Legislature:
Category:
Reset
Active:

Santa Marija Estate — Triq il-Palm

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fi Triq il-Palm f'Santa Marija Estate, il-Mellieħa inbeda x-xogħol fuq is-servizzi ta' din it-triq u waqaf ħesrem xi xhur ilu? Jista' jgħid meta se jitkompla ix-xogħol f'din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fi Triq il-Palm twaqqfu mill-Awtorita’ Dwar it-Trasport fid-29 ta’ Mejju 2008 minħabba li kien hemm bżonn approvazzjoni ta’ varjanzi fuq ix-xogħlijiet tad-dranaġġ. Ix-xogħol mistenni jitkompla.

Kumpanija MIDI

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1052, li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm huwa t-total ta' art li ngħatat il-kumpanija MIDI u kemm minn din l-art kellha tinbena ma' l-iffirmar tal-kuntratt oriġinali? Kemm-il darba ġie emendat dan il-kuntratt u x'kundizzjonijiet ġodda ġew introdotti fuq il-kuntratt oriġinali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra .

Reverse Osmosis

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-volum ta' l-ilma mill-impjanti tar-Reverse Osmosis li ma ġiex użat matul is-sena li għaddiet għax ma laħaqx il-livelli tan-normi aċċettabli? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bridge Manuel Dimech

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 778 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm kienet l-istima oriġinali għat-tiswijiet tal-Bridge Manwel Dimech u kemm ser tlaħħaq is-somma globali meta jitlesta x-xogħol? Kemm tħallas s'issa mill-ammont kemm mill-Gvern u kemm mill-EU?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-istima oriġinali li kienet saret mill-esperti li tqabbdu mill-Awtorita tat-Trasport kienet ta’ EUR 5,462,660. Il-kuntratt ta' l-istess xogħlijiet ġie aġġudikat għas-somma ta’ EUR 4,649,562. Bħalissa s-Supervizuri tal-proġett għadhom għaddejjin bil-kejl tax-xogħlijiet li ġew eżegwiti iżda minħabba illi l-kontijiet finali għadhom ma ngħalqux mhux possibli tingħata s-somma ta’ xogħol ċertifikat f’dan l-istadju. Minbarra dan, hemm “claims” tal-kuntrattur li għadhom qed jiġu evalwati, liema claims jistgħu ikollhom impatt fuq l-istess somma globali u dan l-impatt ikun skond l-eżitu tal-evalwazzjoni li ssir mid-Dipartiment tal-Kuntratti u assistita mill-Awtorita tat-Trasport u l-esperti mqabbdin minnha. Sa issa tħallset is-somma ta’ EUR 3,069,700.81. Hamsa u sebghin fil-mija (75%) tal-ispejjeż ser jiġu mħallsa mill-Unjoni Ewropea (EU) u l-ħamsa u għoxrin fil-mija (25%) l-oħra ser jiġu mħallsa mill-Gvern Malti.

Enemalta — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul totali fl-Enemalta kull sena mis-sena 2000 sa l-2007? Kemm kienet l-ispiża totali (pagi, kapitali, manutenzjoni, tiswija etc) ta' l-Enemalta fl-istess żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fuel u gas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' fuel u gas li mporta l-Gvern mis-sena 2000 sa l-2007 sena b'sena? Kemm daħħal mill-bejgħ tiegħu sena b'sena? Kemm minn dan il-bejgħ kien jinvolvi taxxa, kemm surcharge u kemm VAT sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Households

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm households f'Malta u Għawdex? Kemm hemm households f'Malta u Għawdex li ma jħallsux surcharge? Kemm kien l-ammont totali ta' surcharge li daħħal il-Gvern 2007?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — Triq Durumblat

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Durumblat, fil-Mosta sejra ssirilha l-bankina neċessarja fuq iż-żewġ naħat, ħalli r-residenti Mostin u dawk li jiġu minn Ħ'Attard ikunu jistgħu jmorru Ta' Qali mingħajr il-periklu li jiġu mtajra minn xi karozza kif fil-fatt diġa' ġara?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Nru. 705.

Ġarr ta' passiġġieri fuq il-baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema regolamenti marbuta mal-ġarr ta' passiġġieri minn speed boats, luzzijiet u opri tal-baħar inbidlu jew se jinbidlu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? X'wassal għal dan it-tibdil?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Vetturi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1034 u jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija fil-mument għall-użu tal-ħteġijiet tal-ministeri, dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali li titħallas kull xahar għal dawn il-karozzi/vetturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Proposta lill-Kabinett

Question

Jista' l-ministru jgħid jekk huwiex minnu li se jressaq proposta lill-Kabinett sabiex jiġi liberalizzat is-suq in konnesjoni mas-servizz tal-vetturi li jġorru l-kadavri? Jekk dan huwa minnu, jista' jgħid meta se jressaq din il-proposta lill-Kabinett? Jista' jgħid jekk din il-proposta hijiex limitata għall-vetturi tal-ġarr tal-kadavri jew hux se tinkludi anke t-taxis?

Response (GATT, AUSTIN)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li hi l-prattika f’Malta li l-aġenda tal-Kabinett hi meqjusa bħala kunfidenzjali. Il-Gvern iħabbar id-deċiżjonijiet tiegħu meta jeħodhom”.

Proġett tal-vapur t'Għawdex

Question

B'riferenza għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 768, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-istima oriġinali għall-proġett tal-vapur t'Għawdex fil-Marfa, Malta u l-Imġarr Għawdex? Kemm kienet l-istima ġenerali?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-''proġett tal-vapur t'Għawdex'' ma kienx responsabbilta' tal-MMA.

Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1021 u jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Konsum ta' dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 1038, 793 u 572 u jieħu l-figuri ta' bejn l-1 ta' Marzu 2007 u l-1 ta' Marzu 2008 u jindika kemm hi l-medja ta' ħlas totali fis-sena li kull household tħallas lill- a) Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma b)Enemalta għall-konsum tal- i)ilma u ii)dawl inkluż konsum , kirjiet ta' arloġġi u soprataxxa? Kemm minn din iċ-ċifra, bħala medja, tmur bħala ħlas għas-surcharge?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mistra Village Complex

Question

Stante li minflok il-Mistra Village Complex se jitla' torri ġdid, u dan l-iżvilupp ta' bilfors se jkollu jerġa' jitfa' fuq l-agenda l-iżvilupp tat-triq minn ġo l-Imbordin ta' l-hekk imsejjaħ TEN-T Network, u stante li s-soluzzjoni għall-problema tax-Xemxija li jieħu wisq traffiku ġej u sejjer mill-Mellieħa u Għawdex, ma tistax tkun triq li i) tiġġenera iżjed tniġġis fil-Pwales,is-Simar u l-Imbordin ii) kontra l-liġi ta' l-EU għax tipperikola l-aquifer tal-Miżieb u iii) triq ġdida bħal din mhux se ttaffi l-vera problema tagħna cioe' dipendenza kbira fuq il-karozzi u trasport privat, jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern fuq it-triq ta' l-Imbordin? Veru li l-gvern qed jikkonsidra li jitnaqqas l-użu tal-port taċ-Ċirkewwa b'ferry li jasal sal-port tal-Marsa (fejn is-Sea Malta)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — Triq Ta' Mlit

Question

Jista' l-Ministru jagħti time frame meta sejjer jibda x-xogħol ta' asfalt fi Triq Ta' Mlit, fil-Mosta li tinstab wara l-ground tal-football, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħsarat fil-vetturi tar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Traffic Signs

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' sinjali (overhead u road side) li kienu twaħħlu xi snin ilu fuq ir-rotta (triq) numru 1? Kemm minn dawn is-sinjali huma issa mkissra jew maqlugħa? Meta hu mstenni, jekk inhu l-każ, li dawn is-sinjali jinbidlu/jiġu rranġati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ sinjali li kienu twaħħlu fuq rotta numru 1 kien ta’ 300 sinjal. Sa Settembru 2006 ġew mibdula jew irranġati 29 minn dawn is-sinjali li ġew imkissra. L-Awtorita’ se tkun qed tagħmel eżerċizzju sabiex tistabbilixxi n-numru u liema sinjali huma bħalissa mkissra jew maqlugħa sabiex wara tkun tista’ tara’ x’azzjoni trid tieħu sabiex jitranġaw jew jinbidlu.

Dejn ta' l-Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 930 u jgħid kemm huwa d-dejn totali li għandha l-Enemalta? Meta ġew ippublikati l-aħħar accounts ta' l-Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

L-aħħar 'accounts' li ppublikat il-Korporazzjoni Enemalta huma dawk għas-sena li għalqet f'Settembru 2005. Id-dejn ta' l-Enemalta kien jammonta għal €279,000,000.