Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Mġarr - Uffiċċju tad-Dwana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ngħalaq l-Uffiċċju tad-Dwana fl-Mġarr Għawdex u meta mistenni li jerġa jiftaħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-aħħar li ngħalaq l-uffiċċju tad-Dwana fl-Imgarr, Għawdex kien fit-30 ta’ Settembru 2006. L-uffiċċju reġa nfetaħ fis-16 ta’ Mejju, 2007 u min dak inhar baqa’ miftuħ 24 siegħa kuljum.

Każ ta' propjetà meħuda għal skop pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ dwar kumpens ta' din il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar post tagħhom li kienu jabitaw fih li kien ittieħed għal skop pubbliku u sal-lum għadhom ma ngħatawx kumpens raġonevoli? Minħabba li din il-familja llum interessata li minflok tingħata kumpens finanzjarju tingħata xi proprjetà alternattiva mingħand il-Gvern, jista' l-Ministru jgħid xi proċedura dawn għandhom isegwu f'dan il-każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi meta d-Dipartiment jiġi pprovdut bil-fondi neċessarji sabiex ikun jista’ jikkumpensa lill-familja li d-dettalji tagħha intbgħatu separatament, id-Dipartiment ikun f’pożizzjoni li joħroġ Dikjarazzjoni tal-President ġdida biex ikun jista’ jikkumpensa lis-sidien tal-proprjeta’. Sadanittant, jekk is-sidien ma jaqblux mal-kumpens offert, ikunu jistgħu jikkontestaw il-prezz quddiem il-Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet. Rigward it-tieni parti tad-domanda is-sidien jistgħu jindikaw art tal-Gvern u jitolbu tpartit mal-kumpens ta’ l-art dovut lilhom. Madankollu, t-tpartit jista’ jsir biss skond Sezzjoni 13 ta’ l-Iskeda annessa ma’ l-Att dwar Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern (Kap 268).

Ħwienet kummerċjali — sostituti

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi jfisser li wieħed ikun reġistrat bħala substitute għall-finijiet tat-trade licensing ta' ħwienet kummerċjali? X'inhuma l-obbligi u d-drittijiet ta' sostitut? X'inhuma l-obbligi u d-drittijiet tal-persuna prinċipali li fuqha jkun reġistrat il-permess għal operazzjoni ta' ħanut kummerċjali fil-konfront tas-sostitut?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Avvizż legali bin-numru 1/2006 artikolu 6(3) jispeċifika illi applikant għall-liċenzja tal-kummerċ għandu il-fakulta illi jsemmi, fl-istadju tal-applikazzjoni, lil dak l-individwu li effettivament se jkun responsabli mit- tmexxija tal-ħanut, f`dawk il-każijiet fejn il-liċenzjat effettivament ma jkunx fil-ħanut hu. Din il persuna iżda ma jkolliex l-ebda liċenzja tal-kummerċ maħruġa f`isimha. Minkejja il- fatt li t-tmexxija tal-ħanut tkun f`idejn bniedem ieħor, il-liċenzjat jibqa , għal finijiet ta liġi, dik il-persuna li tibqa responsabbli għal liċenzja tal-kummerċ. Għaldaqstant dan l-arranġament hu konvenjenti għal dawk in-nies li għandhom iktar minn ħanut wieħed u għalhekk ma jkunux jistgħu jkunu fiżikament preżenti fihom il ħin kollu.

importazzjoni ta' ħwejjeġ ta' ditti mondjali minn pajjiżi terzi

Question

Jista' l-Ministru jispjega preċiżament x'inhi l-pożizzjoni ta' min jixtieq jimporta ħwejjeġ oriġinali ta' ditti mondjali minn pajjiżi terzi bħalma huma l-Indja, iċ-Ċina, l-Brażil u r-Russja fejn jidħlu kwestjonijiet ta' Trademark meta jkun hawn f'pajjiżna stess exclusive agents ta' l-istess ditti mondjali? X'mekkaniżmu jeżisti biex il-konsumatur ikun moħħu mistrieħ illi jekk importatur importa prodotti tal-ħwejjeġ ta' ditta mondjali allegatament oriġinali minn pajjiżi minn barra l-Unjoni Ewropea dawn verament ikunu oriġinali?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Intrapriżi f'Malta u Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8530, jista’ l-Ministru jgħid, kategorija b’kategorija, kemm jimpjegaw nies l-entrapriżi f’Malta u Għawdex separatament li jħaddmu: minn 2 sa 5 ħaddiema; minn 10 sa 19-il ħaddiem; minn 20 sa 29 ħaddiem; minn 30 sa 39 ħaddiem; minn 50 sa 99 ħaddiem; minn 100 sa 129 ħaddiem, minn 130 sa 149 ħaddiem, minn 150 sa 249 u minn 250 ħaddiem ‘il fuq?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minħabba l-kunfidenzjalita tad-data ir-risposta kif mitluba ma tistax tingħata, għaldaqstant qed inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra din l- informazzjoni.

Prodott Gross Domestiku Settorali għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-Prodott Gross Domestiku Settorali għal Għawdex għas-snin 1999 sa 2007 klassifikat skond NACE A17 – ESA 95 taħt il-Production Account?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalita’ l-Prodott Gross Domestiku Settorali għal Għawdex għas-snin 1999 sa 2007 klassifikat skond A17 ma jistax jingħata.

banek tal-lottu — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' kemm kien in-numru ta' banek tal-lottu li kien hawn f'Malta u f'Għawdex rispettivament qabel saret il-privatizzazzjoni tal-lottu? Kemm hu llum in-numru ta' outlets li minnhom jistgħu jinbiegħu l-biljetti tal-lottu? Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx ħsieb li jkun hemm żieda f'dawn l-outlets, matul iż-żmien li ġej? Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx xi policy partikolari li tikkontrolla l-logħob tal-lottu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

ammont ta' rebħ mill-lottu mhux meħuda

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar kemm kien kull sena l-ammont ta' rebħ mil-lottu jew minn logħob ieħor, kull sena mill-2005 sal-lum li fil-fatt baqa' ma ġiex claimed minn dawk li jkunu rebħu dawn il-flus? Jista' jagħti indikazzjoni dwar kif jintużaw dawn il-fondi mhux meħuda?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Laqgħat bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea — Servizz tal-Baħar bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza u/jew laqgħat formali jew informali bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea minn Ġunju 2007 ‘l hawn dwar l-Opinjoni Motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lil Malta dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex (KE Ref Nru IP/06/1777) fejn il-Kummissjoni allegat li l-Gvern kiser ir-regolamenti Komunitarji dwar il-kabotaġġ marittimu? Jekk kien hemm meta? X’kien l-eżitu tagħhom? X’inhi l-pożizzjoni llum? X’inhija l-pożizzjoni tal-Gvern dwar dan il-każ? Il-ħaddiema tal-kumpanija Gozo Channel li jistgħu jitilfu l-impjieg tagħhom ma’ din il-kumpanija qed jinżammu informati bl-iżviluppi li qed ikun hemm u dwar x’inhuma l-prospetti għalihom dwar l-impjieg tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Laqgħat bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea — Servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2388 u jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza u/jew laqgħat formali jew informali bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea minn Ġunju 2007 ‘l hawn dwar l-Opinjoni Motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lil Malta dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex (KE Ref Nru IP/06/1777) fejn il-Kummissjoni allegat li l-Gvern kiser ir-regolamenti Komunitarji dwar il-kabotaġġ marittimu? Jekk kien hemm meta? X’kien l-eżitu tagħhom? X’inhi l-pożizzjoni llum? X’inhija l-pożizzjoni tal-Gvern dwar dan il-każ? Il-ħaddiema tal-kumpanija Gozo Channel li jistgħu jitilfu l-impjieg tagħhom ma’ din il-kumpanija qed jinżammu informati bl-iżviluppi li qed ikun hemm u dwar x’inhuma l-prospetti għalihom dwar l-impjieg tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2388.

Kontribuzzjonijiet finanzjajri mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Gvern Malti ħa mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Kemm ġew fondi globalment mill-Unjoni Ewropea proġett proġett fl-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 7535 u 7627.

Kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3692 u jgħid kemm kienu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Gvern Malti ħa mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Kemm ġew fondi globalment mill-Unjoni Ewropea proġett proġett fl-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3692.

EU Cohesion and Structural Funds

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5177 dwar l-EU Cohesion and Structural Funds , jista’ l-Ministru jgħid għar-rigward il- Gozo Related Projects : a) Għal xiex saru l-pagamenti lill-benefiċjarji barranin u lill-Korporazzjoni Enemalta? b) Kemm tħallsu fondi għal konsulenzi u lil min? ċ) Kemm tħallsu fondi għal xiri ta’ għamara, apparat, makkinarju u materjal u lil min? d) Kemm tħallsu fondi għal kiri ta’ makkinarju u lil min? e) Kemm tħallsu fondi għal trasport u lil min? f) Għal liema proġetti saru l-pagamenti lill-KRAM Joint Venture , lill-MAC Joint Venture u lil C&F and CPI Joint Venture ? Għal liema servizzi jew provvisti saru l-pagamenti u kemm kienu l-ammonti f’kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Kumpens fuq raba'

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħallas il-kumpens għall-porzjon raba' li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li ġie esproprjat mill-Gvern snin ilu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpens għall-porzjon raba li d-dettalji tagħha intbgħatu separatament u li ġie esproprijat mill-Gvern jitħallas meta d-Dipartiment ta’ l-Artijiet jiġi allokat il-fondi neċessarji għal dan il-għan.

Każ fuq ċens ta' art ta' garaxx

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7918, jista' l-Ministru jgħid meta din il-persuna se tkun avviċinata min-naħa tad-Dipartiment minħabba li sal-lum din il-persuna ma rċeviet l-ebda korrispondenza jew kuntatt dwar din l-applikazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant, b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7918, li l-persuna ikkonċernata ma kienetx ġiet ikkuntattjata għaliex wara li kien sar aktar verifika fuq il-każ tagħha, instab li kienet għadha ma ġietx rikonoxxuta bħala ċenswalist tal-fond in kwistjoni. Għal dan il-għan, dan l-aħħar l-Uffiċċju Konġunt bagħat korrispondenza lil din il-persuna fejn ingħatat tagħrif x’dokumenti meħtieġ li tissottometti sabiex tkun rikonoxxuta fiċ-ċens kif ukoll fejn qed tiġi mitluba jekk wara li tkun rikonoxxuta tkunx trid li tifdi l-istess ċens permezz ta’ sejħa għall-offerti.

Malta Enterprise — flus lill-kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-flus li ngħataw f'għajnuna mill-Malta Enterprise lil numru ta' kumpanniji li sabu ruħhom fid-diffikultajiet tant li kienu qed jaħdmu b'ġimgħa mnaqssa ta' erbat ijiem fil-ġimgħa, minn liema baġit ħarġu? Huwa possibbli li b'mod kumplessiv jgħid kemm huwa dan l-ammont? Jekk le, jista' jagħti l-ismijiet tal-kumpanniji li ġew mgħejjuna?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Uffiċċju tal-VAT — każ fuq frodi

Question

Jista' il-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-investigazjoni dwar l-allegat frodi fl-uffiċċju tal-VAT? Jista' jgħid kemm huwa l-ammont ta' fondi iffrodati lill-Gvern u t- taxpayer ? Peress li l-gvern waqqaf ir- refunds dovuti lil persuni bona fide li huma intitolati għal dawn ir- refunds, jista' il-gvern jgħid meta ser jibda jagħti lura dak li huwa ta' dawn il-persuni? Nassumi li sal-lum il-persuni ( vatable persons ) li huma indagati għax involuti fl-allegat frodi huma identifikati u għalhekk id-dipartiment, jista' juża diskrezjoni prudenti u jerġa' jagħti lura ir- refunds fejn dovuti? Jifhem il-Ministru li fiċ-ċirkustanzi ħafna negozji għandhom nuqqas ta' cashflow li taffetwa negativament in-negozji tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Magni tal-logħob fil-casinos

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8431, 8276, 8118, 7523, 7294, 6957 u 6692 u jgħid għal kemm tammonta ċ-ċifra totali li l-Gvern idaħħal kull sena mill-magni tal-logħob li hemm allokati fl-erba' casinos li hawn f'Malta, jiġifieri gaming tax, income tax fuq il-kumpanniji, taxxi fuq il-qligħ, kontribuzzjonijiet soċjali ta' l-impjegati eċċ.? Kemm-il persuna jimpjegaw l-erba' casinos f'pajjiżna? Jikkonferma li hawn madwar 12,000 magna tal-logħob simili għal dawk li hemm fil-casinos imxerrdin fi ħwienet tal-logħob li qegħdin jinbtu f'kull belt u raħal ta' Malta? Il-kondizzjonijiet għall-permessi għall-ftuħ ta' casinos f'pajjiżna jinkludu sbarrament ta' l-età, biex wieħed jidħol u jilgħab irid ikun għalaq 25 sena, self barring li jorbot għall-casinos kollha, skrutinju dettaljat tal-flejjes li jidħlu u joħorġu kif ukoll preżenza ta' uffiċjali responsabbli għas-setturi tal-gambling, taxxa, eċċ. Jista' jispjega jekk l-operaturi ta' dawn il-magni tal-logħob (mhux casinos) għandhomx l-istess regolamenti?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità — direttivi l-ġodda dwar vetturi għall-persuni b’diżabilità

Question

In vista tal-fatt li l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità ġiet rappurtata li tinsab preokkupata bid-direttivi l-ġodda dwar sussidji u eżenzjonijiet ta’ vetturi għall-persuni b’diżabilità li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena u dan peress li llum bid-direttivi l-ġodda, l-liċenzja tal-vetturi hi bla ħlas għall-ewwel ħames snin mis-sena li fiha l-vettura tkun ġiet manifatturata u fis-sitt sena l-ħlas tal-liċenzja jkun ta’ 50% għal vetturi li jaħdmu bil-petrol sa 180g/km C02 emissions u vetturi li jaħdmu bid-diesel sa 150g/km C02 emissions (minbarra vetturi li diġà għandhom bħalissa persuni b’diżabilità jew nies oħrajn li jikkwalifikaw); jista' il-Ministru jiddikjara jekk huwiex se jilqa' għal dan it-tħassib u jimplimenta tibdil fil-politika (policy) tal-Gvern dwar dan?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Taxxa ta' reġistrazzjoni fuq vettura — kwestjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8033, tenut kont tal-fatt li r-residenza uffiċjali lil din il-persuna ingħatat fis-26 ta' Novembru 2008 (ara kopja ta' l-ID card), tenut kont ukoll li l-vettura inġiebet Malta wara l-1 ta' Lulju 2008 (Dok B), tenut kont li din il-persuna diġà applikat u tat diversi dokumentazzjoni u tenut kont ukoll li l-istess persuna ingħatat risposta li bir-rispett kollu ma tagħmel sens ta' xejn la jekk taqraha u lanqas mil-lat legali (Dok C) u tenut kont li din il-persuna ċittadin membru ta' Stat fl-Unjoni Ewropea, li qiegħda Malta, tħallas it-taxxi u taħdem bi qliegħ, ilha tirsisti biex il-karozza li dejjem kellha tkun tista' tirreġistraha Malta għal dawn l-aħħar tliet xhur, jista' l-Ministru jidħol f'dan il-każ u jispjega b'mod ċar x'irid isir f'dan il-każ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.