Legislature:
Category:
Reset
Active:

Taxxa tal-Booll u Provisional Capital Gains Tax fuq kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas li l-Gvern ġabar bħala taxxa tal-bolla fuq kuntratti u Provisional Capital Gains Tax fuq kuntratti xahar b'xahar matul is-sena 2008 sa Marzu 2009?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Servizz tal-Internet

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern mal-Ministeru inkluż s-segretarjat tal-Ministru li għandu servizz tal-internet mhux provdut mill-MITTS? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Għajnuna finanzjarja lill-kumpanniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm kumpanniji li l-Gvern qed jgħin għaliex kienu f’diffikultajiet minħabba r-riċessjoni? Kemm kienet l-għajnuna finanzjarja totali u/jew għajnuniet oħra li ngħataw lil dawn l-azjendi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8236.

Premjijiet ta' lottu li ma nġabrux mir-rebbieħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm premijiet fil-Lottu ta’nhar ta’ Sibt u fis-Super Five separatament li ma nġabrux mir-rebbieħa fl-ewwel erba' xhur ta’din is-sena? Jista' jgħid jekk dawn kollha marrux fil-fond tal-kawżi ġusti?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-ammont ta’ premjijiet fi flus li ma ġewx miġbura fil-Lottu hu ta €70,653.32; filwaqt li dak tas-Super 5 hu ta’ €80,542.76. Dawn il-figuri huma miġbura sal-31 ta’ Marzu 2009 għar-raġuni li ż-żmien tat-tisrif tal-biljetti rebbieħa f’dawn il-logħbiet huwa ta’ 30 ġurnata mid-data tat-tlugħ. Għaldaqstant għad fadal xi biljetti rebbieħa li intlagħbu matul April li jistgħu jiġu msarrfa. Skond l-Att ta’ l-2001 dwar Lotteriji u Loghob ieħor, id-detentur ta’ liċenzja għal-Lotteriji Nazzjonali hu obbligat li jħallas lill-Awtorità tal-Lotteriji u logħob ieħor kull ammont ta’ rebħ li jibqa’ mhux imsarraf darbtejn f’sena: fil-31 ta’ Mejju u fit-30 ta’ Novembru. Għalhekk, il-figuri mogħtija hawn fuq għadhom ma ġewx akkreditati fil-Fond ta’ riserva għall-Premjijiet mhux mitluba u sussegwement fil-Fond tal-Kawżi Ġusti.

Informazzjoni dwar importazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8043 u jgħid kemm kienet l-importazzjoni minn Malta fl-ewwel tliet xhur tas-sena? Kemm kienet fl-istess żmien fl-2008? Liema kienu l-oġġetti li prinċiparjament ġew importati? Kemm mill-importazzjoni kienet minn barra l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea? F’dan il-każ x’ġie importat?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8043.

Informazzjoni dwar Esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8044 u jgħid kemm kienet l-esportazzjoni minn Malta fl-ewwel tliet xhur ta’din is-sena? Kemm kienet fl-istess żmien fl-2008? X’ġie esportat u fejn?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8043.

garage industry f’Għawdex — art/workshops

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal art u/jew għal workshops għal garage industry f’Għawdex? Meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet? Kemm minhom huma approvati? Meta ġew approvati? Għaliex għadhom ma nagħtawx art /workshop ? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi l-proġetti approvati? Dawk li ma ġewx approvati għaliex għadhom ma ġewx proċessati? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi dawn il-proġetti li għadhom mhumiex approvati?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Xewkija — Qasam industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8212 u jgħid kemm hemm fabbriki u kumpanniji oħra fil-qasam industrijali tax-Xewkija? Min huma dawn il-fabbriki/kumpanniji? F’liema oqsma tal-ekonomija joperaw? Kemm qed iħaddmu nies kull waħda minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8212.

Air Malta — taxxi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Air Malta żiedet it-taxxi b'xi madwar ewro? Minn meta bdiet din iż-żieda fit-taxxi u x'kienet il-kawża ta' din iż-żieda? Kemm se tiġbor l-Air Malta b'din iż-żieda?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Financial Service Authority

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar is-Servizzi Finanzjarji ġietx mogħtija garanzija bil-miktub mill-Gvern li l-Gvern jagħmel tajjeb għad-depożiti tal-klijenti tal-banek kummerċjali f'każ li dawn imorru ħażin kif kien iddikjara li ser jagħmel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-regoli li jigvernaw l-Iskema ta’ Kumpens lid-Depositant (Depositor Compensation Scheme Regulations 2003 ) bħalissa qegħdin jiġu emendati sabiex jiġu alinejati mad-Direttiva il-ġdida tal-Unjoni Ewropea (2009/14/EC) u b’hekk l-iskema tkun tista’ tiggarantixxi depositi bankarji sa € 100,000, f’kas li Bank ifalli. Dawn l-emendi qegħdin jiġu finalizzat u mistennija li jidħlu fis-seħħ sal-aħħar ta Ġunju 2009 skond it-termini tad-Direttiva. Ta’ min jinnota ukoll illi dawn ir-regolamenti jipprovdu illi l-amministrazzjoni tal-iSkema tkun f’idejn Management Committee awtonomu kif imwaqqaf taħt il-provedimenti tal-istess regolamenti.

banek kummerċjali — assigurazzjoni tal-interessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-banek kummerċjali lokali għandhomx l-interessi tagħhom insured? Jekk fl-affermattiv, jista' jserraħ moħħ il-poplu u jindika l-assigurazzjoni/jiet li magħha/hom l-investimenti tal-banek kummerċjali lokali jinsabu assigurati?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara il-Mistoqsija tiegħu.

Kumpaniji Privatizzati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-kumpanniji parastatali li ġew privatizzati minn amministrazzjonijiet Nazzjonalisti mill-1987 'l hawn? X'investiment għamlu minn dak iż-żmien 'l hawn? Jista' jgħid jekk tali investiment kienx possibli li jsir kieku ma kienux pprivatizzati? Kemm qed iħaddmu nies illum? X'ammont ta' taxxa ħallsu fuq il-qliegħ li kellhom kull sena minn dak iż-żmien 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpaniji li ġew privatizzati mill-1987 ‘l hawn huma dawn li ġejjin: Maltapost, Malta International Airport, Maltaco, Freeport Terminals Ltd., Go, Tug Malta, Oil Tanking, Med Power Electric Ltd., Medelec Switchgear Ltd., Mediterranean Film Studio, Quality Shoes, Zrar Ltd., Beltilhazna Containers Ltd., Mqabba Marbles, Leisure Clothing, Air Supplies Ltd. u MP Clothing. Madankollu, informazzjoni dwar x’ammont ta’ taxxa ħallsu u x’investiment għamlu dawn il-kumpaniji ma tistax tingħata minħabba li hija ta’ natura sensittiva. Rigward kemm qed iħaddmu nies dawn il-kumpaniji llum nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Kumpaniji Privatizzati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1894 u jgħid liema kienu dawk il-kumpanniji parastatali li ġew privatizzati minn amministrazzjonijiet Nazzjonalisti mill-1987 'l hawn? X'investiment għamlu minn dak iż-żmien 'l hawn? Jista' jgħid jekk tali investiment kienx possibli li jsir kieku ma kienux pprivatizzati? Kemm qed iħaddmu nies illum? X'ammont ta' taxxa ħallsu fuq il-qliegħ li kellhom kull sena minn dak iż-żmien 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1894.

Nefqa tal-Gvern f'Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185, liema tweġiba tapplika wkoll għall-Mistoqsijiet Parlamentari msemmija hawn taħt. 3949 5351 6259 4140 5353 6961 4369 5354 6963 4375 5641 6966 4376 5642 7368 4541 5850 7369 4751 5851 7370 4753 5852 7894 4756 6253 7895 5640 6254 7897

Fondi Strutturali / ta' Koeżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) għal kemm fondi strutturali / ta' koeżjoni Malta, kienet tapplika għas-snin 2007 u 2008? b) kemm fil-fatt ġew utilizzati fondi strutturali/ ta' koeżjoni fis-snin 2007 u 2008? Kif intnefqu dawn il-fondi? Jista' jagħti iktar informazzjoni dwar is-€46 miljun li ġew depożitati fil-Bank Ċentrali Malti? Meta ġew depożitati? F'liema dati? Kif se jintużaw?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni 04-06, Malta kienet applikkabbli għal fondi kif jidher fit-tabella numru 1. Tabella numru 2 turi l-ammonti u l-perċentwali assorbiti għal kull fond u għal kull sena. Fir-rigward ta’ l-ERDF, ESF, EAGGG, FIFG U EQUAL id-data ta’ għeluq tal-programm hija 30 ta’ Ġunju 2009. Min naħa l-oħra l-Fond ta’ Koeżjoni jagħlaq fis-sena 2010. Fir-rigward tal-Programm il-ġdid (2007-2013), Malta kienet applikabbli għal fondi kif jidher fit-tabella numru 3. Id-dati tal-għeluq tal-allokkazzjonijiet tal-2007 u tal-2008 huma l-31 ta’ Diċembru 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2011 rispettivament. Filwaqt li l-Gvern Malti ma’ tilifix żmien biex jibda jutilizza dawn il-fondi, ta’ min jiġbed l-attenzjoni illi l-proċess obbligatorju li kull Stat Membru jrid jgħaddi minnu biex ikun jista’ jutilizzahom huwa elaborat ferm. Għaldaqstant kif wieħed jista’ jinnota mit-tabella numru 4, il-Gvern Malti kien qed jagħmel ħiltu kollha biex jgħaddi minn dan il-proċess kemm jista’ jkun malajr, ħalli nibdew nużaw dawn il-fondi mingħajr telf ta’ żmien. Fil-fatt Malta kienet l-ewwel Stat Membru fost l-Istati Membri kollha li kisbet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea biex timplimenta il-Programm 2007-2013. Bħala parti mill-ftehim finali fuq l-Programm ta’ Fondi Strutturali u ta’ Koezjoni 2007-2013, l-Istati Membri ġodda kellhom jirċievu antiċipu, kif qed jintwera hawn taħt: 2% u 2.5% tal-allokazzjoni totali tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni rispettivament fl-2007; 3% u 4% tal-allokazzjoni totali tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni rispettivament fl-2008; 2% u 4% tal-allokazzjoni totali tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni rispettivament fl-2009. L-ammont ta’ €46 million li Malta rċeviet huma fondi tal-Gvern Malti u ġew depożitati f’kont fil-Bank Ċentrali f’isem il-Gvern Malti. L-ammont ħa jintuża kif ġej: €22,198,901 fuq proġetti li jaqgħu taht l-ERDF; €5,600,000 fuq proġetti li jaqgħu taht l-ESF; €18,469,426 fuq proġetti li jaqgħu taht l-Fond ta’ Koeżjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabelli msemmija.

Informazzjoni dwar importazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni minn Malta fl-ewwel tliet xhur tas-sena? Kemm kienet fl-istess żmien fl-2008? Liema kienu l-oġġetti li prinċiparjament ġew importati? Kemm mill-importazzjoni kienet minn barra l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea? F’dan il-każ x’ġie importat?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għan-News Release 080/2009 li ħarġet fit-8 ta’ Mejju 2009 u li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Informazzjoni dwar Esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni minn Malta fl-ewwel tliet xhur ta’din is-sena? Kemm kienet fl-istess żmien fl-2008? X’ġie esportat u fejn?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8043.

Ftuħ ta' fabbriki — applikazzjoniet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-ftuħ ta’fabbriki ġodda quddiem il-Malta Enterprise? Meta saret kull applikazzjoni? Mil-liema kumpannija? X’inhi l-attività ekonomika li se tipproduċi kull fabbrika?

Response (FENECH, TONIO)

Nirrieferi l-Onor Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7630. Minħabba raġunijiet kummerċjalment sensittivi, ismijiet u informazjoni oħra diretta ma tistax tingħata. L-Malta Enterprise tgħin lill-industrija f’diversi modi: a) tinkoraġġixxi lill-investituri biex jirrilokaw l-attivitajiet industrijali tagħhom lejn Malta b) tgħin lill-imprendituri lokali biex jithejjew f’attivitajiet ekonomiċi ġodda, biex b’hekk jiskopru swieq ġodda. c) tgħin lil kumpanniji lokali li diġa’ huma stabbiliti lokalment biex jespandu l-opperazzjonijiet tagħhom. d) tgħin kumpanniji Maltin biex ikabbru l-valur miżjud billi tinkoraġġihom ikunu iktar innovattivi u jikkonċentraw fuq swieq ġodda. Tipikament, il-Malta Enterprise tikkonsidra bejn 10 u 15-il talba għal assistenza kull xahar. Din l-għajnuna tikkonsisti fi: · Spazju industrijali · Assistenza finanzjarjara · Assistenza għal parteċipazzjoni f’fieri internazzjonali biex jinbiegħu prodotti manifatturati lokalment, kif ukoll jippromuovu servizzi lokali · Ingaġġar ta’ konsulenti biex jimplimentaw jew jtejbu: il-process tal-produzzjoni, id-dehra tal-prodott, il-kwalita’ kif ukoll il-“marketing techniques”. L-assistenza tirrikjedi kollaborazzjoni u negozjati kontinwu bejn l-ME u l-imprendituri konċernati sabiex il-proġetti proposti ikollhom suċċess fl-iqsar żmien possibbli u b’hekk il-pajjiż jibbenefika ekonomikament. Dawn in-negozjati ġeneralment jirrikjedu tul ta’ żmien għalhekk ma jistax jinghad preċiżament kemm hemm applikazzjonijiet pendenti. Il-proċess jirrikjedi madwar xaharejn biex jiġu evalwati t-talbiet għall-assistenza, u iktar żmien meta jkun jinħtieg iktar dettall minghand il-klijent. Il-Malta Enterprise tippubblika figuri annwali bl-assistenza approvata.

Kumpannija Go — Security

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sejjer isir minnhom il-ħaddiema li hemm mal-kumpannija GO u li x-xogħol tagħhom huwa dak ta' security? Jista' jgħid x'inhu l-ftehim tal-Gvern mal-kumpannija oriġinarjament fuq dawn il-ħaddiema? Jista' l-Gvern jgħid t-termini tal-kundizzjonijiet tal-ftehim li għamel mal-GO?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ftehim li kien ġie ffirmat fis-17 ta Mejju 2006 bejn il-Gvern u l-Emirates International Telecommunications (Malta) Limited kien jipprovdi biex l-Kumpanija tuża s-saħħa tal-Voti tagħha fil-Kumpanija (GO) biex ma jkunx hemm tkeċċija ta’ ħaddiema ‘redundancies’ għall perjodu ta tlett (3) snin mid data tal-ftehim. Preċizament din il-kundizzjoni kienet fi klawsola 10.1.6 tal Ftehim.

Tfal f'familji Maltin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7821 li oriġinirjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn familji fil-gżejjer Maltin li: (1) huma bla tfal; (2) għandhom wild wieħed; (3) għandhom żewġt itfal; (4) għandhom tliet itfal; (5) għandhom erbat itfal; (6) għandhom ħamest itfal; (7) addottaw tfal minn Malta stess; u (8) addottaw tfal minn barra minn Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar informazzjoni mitluba hija dik li tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.