi u li għandhom jibqgħu pubbliċi, ta’ żewġ persuni li jinsabu f’kontroversja pubblika, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid: a) min ordna tali tħassir; b) jekk huwa ordnax inkjesta biex isir magħruf min u meta ġiet aċċessata l-website tal-Ministeru tal-Ġustizzja; c) jekk huwa jaqbilx li jkun hemm tali tbagħbis u manipulazzjoni tal-website proprjetà tal-Ministeru għall-Ġustizzja; u d) jistax jagħti garanzija li dawn kienu l-uniċi każijiet fejn sentenzi tal-Qrati tagħna, mill-website tal-Ministeru tal-Ġustizzja minn Marzu 2013 ‘l hawn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li: a. It-tqegħid ta’ sentenza tal-Qorti fuq is-sit biex tkun tista’ tidher online , jew it-tneħħija tal-istess minn online (mhux mis-sistema tal-Qorti) taqa’ taħt ir-responsabilita` tad-Direttur Ġenerali tal-Qorti li huwa d- Data Controller ai fini tad- Data Protection Act. b. Fid-dawl tal-ispjegazzjoni ta’ hawn fuq ma kienx hemm lok li ssir xi nkjesta. c. Ma kien hemm l-ebda tbagħbis, anzi id- Data Protection Act u d- Data Protection Regulation (EU 2016/679) jitfgħu responsabilita` fuq id- Data Controller biex jieħu konjizzjoni ta’ talbiet li jistgħu jsiru mid- data subject . d. Mis-sena 2013 l-hawn kien hemm 131 (mija wieħed u tletin) talba biex sentenzi ma jibqgħux jidhru online. Meta jkun hemm talba biex sentenza ma tibqax tidher online, dan ma jfissirx li kawża titneħħa mis-sistema tal-Qorti. Infatti, il-professjoni legali xorta jibqa’ jkollha aċċess għas-sentenzi minn fuq il-Lecam. Mill-131 (mija wieħed u tletin) talba li saret, 86 (tmienja u sittin) sentenza ġew anonimizzati jew qegħdin fi stadju li jiġu anonimizzati, jiġifieri jitneħħew id-dettalji personali tal-individwi, kien hemm 41 (wieħed u erbgħin) talba fejn ġew miċħuda, talba waħda kienet invalida u 3 (tlett) talbiet oħra li għadhom qed jiġu kkunsidrati. Illum hemm Kumitat kompost mid-Direttur Ġenerali tal-Qrati tal-Ġustizzja, tliet Reġistraturi, u d-Direttur inkarigat mit-Taqsima dwar il-Protezzjoni tad- Data fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, li jiddeċiedu t-talbiet li jsiru għat-tneħħija ta’ Data Personali.

Qrati – tneħħija ta’ sentenzi ta’ kundanna

Question

B’referenza għall-aħbar fil-gazzetta “Times of Malta” tal-Ġimgħa 9 ta’ Marzu 2018, li huwa ntroduċa bil-moħbi the right to be forgotten, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba kien hemm minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sabiex mill-website tal-Ministeru għall-Ġustizzja/Qrati jitneħħew sentenzi ta’ kundanna mill-Qrati Kriminali u kemm minn dawn intlaqgħu, id-dettalji tal-persuna li f’kull każ għamlet it-talba u jaħsibx li l-pubbliku kellu jkun jaf mill-bidu li l-Ministru kien ta dan id-dritt b’mod li kulħadd ikun jaf x’għandu jagħmel jekk verament il-Ministru arbitrarjament iddeċieda li jdaħħal “dritt” li mhux rikonoxxut mil-liġijiet tagħna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sallum kien hemm 131 (mija wieħed u tletin) talba biex sentenzi ma jibqgħux jidhru online u mhux biex jitneħħew minn fuq is-sistema tal-Qorti. Meta jkun hemm talba biex sentenza ma tibqax tidher online, dan ma jfissirx li kaw¿a titneħħa mis-sistema tal-Qorti. Infatti, il-professjoni legali xorta jibqa’ jkollha aċċess għas-sentenzi minn fuq il-Lecam. Saret talba waħda fit-2014. Kien hemm 21 (wieħed u għoxrin) talba fit-2017 u 109 (mija u disgħa) talba fit-2018. Mill-131 (mija wieħed u tletin) talba li saret, 86 (tmienja u sittin) sentenza ġew anonimizzati jew qegħdin fi stadju li jiġu anonimizzati, jiġifieri jitneħħew id-dettalji personali tal-individwi, kien hemm 41 (wieħed u erbgħin) talba fejn ġew miċħuda, talba waħda kienet invalida u 3 (tlett) talbiet oħra li għadhom qed jiġu kkunsidrati. Fid-dawl tad-deċizzjoni li ttieħdet mid- Data Controllor biex dawn is-sentenzi jiġu anonimizzati, wara li ġew meħudha nkonsiderazzjoni l-kriterji stabbiliti fid-dawl tad- Data Protection Act , tad- Data Protection Directive (95/46/EC) tal-1995 u aktar riċenti tad- Data Protection Regulation ( EU 2016/679) li daħlet fis-seħħ, u partikolarment Art 17 tal-istess, mhux opportun li dawn is-sentenzi jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra sabiex jiġu rispettati l-prinċipji tar-Regolamenti u Direttivi appena ċitati.

MCCAA – tagħrif qarrieqi ta’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħadet l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) mill-bidu tal-2017 sad-data meta tiġi mwieġba din id-domanda fir-rigward ta’ tagħrif allegatament qarrieqi tal-Volkswagen għar-rigward ta’ vetturi mibjugħa minn din id-ditta lill-konsumaturi Maltija dan ukoll fid-dawl ta’ rapport li deher fil-media lokali fejn skont tagħrif miġbur mill-Unjoni Ewropea, minn total ta’ 774 vettura f’Malta, ftit iżjed minn nofs ġew irranġati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li minn Jannar 2017, id-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur kellu 6 laqgħat mar-rappreżentanti tad-ditti li jiffurmaw il-Grupp Volkswagen u dan sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja fi sforz biex il-karozzi effetwati minn din ir-recall issirilhom il-fix neċessarja ħalli jiġu konformi mar-regolamenti neċessarji. Id-Direttorat ordna lir-rappreżentanti tad-ditti sabiex jikkunttatjaw lill-klijenti tagħhom biex isir ix-xogħol meħtieġ. Kienu ordnati wkoll sabiex jikkuntattjaw lil Transport Malta sabiex jintlaħqu wkoll dawk il-karozzi li jiġu impurtati muhx min continental cars limited. Dawn jinkludu individwi li jimpurtaw karozzi ghal uzu personali kif ukoll dealers tal-karozzi second hand. Id-Direttorat regolarment jesiġi lill-Grupp Volgswagen biex iżommu aġġornat bis-sitwazjoni. Matul l-2017, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-istess Awtorita’, ingħaqad f’azzjoni koordinata tan-Network tal-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi f’livell Ewropew fejn matul din l-azzjoni l-Grupp Volkswagen ġie mitlub iħaffef il-proċess fejn il-karozzi affettwati jsirulhom it-tibdiliet neċessarji. Fil-bidu tal-azzjoni l-Grupp Volkswagen kienu qablu li jkomplu joffru dawn it-tibdiliet b’xejn sas-sena 2018, nħolqot miżura msejħa Trust Building Measure u bdiet ukoll tingħata aktar informazzjoni dwar it-tibdiliet permezz tal-websajt tad-ditti konċernati. Wara aktar negozjati l-Grupp Volkswagen ikkommettew ukoll li jkompu joffru t-tibdiliet neċessarji b’xejn sas-sena 2020 minħabba li kien għad hemm numru ta’ karozzi li kien għadu ma sarilhomx l-upgrade.

Sptar San Luqa – Car Park

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’idejn min hu l-car park li hemm biswit l-Isptar San Luqa fi G’Mangia u li għal ħafna żmien kien amministrat mill-Kunsill Lokali tal-Pietà? Jista’ jassigura lir-residenti tal-lokalità li kienu jagħmlu użu minn dan il-car park jekk hux se jibqa’ jkollhom aċċess bħalma kellhom s’issa, biex ipoġġu l-karrozzi tagħhom minħabba l-problema kbira tal-parkeġġ fl-inħawi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-parkeġġ biswit l-Isptar San Luqa li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ma għadux f’idejn il-Kunsill Lokali tal-Pieta’. Id-devoluzzjoni minn idejn il-Kunsill intemmet fl-aħħar ta’ Novembru, 2015. Għaldaqstant nitolbu jirreferi din il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 - konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1087 u ċjoè: Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed nannetti tabella bl-informazzjoni mitluba. Name of Entity Name of Consultant Nomenclature Pay package Malta Competition and Consumer Affairs Authority Daniel Gravino CMP - Konsulent tal-Ekonomija €20/hr, total amount of € 7,080 from year 2015 until 30th September 2018 Medicines Authority Prof Everaldo Attard Herbal Expert €25 per hr (exc. VAT) Valletta 2018 Foundation Jean Pierre Magro Consultant of Strategy & Communications to the Chairman and Executive Director € 35000 Excluding VAT for the duration of the contract

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet - konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1086 u ċjoè: Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed nannetti tabella bl-informazzjoni mitluba. Name of Entity Name of Consultant Nomenclature Pay package Local Systems Enforcement Agency Charles Curmi Enforcement Systm Advisor €13per hr excl.vat Dr. Noel Bartolo Legal Advisor €50per hr excl.vat

Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – ksur ta’ drittijiet mil-liġijiet tal-kera — danni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il eluf ta’ ewro f’danni ġie kkundannat il-Gvern Malti mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f’sentenzi ta’ kundanna ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem mil-liġijiet tal-kera, inkluż l-Att No. 23 tal-1979, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni qed tinġabar.

Ħlas lill-esperti dwar inkjesta

Question

Fil-21 t’Ottubru ġew ippubblikati żewġt artikli ntitolati “Witness admitted to police he lied about Cardona sighting with Degiorgio” u “Xhud jammetti mal-pulizija li gideb dwar Cardona” fil-media tal-Malta Today u l-One News rispettivament u fit-28 t’Ottubru ġie ppubblikat l-artiklu “It-tliet esperti li qabbad il-Maġistrat Vella swew €136,654” fl-Illum dwar tliet esperti tal-Qorti li ħadmu fuq l-inkjesta tal-Maġistrat Vella dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Fl-artikli ġie allegat li t-tliet esperti tħallsu €136,654 bejniethom tax-xogħol li għamlu fuq l-inkjesta. L-artikli komplew jgħidu li l-Pulizija identifikat li wieħed minn dawn it-tliet esperti kien leak li għadda informazzjoni lill-media barranija u lill-uffiċjali għolja tal-PN. Skont dawn l-artikli dan ġie kkonfermat wara li waħda mill-verżjonijiet li ġiet intenzjonalment mgħoddija lill-esperti mill-Pulizija, ġiet irrapportata mill-gazzetta La Repubblica. Jista’ l-Ministru jikkonferma kemm tħallsu kull wieħed minn dawn it-tliet esperti? Jista’ jgħid kemm tħallsu kull wieħed minn dawn it-tliet esperti? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu mill-pulizija fuq dak li ġie allegat?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba l-ingħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 7632. Wieħed mill-esperti sal-lum ma ppreżenta l-ebda fattura. Fir-rigward ta’ x’passi ttieħdu mill-pulizija fuq dak allegat fil-mistoqsija parlamentari, l-Onor. Membru mitlub jirreferi lil Ministru kkonċernat.

Miżura biex persuni li jgħixu barra minn Malta jivvutaw f’Ambaxxati Maltin

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi qed jittieħdu biex titwettaq il-wegħda elettorali li persuni Maltin li jgħixu barra minn Malta u li għandhom id-dritt tal-vot, jivvutaw f’Ambaxxati Maltin? Jista' jikkonferma jekk il-miżura hix se tiddaħħal fil-ħin biex tkun tapplika għall-elezzjoni li jmiss tal-Membri tal-Parlament Ewropew?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Qorti ta’ Malta – każijiet kriminali u ċivili li ilhom aktar minn ħames snin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7636 u 7466 u jgħid kemm hemm każijiet: a) kriminali u b) ċivili fil-Qorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin? Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skond statistika migbura sal-ahhar t’Ottubru 2018, fil-Qorti ta' Malta l-kawzi civili li ilhom pendenti bejn hames u ghaxar snin jammontaw ghall-1322 kaz. Cifra, illi meta wiehed jikkumparaha mal-istess statistika ta’ Dicembru 2012 u ghalhekk l-ahhar sena ta’ amministrazzjoni precedenti, tindika li sar progress, hekk kif fl-2012 l-ammont ta’ kazijiet fil-Qorti ta' Malta li kienu ilhom pendenti bejn hames u ghaxar snin kien ta’ 1434. Fir-rigward tal-Kawżi Kriminali quddiem il-Qorti ta’ Malta, ninforma lill-Onor Interpellant li hemm pendenti 704 kawża li ilhom aktar minn ħames snin.

Qorti ta’ Malta – każijiet kriminali u ċivili li ilhom aktar minn għaxar snin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7637 u 7467 u jgħid kemm hemm każijiet: a) kriminali u b) ċivili fil-Qorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin? Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skond statistika migbura sal-ahhar t’Ottubru 2018, fil-Qorti ta' Malta l-kawzi civili li ilhom pendenti ghal aktar minn ghaxar snin jammontaw ghall-429 kaz. Cifra, illi meta wiehed jikkumparaha mal-istess statistika ta’ Dicembru 2012 u ghalhekk l-ahhar sena ta’ amministrazzjoni precedenti, tindika li sar progress, hekk kif fl-2012 l-ammont ta’ kazijiet fil-Qorti ta' Malta li kienu ilhom pendenti ghal aktar minn ghaxar snin kien ta’ 790. Intant fir-rigward tal-Kawżi Kriminali quddiem il-Qorti ta’ Malta, hemm pendenti 308 kawża li ilhom aktar minn għaxar snin.

Qorti ta’ Għawdex – każijiet kriminali u ċivili li ilhom aktar minn ħames snin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7638 u 7468 u jgħid kemm hemm każijiet: a) kriminali u b) ċivili fil-Qorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin? Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skond statistika migbura sal-ahhar t’Ottubru 2018, fil-Qorti t’Ghawdex l-kawzi civili li ilhom pendenti bejn hames u ghaxar snin jammontaw ghal 67 kaz. Cifra, illi meta wiehed jikkumparaha mal-istess statistika ta’ Dicembru 2012 u ghalhekk l-ahhar sena ta’ amministrazzjoni precedenti, tindika li sar progress, hekk kif fl-2012 fil-Qorti t’Ghawdex l-ammont ta’ kazijiet li kienu ilhom pendenti bejn hames u ghaxar snin kien ta’ 150. Intant fir-rigward il-Kawżi Kriminali quddiem il-Qorti ta’ Għawdex, hemm pendenti 14 il-kawża li ilhom aktar minn ħames snin.

Qorti ta’ Għawdex – każijiet kriminali u ċivili li ilhom aktar minn għaxar snin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7639 u 7469 u jgħid kemm hemm każijiet: a) kriminali u b) ċivili fil-Qorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin? Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skond statistika migbura sal-ahhar t’Ottubru 2018, fil-Qorti t’Ghawdex l-kawzi civili li ilhom pendenti ghal aktar minn ghaxar snin jammontaw ghall-125 kaz. Cifra, illi meta wiehed jikkumparaha mal-istess statistika ta’ Dicembru 2012 u ghalhekk l-ahhar sena ta’ amministrazzjoni precedenti, tindika li sar progress, hekk kif fl-2012 fil-Qorti t’Ghawdex l-ammont ta’ kazijiet li kienu ilhom pendenti ghal aktar minn ghaxar snin kien ta’ 177 kaz. Intant fir-rigward tal-Kawżi Kriminali quddiem il-Qorti ta’ Għawdex, hemm pendenti 4 kawżi li ilhom aktar minn għaxar snin.

Qrati ta’ Malta u Għawdex – każijiet li ihom pendenti aktar minn 450 jum

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7640 u 7470 u jgħid globalment, kemm hemm każijiet fil-Qrati ta' Malta u Għawdex li ilhom pendenti għal aktar minn 450 jum?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skond statistika migbura sal-ahhar t’Ottubru 2018, il-kawzi civili li ilhom pendenti ghal aktar minn hmistax-il xahar jammontaw ghall-6907 kaz. Cifra, illi meta wiehed jikkumparaha mal-istess statistika ta’ Dicembru 2012 u ghalhekk l-ahhar sena ta’ amministrazzjoni precedenti, tindika li sar progress, hekk kif fl-2012 l-ammont ta’ kazijiet li kienu ilhom pendenti ghal aktar minn hmistax-il xahar kien ta’ 7157 kaz. Intant fir-rigward tal-Kawżi Kriminali, quddiem il-Qorti ta’ Malta hemm pendenti 1563 kawża li ilhom aktar minn 450 jum, filwaqt li quddiem il-Qorti ta’ Għawdex hemm pendenti 56 kawża li ilhom aktar minn 450 jum.

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm ħaddiema jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u jindika kemm minnhom huma ħaddiema impjegati mal-Gvern u kemm ħaddiema impjegati mal-kuntrattur?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentement hemm 54 uffiċjal ħaddiema tad-Diviżjoni u 6 tal-kuntrattur.

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali – ħaddiema li qegħdin bil-family friendly measures

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u li preżentement (sad-data ta' meta qed titressaq din id-domanda) qegħdin bil-family friendly measures u fl-istess risposta jindika x'tip ta' family measures huma?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali għandha jaħdmu magħha, 54 uffiċjali. L-uffiċjali bil-family friendly measures jammontaw għal 29 persuna. It-tip ta’ family measures huma kif ġej: Flexitime – 15-il uffiċjal; Telework – 4 uffiċjali; Telework u Flexitime – 10 uffiċjali.

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali – ħaddiema li qegħdin bil-family friendly measures

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista (mingħajr ismijiet) ta' kemm-il persuna u kif kienu approvati l-family friendly measures bejn Jannar 2014 u Ottubru 2018 (sena sena)?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni qed tinġabar.

Monument tal-Assedju l-Kbir — restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7314 u fid-dawl li fl-aħħar jiem jidher li sar hoarding ġdid quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir, jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet l-oħra li qed isiru fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir u l-madwar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif spjegat fir-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 7314, issa ingħata bidu għat-tieni fażi tax-xogħol fejn, wara li saru interventi fuq il-monument innifsu, issa qed isir tisbiħ u manutenzjoni tal-pjazza fil-madwar tal-Monument. Ix-xogħol se jinkludi manutenzjoni tal-ħadid kollu, tibdil tas-sistema ta’ dawl, u irranġar tal-paviment eżistenti. Nirringrazzja lill-entitajiet kollha li qed jghinu f'din il-hidma. Hu mistenni li x-xoghlijiet jintemmu sat-tieni gimgha ta' Dicembru.

Avukati — warrant

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm persuni ngħataw warrant sabiex jipprattikaw ta’ avukat, sena b’sena, mis-sena 2000 sal-lum?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed nannetti tabella bl-informazzjoni mitluba skond ir-records li għandu d-Dipartiment tal-Ġustizzja. SenaNumru 200056 200110 200299 200356 200476 200561 200660 200764 200860 200983 201073 201190 201293 201379 201496 201568 201691 2017114 2018156 Dan in-numru ta' persuni li ngħataw il-warrant sabiex jipprattikaw ta' avukat huwa skond ir-records li għandu d-Dipartiment tal-Ġustizzja.