Jista' l-Ministru jgħid jekk sal-lum sarx qbid ta' sigaretti u ta' affarijiet oħra mid-Dwana li kienu ddaħħlu jew se jiddaħħlu Malta u li fuqhom ma kienx tħallas jew se jitħallas dazju eċċ.? F'kull każ jista' l-Ministru jgħid jekk l-affarijiet maqbuda kienux għas-suq lokali jew biex jerġgħu jkunu esportati għal swieq oħra jew trasbord? F'kull każ x'kien l-ammont ta' taxxa dovuta lill-Gvern Malti jew lill-Unjoni Ewropeja (bħalma kien l-aħħar każ)? Kif dan il-qbid jippagaruna ma' qbid ieħor f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7972 u jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-investigazjoni dwar l-allegat frodi fl-uffiċċju tal-VAT?
Jista' jgħid kemm huwa l-ammont ta' fondi iffrodati lill-Gvern u t-
taxpayer
?
Peress li l-gvern waqqaf ir-
refunds
dovuti lil persuni
bona fide
li huma intitolati għal dawn ir-
refunds,
jista' il-gvern jgħid meta ser jibda jagħti lura dak li huwa ta' dawn il-persuni? Nassumi li sal-lum il-persuni (
vatable persons
) li huma indagati għax involuti fl-allegat frodi huma identifikati u għalhekk id-dipartiment, jista' juża diskrezjoni prudenti u jerġa' jagħti lura ir-
refunds
fejn dovuti?
Jifhem il-Ministru li fiċ-ċirkustanzi ħafna negozji għandhom nuqqas ta'
cashflow
li taffetwa negativament in-negozji tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-investigazzjoni dwar l-allegat frodi fid- Dipartiment tal-VAT għadha sejra u għadna qed nistennew ir-riżultat. Għaldaqstant m’inix f’pożizzjoni li nagħti aktar dettalji.
Rigward ir-
refunds
dovuti lill-persuni
bona fide
dawn ma twaqqfux imma sar proċess biex jiġu iċċekkjati u twarrbu dawk li dehru li jimmeritahom aktar investigazzjoni. Fil-fatt ir-
refunds
qed jerġgħu jibdew joħorġu b’mod regolari.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8033, tenut kont tal-fatt li r-residenza uffiċjali lil din il-persuna ingħatat fis-26 ta' Novembru 2008 (ara kopja ta' l-ID card), tenut kont ukoll li l-vettura inġiebet Malta wara l-1 ta' Lulju 2008 (Dok B), tenut kont li din il-persuna diġà applikat u tat diversi dokumentazzjoni u tenut kont ukoll li l-istess persuna ingħatat risposta li bir-rispett kollu ma tagħmel sens ta' xejn la jekk taqraha u lanqas mil-lat legali (Dok C) u tenut kont li din il-persuna ċittadin membru ta' Stat fl-Unjoni Ewropea, li qiegħda Malta, tħallas it-taxxi u taħdem bi qliegħ, ilha tirsisti biex il-karozza li dejjem kellha tkun tista' tirreġistraha Malta għal dawn l-aħħar tliet xhur, jista' l-Ministru jidħol f'dan il-każ u jispjega b'mod ċar x'irid isir f'dan il-każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-data fuq l-ID card hija d-data li minnha tibda tiswa’ (tkun valida) dak id-dokument, jew aħjar id-data li fiha l-persuna tkun marret biex tagħmel id-dokument. Dan fl-ebda mument ma jindika d-data ta’ meta l-persuna filfatt tkun ġiet toqgħod permanentament ġewwa Malta. Tant hu hekk illi kif spjega l-Onor. Interpellant stess fil-mistoqsija parlamentari 8033, din il-persuna ġiet toqgħod permanentament ġewwa Malta f’Ottubru 2008.
Id-data indikata qabel, dik ta’ l-1 ta’ Lulju, hija d-data li toħroġ mill fatt li sas-sena l-oħra, persuna tista tkun ġiet Malta bħala turist għal perjodu ta’ sitt xhur mingħajr ma jkollha ebda obbligu ta’ reġistrazzjoni. Kien għalhekk li l-Gvern iddeċieda li min kien Malta, anke f’dak iż-żmien (sitt xhur mill-aħħar tas-sena), seta jkun intitolat għall-din l-eżenzjoni. Dan ma jfissirx li persuna li bejn l-1 ta’ Lulju u 3 ta’ Novembru tkun ġiet Malta b’mod permanenti tkun intitolata għall eżenzjoni awtomatikament. Il-persuna xorta waħda trid turi li għalkemm kienet Malta qabel it-3 ta’ Novembru, hi permanentament baqgħet toqgħod f’Malta wara dik id-data. F’dan il-każ partikolari, mid-dokumenti li l-persuna ipproduċiet, kif ukoll kif iddikjara l-Onor. Interpellant, l-applikant sar resident permanenti f’Malta f’Ottubru 2008.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar kemm kien kull sena l-ammont ta' rebħ mil-lottu jew minn logħob ieħor, kull sena mill-2005 sal-lum li fil-fatt baqa' ma ġiex claimed minn dawk li jkunu rebħu dawn il-flus?
Jista' jagħti indikazzjoni dwar kif jintużaw dawn il-fondi mhux meħuda?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ premjijiet fi flus li ma ġewx miġbura mill-lottu jew logħob ieħor mill-2005 kienu dawn li ġejjin: 2005 - €978,508.01; 2006 - €643,346,45; 2007 - €707,094,25; 2008 - €991,812.22. Dawn l-ammonti ġew akkreditati fil-Fond ta’ riserva għall-Premjijiet mhux mitluba u sussegwement fil-Fond tal-Kawżi Ġusti. Għal dawk li huma figuri ta’ l-2009 nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba parlamentari numru 8489.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx xi żona partikulari fejn Maltin li għandhom caravans u barranin li jiġu f'pajjiżna b'caravans ikunu jistgħu jikkampjaw għal ftit jiem mingħajr il-ħtieġa li jħallsu lil xi sid privat? Jekk fl-affermattiv, jista' jindika fejn? Jekk fin-negattiv, jista' jindika jekk il-Gvern għandux ħsieb li jaħseb f'żona għal dan l-użu fid-dawl tal-fatt li dawn it-tip ta' siti għall-kampeġġ qed jiżdiedu bil-bosta f'pajjiżi oħra għal skop ta' turiżmu intern u dak li jiġi minn barra l-pajjiż?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern ma teżisti l-ebda reġistrazzjoni ta’ art bi skop biex tintuża bħala caravan site.
Madanakollu, l-Kummissarju tal-Artijiet wasal fl-aħħar fażijiet biex jiffirma ftehim temporanju għal perjodu tas-sajf għall-użu ta’ sit f’Baħar iċ-Ċagħaq biex ikun jista’ jintuża bħala
caravan site
.
Għat-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8652 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8033, tenut kont tal-fatt li r-residenza uffiċjali lil din il-persuna ingħatat fis-26 ta' Novembru 2008 (ara kopja ta' l-ID card), tenut kont ukoll li l-vettura inġiebet Malta wara l-1 ta' Lulju 2008 (Dok B), tenut kont li din il-persuna diġà applikat u tat diversi dokumentazzjoni u tenut kont ukoll li l-istess persuna ingħatat risposta li bir-rispett kollu ma tagħmel sens ta' xejn la jekk taqraha u lanqas mil-lat legali (Dok C) u tenut kont li din il-persuna ċittadin membru ta' Stat fl-Unjoni Ewropea, li qiegħda Malta, tħallas it-taxxi u taħdem bi qliegħ, ilha tirsisti biex il-karozza li dejjem kellha tkun tista' tirreġistraha Malta għal dawn l-aħħar tliet xhur, jista' l-Ministru jidħol f'dan il-każ u jispjega b'mod ċar x'irid isir f'dan il-każ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8652.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8613 u jgħid f’liema stadju waslet l-investigazjoni dwar l-allegat frodi fl-uffiċċju tal-VAT? Jista' jgħid kemm huwa l-ammont ta' fondi iffrodati lill-Gvern u t-taxpayer? Peress li l-gvern waqqaf ir-refunds dovuti lil persuni bona fide li huma intitolati għal dawn ir-refunds, jista' il-gvern jgħid meta ser jibda jagħti lura dak li huwa ta' dawn il-persuni? Nassumi li sal-lum il-persuni (vatable persons) li huma indagati għax involuti fl-allegat frodi huma identifikati u għalhekk id-dipartiment, jista' juża diskrezjoni prudenti u jerġa' jagħti lura ir-refunds fejn dovuti? Jifhem il-Ministru li fiċ-ċirkustanzi ħafna negozji għandhom nuqqas ta' cashflow li taffetwa negativament in-negozji tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8613.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jew kumpanniji li huma reġistrati li suppost jiġbru jew iħallsu l-eko taxxa lill-Gvern? Jista’ jgħid x’kontroll jagħmel id-dipartiment konċernat ħalli jassigura li ma jsirux abbużi? Kemm inqabdu dawk li suppost kienu qed jiġbri l-eko taxxa iżda ma kinux reġistrati minn meta ddaħħlet din it-taxxa sal-lum? Isiru spezzjonijiet? Jekk fl-affermattiv kemm hemm persuni inkarigati minn dan ix-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’kien il-kontribut għall-Prodott Gross Domestiku nazzjonali f’termini assoluti u bħala perċentwali tal-Prodott Gross Domestiku totali tal-intrapriżi l-kbar kollha f’Malta li jħaddmu minn 250 ħaddiem ‘il fuq?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritlux xi rakkmandazzjoni li ġejja mill-Kumitat Reġjonali għal Għawdex fi ħdan il-MCESD dwar statistika reġjonali għal Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq din ir-rakkmandazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir xogħol fil-ġbir ta’ statistika fuq bażi reġjonali. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika ser jippubblika news release dwar dan is-suġġett fil-ġimgħat li ġejjin.
Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità — direttivi l-ġodda dwar vetturi għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8817 u 8640 u cioè: In vista tal-fatt li l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità ġiet rappurtata li tinsab preokkupata bid-direttivi l-ġodda dwar sussidji u eżenzjonijiet ta’ vetturi għall-persuni b’diżabilità li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena u dan peress li llum bid-direttivi l-ġodda, l-liċenzja tal-vetturi hi bla ħlas għall-ewwel ħames snin mis-sena li fiha l-vettura tkun ġiet manifatturata u fis-sitt sena l-ħlas tal-liċenzja jkun ta’ 50% għal vetturi li jaħdmu bil-petrol sa 180g/km C02 emissions u vetturi li jaħdmu bid-diesel sa 150g/km C02 emissions (minbarra vetturi li diġà għandhom bħalissa persuni b’diżabilità jew nies oħrajn li jikkwalifikaw); jista' il-Ministru jiddikjara jekk huwiex se jilqa' għal dan it-tħassib u jimplimenta tibdil fil-politika (policy) tal-Gvern dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8818 u 8652 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8033, tenut kont tal-fatt li r-residenza uffiċjali lil din il-persuna ingħatat fis-26 ta' Novembru 2008 (ara kopja ta' l-ID card), tenut kont ukoll li l-vettura inġiebet Malta wara l-1 ta' Lulju 2008 (Dok B), tenut kont li din il-persuna diġà applikat u tat diversi dokumentazzjoni u tenut kont ukoll li l-istess persuna ingħatat risposta li bir-rispett kollu ma tagħmel sens ta' xejn la jekk taqraha u lanqas mil-lat legali (Dok C) u tenut kont li din il-persuna ċittadin membru ta' Stat fl-Unjoni Ewropea, li qiegħda Malta, tħallas it-taxxi u taħdem bi qliegħ, ilha tirsisti biex il-karozza li dejjem kellha tkun tista' tirreġistraha Malta għal dawn l-aħħar tliet xhur, jista' l-Ministru jidħol f'dan il-każ u jispjega b'mod ċar x'irid isir f'dan il-każ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8652.
Jista l-Ministru jgħid kemm kienu s-salary scales u żidiet fil-pagi fl-aħħar tliet snin tal-ħaddiema kollha kull grad separatament ta' l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-rata ta' inflazzjoni għas-snin 2006, 2007 u 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-rati ta’ l-inflazzjoni fis-snin 2006, 2007 u 2008 kienu 2.77 fil-mija, 1.25 fil-mija u 4.26 fil-mija rispettivament.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8833, 8637, 8431, 8276, 8118, 7523, 7294, 6957 u 6692 u jgħid għal kemm tammonta ċ-ċifra totali li l-Gvern idaħħal kull sena mill-magni tal-logħob li hemm allokati fl-erba' casinos li hawn f'Malta, jiġifieri gaming tax, income tax fuq il-kumpanniji, taxxi fuq il-qligħ, kontribuzzjonijiet soċjali ta' l-impjegati eċċ.? Kemm-il persuna jimpjegaw l-erba' casinos f'pajjiżna? Jikkonferma li hawn madwar 12,000 magna tal-logħob simili għal dawk li hemm fil-casinos imxerrdin fi ħwienet tal-logħob li qegħdin jinbtu f'kull belt u raħal ta' Malta? Il-kondizzjonijiet għall-permessi għall-ftuħ ta' casinos f'pajjiżna jinkludu sbarrament ta' l-età, biex wieħed jidħol u jilgħab irid ikun għalaq 25 sena, self barring li jorbot għall-casinos kollha, skrutinju dettaljat tal-flejjes li jidħlu u joħorġu kif ukoll preżenza ta' uffiċjali responsabbli għas-setturi tal-gambling, taxxa, eċċ. Jista' jispjega jekk l-operaturi ta' dawn il-magni tal-logħob (mhux casinos) għandhomx l-istess regolamenti?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Peress li fl-aħħar leġislatura l-Gvern żied it-taxxa tal-VAT minn 15% għal 18%, żieda ta' 20% għall-introjtu tal-Gvern minn fuq din it-taxxa li kellha tmur bħala nefqa addizzjonali għas-settur tas-saħħa, jista' l-Ministru jagħti rendikont sena b'sena sal-lum ta' kemm kienu l-ammonti ta' flus li iddaħħlu minn fuq din iż-żieda ta' 20%? Kemm minn dawn l-ammonti marru bħala ħlas addizzjonali fuq l-ispiża tas-saħħa sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8654 u 8381 u cioè: b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6920 jista' l-Ministru jgħid f'liema setturi jaħdmu t-895 immigrant li jħallsu l-bolla u taxxa u jaħdmu bi qliegħ? F'liema setturi jaħdmu ż-żewġ employers li kienu immigranti? Fuq liema kriterji dawn jibqgħu jissejħu immigranti irregolari?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet s'issa u biħsiebha tieħu l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji biex tipproteġi lill-klijenti tal-banek lokali li saret ħafna pressjoni fuqhom biex jinvestu f'perpetual bonds ta' banek barranin fosthom ir-Royal Bank of Scotland u meta l-klijenti kienu jistaqsu x'tip ta' bonds huma dawn il-perpetual bonds kienu jgħidulhom li dawn huma uħud mill-aħjar bonds li haw għax Triple A (AAA), likwidi ħafna u moħħok mistrieħ li flusek kollha fis-sod. Issa bil-kriżi finanzjarja li hawn ħarġet aħbar xokkanti għal ħafna nies li dawn kienu l-agħar tip ta' bonds li wieħed seta' jinvesti fihom għax l-hekk msejħa perpetual bonds kienu jitqiesu agħar minn preference shares tal-bank? Jikkonferma li matul Jannar 2009, bank ewlieni (Bank of Valletta) beda jċempel lill-klijenti tiegħu li hu stess kien tahom parir biex jixtru dawn it-tip ta' bonds biex jeħilsu minnhom għax se jiġu ma jiswew xejn? Veru li għal kull mitt euro li wieħed investa mhux żgur ser jieħu tnax-il euro lura u tgħidx kemm qed jintilfu eluf kbar ta' liri li ħafna nies tant batew biex faddlu? Ġust li dawn il-banek flokk tgħabbew huma bis-sogru ta' perpetual bonds bħal dawn, webblu lill-klijenti tagħhom biex huma jiġri x'jiġri jmorru minn fuq għax il-kummissjonijiet tagħhom jieħduhom xorta anki jekk jipperformjaw ħażin l-investimenti li dwarhom taw parir lill-klijenti tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta eżaminat u għada qegħda teżamina diversi allegazzjonijiet individwali ta’ prattika u attivitajiet li setgħu kienu ta’ ħsara għall-konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji u, fejn kien il-każ, ħadet dawk il-miżuri biex titwaqqaf jew tiġi rimedjata kull prattika li tinsab li kienet inġusta, jew ta’ dannu għall-konsumaturi. Kull każ jiġi eżaminat fuq il-merti tiegħu.
Sa issa ma jidhirx li min biegħ dawn il-prodotti lill-investituri f’Malta għamel dan bi ksur tal-liġi jew tar-regolamenti ta’ l-Awtorità. Izda l-Awtorità tkun lesta li, fejn u jekk jinstab li saret pressjoni eċċessiva dwar xi prodott partikulari jew jekk intermedjarju finanzjarju jinstab li biegħ prodotti mhux addattati għal xi investituri, dak l-intermedjarju jintalab jagħti rimedju.
Kif qal tajjeb l-Onorevoli Membru, uħud mill-aħjar bonds li kien hawn fis- suq, inklużi dawk li kienu rated Triple A (AAA), u li kienu likwidi ħafna, intlaqtu ħazin mill-kriżi finanzjarja. Dan il-fatt huwa wieħed ta’ natura straordinarja, u żgur mhux attritwibbli għal xi bank jew intermedjarju Malti. F’cirkustanzi bħal dawn, id-deċiżjoni dwar jekk prodott jiġix mifdi jew le, anke jekk b’telf, tittieħed dejjem mill-investitur, wara li jkun ħa l-parir ta’ l-intermedjarju finanzjarju tiegħu.
Kif mitluba mill-liġi, l-Awtorità, permezz tal-Manager ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi, se tkompli tinvestiga kull ilmenti mingħand konsumaturi privati li jinqalgħu minn jew b’konnessjoni ma’ xi operazjoni ta’ servizzi finanzjarji, inkluż investimenti bħal dawk li semma’ l-Onorevoli Membru.