Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għal Triq San Guzepp, Zabbar (minn kantuniera ma' Triq Villabate saż-Żejtun) li tinsab fi stat tant disażtruż li ħafna karozzi ma jistgħux jużawiex? Jista' jgħid x'inhi l-opinjoni ta' l-ADT jekk din il-parti tat-triq tistax tintuża bħala bypass għat-traffiku li jkun ġej jew sejjer lejn Wied il-Għajn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ Dwar it-Trasport ser tagħmel xogħlijiet ta manutenzjoni għat-titjib ta’ Triq San Gużepp sabiex din tkun tista’ tintuza għal immaniġjar tat-traffiku waqt il-bini mill-ġdid ta’ Marsaskala bypass, (Triq Villabate/Latmija/Sant Antnin).
Din it-triq ma tistax tintuza bħala by-pass għat-traffiku li jkun sejjer Wied il-Għajn qabel ma jsir it-titjib meħtieġ skond il-proposta kif indikata fil-pjan lokali għan-nofsinhar ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk l-impjegati li kienu ġew trasferiti mid-dipartiment tal-gvern għall-Bord ta' l-Elettriku ta' Malta u mbagħad għall-Korporazzjoni Enemalta, li ħadu l-pensjoni (preferibbilment sena sena) skond it-termini ta' l-Ordinanza tal-Pensjoni XVII ta' l-1937 u l-emendi sussegwenti tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
In-numru ta’ dawk l-impjegati li kienu ġew trasferiti mid-dipartiment tal-gvern għall-Bord ta’ l-Elettriku ta’ Malta kien erbgħa mija u tmienja u tletin (438) u minn dawn mitejn u sitta u sebgħin (276) għaddew għall-Korporazzjoni Enemalta.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi n-numru ta’ persuni li ħadu l-pensjoni skond it-termini ta' l-ordinanza tal-Pensjoni XVII ta' l-1937.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fil-bus terminus ta' Bugibba/Qawra jkun hemm faċilitajiet sanitarji biex fihom ikunu jistgħu jinqdew ix-xufiera u l-passiġġieri li jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet?
Jista' l-Ministru jara li l-bracket li jinsab mal-gallerija tal-fond, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jitneħħa mill-EneMalta minnufih mingħajr aktar dewmien u dan peress li apparti li qed jinvadi l-proprjeta ta' terzi persuni, qed ikun ta' periklu għalihom u għat-tfal tagħhom li jkunu fl-istess gallerija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol biex jitneħħa xi periklu li kien hemm minħabba 'bracket' ta' l-Enemalta, sar diġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru globali ta' każijiet fl-ewwel 4 xhur tas-sena fejn ġiet sospiża l-provvista tad-dawl, f'Malta u Għawdex separatament u lokal b'lokal? Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' stabilimenti kummerċjali milquta globalment?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fl-ewwel 4 xhur tas-sena, kien hemm 515-il każ ta' sospensjoni tal-provista tad-dawl, 503-il każ f'Malta u 12-il każ f'Għawdex. In-numru ta' stabbilimenti kummerċjali milquta b'dawn is-sospensjonijiet kien ta' 62.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi li juru l-lokalitajiet u kif ġew milquta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' operaturi ta' l-opri tal-baħar li huma awtoriżżati mill-MMA biex jaħdmu mill-inħawi ta' San Pawl il-Baħar,Mellieħa u Mġarr rispettivament?
Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar x'tip ta' opri tal-baħar huma awtoriżżati li jħaddmu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-operaturi li huma liċenzjati bħala watersports operators u li jaħdmu mill-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Mġarr huma dawn:
San Pawl il-Baħar 3
Mellieħa 7 (wieħed minn dawn huwa
fun park
)
Mġarr Nil
Hemm ukoll operaturi li jaħdmu minn lokalitajiet viċin San Pawl il-Baħar li huma:
Buġibba 2
Qawra 4
Dawn l-operaturi joperaw dgħajjes bla magni bħal
canoes
u
paddle boats
, kif ukoll dgħajjes bil-magni eż:
speed boats, jet skis
.
L-Awtorita’ Marittima hija responsabbli wkoll mill-ħruġ ta’
Commercial Vessel Certificate (CVC)
għal 176 il-bastiment li joperaw
cruises
għall-passiġġieri. Dawn it-tip ta’ liċenzji/ċertifikati ma jispeċifikawx il-lokalita’ minn fejn l-operatur għandu jopera.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm ipproduċa kilowatts ta' dawl fis-sena mill-power stationstal-Marsa u ta' Marsaxlokk (Bengħajsa)? Kemm minnu jintuża għall-użu pubbliku? Kemm jintuża għall-użu privat? Kemm minnu jiġi moħli minħabba ħsarat jew għal xi raġuni oħra? Kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal Kamra tabella li turi l-ammonti ta units ta’ elettriku iġġenerati mill-power stations tal-Marsa u ta’ Delimara fis-sena 2005, 2006 u 2007.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm ipproduċa litri ta' ilma tal-vit fis-sena? Kemm minnu jintuża għal użu pubbliku? Kemm minnu jintuża għal użu privat? Kemm minnu jiġi moħli minħabba ħsarat jew għal xi raġuni oħra, kemm f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-produzzjoni totali tal-ilma mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena li għaddiet (2007) laħqet iċ-ċifri ta’ 28,071,961m3 f’Malta u 2,727,572m3 f’Għawdex.
Jekk l-Onorevoli Interpellant jista’ jikkjarifika x'irid ifisser b'użu pubbliku u dak privat, inkun nista' nwieġbu għal din il-parti tal-mistoqsija wkoll.
Jista' l-Ministru jieħu passi meħtieġa permezz ta' l-ADT li jara li fil-bus stops fil-Mosta, kemm fil-pjazza ewlenija kif ukoll fi Triq il-Kungress Ewkaristiku, Triq il-Kostituzzjoni u Vjal l-Indipendenza jkollhom numri tar-rottot rispettivament għal kull bus stop? Jidher li hemm nuqqas ta' informazzjoni kemm għal Maltin kif ukoll għat-turisti li qed isibuha diffiċli liema bus stop se jużaw.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fi Triq il-Kostituzzjoni diġa hemm żewg
bus shelters
tal-kumpannija Faces Ltd. li fuqhom hemm informazzjoni għall-passiġġieri, li tinkludi n-numri tar-rotot, toroq minn fejn jagħaddu, kif ukoll ħinijiet.
Għar-rigward tal-
bus stops
li hemm fit-toroq kollha msemmija, l-ADT ser tiegħu ħsieb tordna “
flag type
”
bus stops
li jkunu juru n-numri tar-rotot rispettivi.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex id-dwal taż-żewġ pelican lights fix-Xemxija jiġu mixgħula kemm jista' jkun malajr? Jista' fl-istess ħin jara wkoll li jiġu nstallati pelican lights fin-naħa t'isfel ta' l-istess telgħa, fejn kienu maħsuba li jsiru skond ix-xogħol li sar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-pelican lights tal-crossing li tinsab fit-telgħa tax-Xemxija ħdejn il-knisja qiegħda tixgħel u tiffunzjona.
Dwar iż-żewġ
crossings
li jinsabu waħda f’nofs it-telgħa tax-Xemxija u l-oħra fil-parti t’isfel qabel il-kisra, x-xogħlijiet kollha neċessarji min-naħa ta’ l-NID huma lesti u saru wkoll il-ħlasijiet lill-MSD biex ikunu jistgħu jikkonnettjaw u jixegħlu dawn il-lights.
Dwar il-
pelican crossing
li hemm maħsuba biex jiġu nstallati kantuniera ma’ Triq ir-Ridott, l-NID ħejja l-pjanti u l-istimi meħtieġa u x-xogħol għandu jsir aktar ‘il quddiem matul din is-sena.
Jista' l-Ministru jivverfika jekk il-Belgravia Auction Gallery, f'Main Street, St Julians għandu xi reserved parking jew loading/unloading bay għalih biss. U jekk fl-affermattiv, b'liema kriterji dan għandu d-dritt u ħwienet oħra le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima ghall-Immaniġġjar tat-Traffiku rriżulta li ma hemm l-ebda talba w lanqas approvazzjoni għal loading and unloading jew reserved għal Belgravia Auction Gallery li jinstab f’Main Street.
Izda fil-post hemm parkeġġ ta’ sitt metri tul riservat għall-persuni b’dizabbilità li ġie approvat fil-15 ta’ Ġunju 2004 mill-Bord għall-Parkeġġ Riservat għall-Persuni b’Disabilita’.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet l-ispiża biex sar culvert f'Pembroke fi Triq il-Beatu Dun Ġorġ Preca li jagħti għal Triq Salvatore Castaldi u spiċċa jfur fit-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-culvert imsemmi, fil-verita’ huwa extension tal-overflow tal-ilma tax-xita tal-bini tal-housing li jinsab fi Triq Dun Ġorġ Preca. Dan kellu jsir minħabba li meta nbnew id-djar f’din l-istess triq l-overflow tal-bejt tqiegħed taħt il-livell tat-triq u għaldaqstant din l-extension kienet l-unika soluzzjoni possibli biex jinħareġ l-ilma fit-triq. Dan ix-xogħol kien parti minn period contract li sewa madwar €150,000.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ADT hiex ser iżżomm il-konsulenti barranin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Board il-ġdid tad-Direttorat tat-toroq se jkun qed jirrevedi il-kuntratt tal-GTZ (konsulenti barranin). Dan il-kuntratt uffiċjalment jiskadi f'Diċembru 2008.
Billi xi xhur ilu ġew installati monitoring cameras f'numru ta' lokalitajiet, waħda minnhom fl-inħawi tal-bajja ta' Buġibba (ħdejn il-breakwater), jista' l-Ministru jara li din il-camera tintuża biex jitwaqqfu l-abbużi minn numru żgħir ta' operaturi li qed jikkawżaw problemi għal operaturi oħrajn, u għal sidien tad-dgħajjes privati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-monitoring camera li twaħħlet fejn indika l-Onorevoli Interpellant fil-fatt hija ntiża sabiex, fost affarijiet oħra, issir sorveljanza fuq l-operaturi msemmija.
Peress li tħabbar li l-Gvern beħsiebu jipprivatizza l-marinas kollha sa l-aħħar ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid jekk wara li jintemm dan il-proċess hux se jitħalla li jsir sajd minn dilettanti, kif qed isir illum, fuq il-moll bejn l-istabbilimenti Mamma Mia u Black Pearl?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li iva, se jitħalla jsir said minn dilettanti, kif qed isir illum, fuq il-moll bejn l-istabilimenti Mamma Mia u Black Pearl.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-progett ta' Footway Bridge f Triq is-Sebħ, f'Ħal Qormi u jekk l-ADT sabitx soluzzjoni għall-problema ta' nuqqas ta' faċilitajiet għall-pedestrians f'din il-parti tat-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-permessi min-naħa tal-MEPA għal dawn ix-xogħolijiet għadhom ma ħarġux.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 229, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sarux stimi tax-xogħolijiet kollha inkluż dawk tas-servizzi li huma meħtieġa fit-toroq kollha ta' Santa Marija Estate?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol f'din l-
area
?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li stimi nklużi dawk tas-servizzi saru għal kull waħda mid-dsatax-il triq li jridu jsiru. Bħalissa hemm talba pendenti biex jkunu approvati ċertu ammont ta’ varjazzjonijiet fix-xogħlijiet tas-servizzi li rriżultaw neċessarji waqt li kienu għaddejjin ix-xogħlijiet. Ix-xogħol kollu huwa smat li jitlesta bejn sitta u tmien xhur oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 823 u 632 li saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, u issa qed jiġu riferuti lilu, u jgħid x'policy se tkun qed tadotta l-ADT rigward l-għoti ta' materjal sabiex sqaqien u passaġġi f'raba' jkunu aktar aċċessibbli?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-present l-ADT għad m'għandiex 'policy' dwar dak li staqsa l-Onor Interpellant. Qed nagħti direzzjoni lill-ADT biex tevalwa fid-dettal din il-materja.