Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pont Manwel Dimech

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex ir-rapport li kellu jsir mill-ADT dwar dak li seta' tefa' l-proġett tal-pont Manwel Dimech lura fit-tlestija tiegħu u jekk ir-rapport huwa lest, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qormi — Toroq arterjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux qed issir żebgħa b'mod regolari fit-toroq arterjali bħalissa, fosthom fi Triq l-Imdina f'Hal Qormi? Jaf li f'dawn il-ġranet kien hemm inċident serju minħabba li ttajret persuna fuq pedestrian crossing fi Triq l-Imdina, Qormi li ma kenitx miżbugħa mill-ADT?

Response (GATT, AUSTIN)

Napprezza jekk l-Onor Interpellant jispjega kif issir żebgħa fit-toroq.

Ħemsija — Dawl tat-Triq RRanġat

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex id-dawl tat-triq bejn Ta' Ħemsija u r-roundabout Rabat/Attard/Żebbuġ li ilu maqtugħ diversi ġimgħat jiġi rranġat għaliex bil-lejl qed ikun ta' periklu kbir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1229 u ċioe': Peress li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma żammitx mal-ftehim ta' ħlas bin-nifs tal-kont ta' l-ilma u d-dawl u issa ġiet imwissija li se jaqtgħulha s-servizz, jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex tingħata ċans ieħor u tibda tħallas regolarment u ma jaqtgħulhiex is-servizz għax qed issibha diffiċli tlaħħaq ma' l-ispejjeż tal-ħajja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onorevoli Interpellant ingħatat l-opportunita fit-18 ta’ Ġunju biex tagħmel ftehim ieħor biex tkun tista tibda tħallas għas-servizzi tad-dawl u ilma. Dan il-ftehim intlaħaq u huwa iffirmat.

Pembroke — Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1232 u jgħid x'servizz ta' trasport pubbliku għandhom bħalissa r-residenti ta' Pembroke u minn liema rotta jgħaddu, għax qed jasluli ilmenti minn ċerti naħat li m'humiex moqdija adegwatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-residenti ta’ Pembroke huma moqdija bis-servizzi tar-Rotta 66 li f’ ċertu ħinijiet tal-ġurnata tinħadem bin-numru tar-Rotta 671. Infurmat ukoll li r-Rotta 66 li taħdem fuq bażi ċirkulari titlaq mill-Belt u tgħaddi rotta normali lejn tas-Sliema, tasal fi Triq St. Andrews imbagħad titla’ għall-Pembroke billi tgħaddi minn Triq Normandy, Triq Almein, Triq Anzac, Triq Madre de Brincat, Triq Gabriele Henin, Triq il-Mediterran u terġa’ toħroġ lejn Paceville, tas-Sliema u tkompli bir-rotta normali lejn il-Belt Valletta.

Mosta — Triq Ortolan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1000 u jagħti time frame ta' meta sejjer jibda x-xogħol fuq Triq l-Ortolan, il-Mosta, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsarat fil-vetturi tar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirrefri l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Mosta — Triq Ta' Mlit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1001 u jagħti time frame meta sejjer jibda x-xogħol ta' asfalt fi Triq Ta' Mlit, fil-Mosta li tinstab wara l-ground tal-football, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħsarat fil-vetturi tar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Vetturi li Jdaħħnu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati nies permezz ta' l-sms għax kellhom il-vettura tagħhom iddaħħan bejn Jannar u Diċembru 2007? Kemm min dawk li kienu rrappurtati fil-fatt kellhom il-vettura veru qed iddaħħan u kemm kienu rapporti foloz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Triq bejn Mosta u Lija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta l-ADT għandha l-ħsieb li tagħmel l-investiment neċessarju biex it-triq prinċipali bejn il-Mosta u Lija tiġi maqlugħa u magħmula mill-ġdid? B'mod partikolari, anke qabel isir dan ix-xogħol infrastrutturali ta' entita' kbira, jista' jara li jsiru xogħlijiet marbuta mat-traffic flow fl-inħawi ta' Birkirkara, Lija u Iklin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-qlugħ mill-ġdid mhux kunsidrat bħala prijorita'.

WSC — Tiswija ta' toroq

Question

Billi fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Bugibba u l-Qawra diversi drabi sar xogħol mill-WSC f'numru ta' toroq, liema xogħol ħalla ħafna ħsarat, jista' l-Ministru jara li l-istess koperazzjoni tagħmel it-tiswijiet neċessarji b'mod xieraq u skond is-sena? Tista' l-koperazzjoni tara li ssir din it-tiswija b'mod prattiku fi Triq il-Qalb ta' Ġesu' u Triq San Gorg li għandhom ħafna ħsara minħabba x-xogħol tal-WSC?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qiegħda f’kuntatt mal-Awtorita’ Dwar it-Trasport biex tkun din tal-aħħar li tagħmel il-wiċċ tat-toroq wara li dawn jitħaffru mill-ħaddiema tal-KSI. Dan għaliex l-ADT hi ferm iktar esperta f’dan il-qasam milli hi l-KSI. Sadanittant, il-KSI se tara l-ilment partikolari tal-Onorevoli interpellant dwar Triq il-Qalb ta' Ġesu' u Triq San Ġorġ biex isiru t-tiswijiet neċessarji mill-aktar fis possibbli.

Informazzjoni — MEPAmingħand ADT

Question

Jista' l-Ministru jassigura li informazzjoni li l-MEPA qed tistenna mingħand l-ADT rigward linja ta' parti minn Mdina Road (eżattament minn fejn ir-roundabout ta' Srina se fejn jiżbokka Sqaq il-Qenċ, Ħaż Żebbuġ) tingħata kemm jista' jkun malajr?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dalwaqt isiru taħditiet apposta fuq dan is-suġġett mall- MEPA biex din il-problema tkun megħluba fl-iqsar żmien possibli.

Karozzi tal-Linja għall-Mater Dei

Question

Peress li kien hemm diversi lamenteli minn Għawdxin li fil-għodu ċ-Ċirkewwa mhux qed isibu l-karozza tal-linja għal Mater Dei biex imorru għall-appuntamenti tagħhom fl-isptar, jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi riżolta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat lil-Awtorita' Dwar it-Trasport ta' Malta qatt ma rċeviet ilmenti f'dan ir-rigward. Għaldaqstant' l-Onor. Interpellanta hija mitluba tindika jekk dawn l-ilmenti jirreferux għal xi hinijiet partikulari. Fil-preżent il-ħinijiet tar-Rotta 450 li titlaq miċ-Ċirkewwa lejn l-Isptar Mater Dei huma kif ġejjin: 06:30 u mbagħad mis-07:00 sas-19:00 kull siegħa.

Aċċess għal garage

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex jiġi mogħti lilha aċċess effettiv għal garage mibni lilha mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Enemalta — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1194 u jgħid kemm kien id-dħul totali fl-Enemalta kull sena mis-sena 2000 sa l-2007? Kemm kienet l-ispiża totali (pagi, kapitali, manutenzjoni, tiswija etc) ta' l-Enemalta fl-istess żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fuel u gas

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1195 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' fuel u gas li mporta l-Gvern mis-sena 2000 sa l-2007 sena b'sena? Kemm daħħal mill-bejgħ tiegħu sena b'sena? Kemm minn dan il-bejgħ kien jinvolvi taxxa, kemm surcharge u kemm VAT sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Households

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1196 u jgħid kemm hemm households f'Malta u Għawdex? Kemm hemm households f'Malta u Għawdex li ma jħallsux surcharge? Kemm kien l-ammont totali ta' surcharge li daħħal il-Gvern 2007?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom 'il fuq minn 65 sena li għandhom liċenzja tas-sewqan? Jista' jagħti statistika separata għall-irġiel u n-nisa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm total ta' 18,807 li għandhom 'il fuq minn 65 sena li għandhom liċenzja tas-sewqan. Din il-figura magħmula minn 3164 nisa u 15,643 irġiel liċenzjati.

ATP — Liċenzji tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku biex tassigura li dawk li għandhom fil-pussess tagħhom liċenzja tas-sewqan ikunu fiżikament u mentalment kapaċi jsuqu l-vettura tagħhom mingħajr periklu? Jista' jgħid jekk hux qed isiru testijiet mediċi per eżempju tal-vista b'mod partikolari fuq persuni anzjani?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.