Legislature:
Category:
Reset
Active:

ADT — Emission tests

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern biex jiżgura li l-ADT Emission Tests fuq il-karozzi tal-linja u l-karozzi privati ma jiksrux l-emission laws tal-pajjiż, kif ukoll biex flimkien ma' l-awtoritajiet konċernati jiżgura li jkun hemm enforcement xierqa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dawl u ilma

Question

Peress li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma żammitx mal-ftehim ta' ħlas bin-nifs tal-kont ta' l-ilma u d-dawl u issa ġiet imwissija li se jaqtgħulha s-servizz, jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex tingħata ċans ieħor u tibda tħallas regolarment u ma jaqtgħulhiex is-servizz għax qed issibha diffiċli tlaħħaq ma' l-ispejjeż tal-ħajja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pembroke — Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'servizz ta' trasport pubbliku għandhom bħalissa r-residenti ta' Pembroke u minn liema rotta jgħaddu, għax qed jasluli ilmenti minn ċerti naħat li m'humiex moqdija adegwatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Birżebbuġa Triq tal-Ġebel

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir bankina fi Triq tal-Ġebel , Birżebbuġa (il-parti ta' ħdejn l-flats tal-gvern)? Peress li m'hemmx din il-bankina, il-pubbliku qed ikollu jimxi fit-triq b'ħafna periklu.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Santa LUċija — t-telgħa ta' Maria Addollorata

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu azzjonijiet konkreti biex ix-xufiera li filgħodu jkunu jridu joħorġu minn Santa Luċija għal madwar r-roundabout li hemm kif titla' t-telgħa ta' Maria Addolorata, jiġu ffaċilitati? Saru diversi interpellanzi fil-passat dwar din il-problema iżda s-sitwazzjoni mhux talli ma rranġatx, talli kompliet tiħżien

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Toroq bla Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li għad iridu jiġu mogħtija t-tarmac l-ewwel darba u meta hemm il-ħsieb li x-xogħol tagħhom jinbeda fil-lokalitajiet ta' Raħal Ġdid, Tarxien, Gudja, Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Karozzi Hybrid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati karozzi ġodda tat-tip hybrid (jiġifieri dawk li jaħdmu kemm bil-fuel u kif ukoll bil-batterija) sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin? X'inhuma l-inċentivi fiskali meta wieħed jixtri karozza ta' dan it-tip? Il-gvern qiegħed jikkonsidra li dawn l-inċentivi jitjiebu fid-dawl tal-problemi ambjentali u l-ispiża dejjem tiżdied taż-żejt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — Triq il-Kungress Ewkaristiku

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 671 u jgħid meta huwa ppjanat li Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta jsirilha l-manutenzjoni meħtieġa speċjalment fejn hemm il-culverts, li jinsabu perikolużi jekk xi vettura tinżel fuqhom bi żball?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 853.

Tiswija ta' mollijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru l-ispezzjonijiet neċessarji biex jiġi stabilit liema mill-mollijiet fl-inħawi tas-Salini, Qawra, Buġibba, San Pawl il-Baħar u Xemxija jeħtieġilhom tiswija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' Marittima diġa għamlet diversi spezzjonijiet fl-inħawi msemmija.

Slipways u Mollijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk jistgħux isiru spezzjonijiet fuq id-diversi slipwaysu mollijiet fil-limiti tal-Mellieħa biex dawn ikunu jistgħu jitqiegħdu fi programmi ta' tiswija?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Wied il-Għajn — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li s-servizz tad-drenaġġ li kien imwiegħed li jsir fis-sena finanzjarja attwali fil-Bidni, f'Wied il-Għajn, mhux se jsir? Kemm huwa stmat li jiswa biex dan is-servizz jitwassal f'dawn l-inħawi li jidhru li qed jattiraw aktar nies joqogħdu hemm? Peress li t-toroq fil-Bidni huma diżastrużi u dawn ma jistgħux jiġu rranġati qabel isir id-drenaġġ, jista' jirrimedja sabiex ix-xogħol fuq id-drenaġġ issir urġentement?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-servizzi tad-drenaġġ fil-Bidni f’Wied il-Għajn ma huwiex ser isir fis-sena finanzjarja attwali. L-istima tax-xogħol biex titwassal is-sistema tad-drenaġġ f’dawn l-inħawi hija ta’ €424,060 (Lm182,000) Din is-sistema tad-drenaġġ issir skond ir-riżorsi finanzjarji allokati lill-Korporazzjoni.

Triq għal Ta' Qali — Asfalt

Question

Jista' l-Ministru jara li jingħata l-asfalt lit-triq li minn H'Attard tagħti għal Ta' Qali, liema triq tinsab bejn il-ġibjun u l-pitkalija u li bħalissa tinsab fi stat ħażin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT ser tagħmel stimi tax-xogħlijiet biex jiddaħħlu fil-lista tal-prijoritajiet sabiex jkun jista jsir kemm jista jkun malajr.

Divorzju ma' persuni barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' divorzju li ngħata lil persuni ta' nazzjonalita' Maltija minn qrati ta' pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea sena b'sena mill-1 ta' Mejju 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ każi ta’ divorzju li ngħata lill persuni ta’ nazzjonalita` Maltija minn qrati ta’ pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea mill-1 ta’Mejju 2004 hu kif ġej: Sena Divorzji Mill- 01/05/2004 sa l-aħħar tas-sena 21 2005 33 2006 25 2007 23 sat-18/06/2008 13

Għasri — Triq Fanal - Hump

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Fanal,Għasri qed jilmentaw m inħabba l-fatt li qed jgħaddu ħafna vetturi b'ċertu veloċita', jista' l-Ministru jara l-possibilita' li ssir hump biex jiġi evitat l-perikolu li qed jilmentaw dwaru dawn ir-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Vetturi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija fil-mument għall-użu tal-ħteġijiet tal-ministeri, dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali li titħallas kull xahar għal dawn il-karozzi/vetturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Konsum ta' dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 793 u 572 u jieħu l-figuri ta' bejn l-1 ta' Marzu 2007 u l-1 ta' Marzu 2008 u jindika kemm hi l-medja ta' ħlas totali fis-sena li kull household tħallas lill- a) Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma b)Enemalta għall-konsum tal- i)ilma u ii)dawl inkluż konsum , kirjiet ta' arloġġi u soprataxxa? Kemm minn din iċ-ċifra, bħala medja, tmur bħala ħlas għas-surcharge?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Servizzi tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-WSC għandhiex tagħrif dwar liema huma l-lokalitajiet fis-7, 11 u 12-il distrett li m'għandhomx servizzi tad-drenaġġ imqabbda mal-mains prinċipali? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk jistax jitfassal pjan biex dawn il-lokalitajiet fil-fatt ikollhom is-sistema tad-drenaġġ ikkomunikata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numri ta’ residenzi li jinstabu fil-lokalitajiet fix-7, 11 u 12 il-distrett li ma għandhomx servizz tad-drenaġġ mqabbda mal-mains principali u huma servuti b’fossa li titbattal b’xejn mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jinstabu fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Korporazzjoni qed taħdem fuq pjan fit-tul biex dawn ir-residenzi jkunu mqabbda mas-sistema principali tad-drenaġġ.

San Pawl il-Baħar — Mina

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-ADT għandhiex il-ħsieb li twettaq xi proġett ta' mina fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar/Xemxija, f'liema mina tkun tista' ssir triq? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hu mistenni li ssir u x'konsultazzjoni saret jew għad trid issir dwar dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.