Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — Xiri ta' żejt

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Enemalta diġa' daħlet għal kuntratti għax-xiri taż-żejt matul is-sena d-dieħla, bi prezzijiet li huma 40% irħas mill-prezz kurrenti taż-żejt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li il-Korporazzjoni Enemalta għandha xiri ta’ żejt bil-quddiem għas-sena 2009 huwa madwar 40% irħas mill-prezz internazzjonali kurrenti taż-żejt, iżda xorta għola mill-prezz taż-żejt li bħalissa trid tħallas l-Enemalta. Dan ikopri parti miż-żejt li jinxtara s-sena d-dieħla għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku u mhux ix-xiri kollu taż-żejt previst għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku għas-sena dieħla. Nieħu din l-okkazzjoni biex infakkar lill-Kamra li kontrarjament għal dak li qal il-Kap tal-Partit Laburista nhar il-Hadd li għadda: 1. li ma kienx għall-kuntratti simili li saru bejn tmien l-2007 u l-bidu tal-2008 is-surcharge illum suppost hi 160% u mhux 95% u ghalhekk u ovvju ghal min irid ikun ragonevoli li l-Gvern u l-Enemalta ħadmu b’mod għaqli hafna u ddefendew l-interessi tal-konsumaturi kemm setgħu; 2. kien biss minhabba xiri bil-għaqal mill-Enemalta u għaliex il-Gvern żied is-sussidju li s-surcharge setgħet tinzamm sa 95% u l-qabża min 50% tidher kbira għax il-Gvern għazel li min Awissu 2007 sa Gunju 2008 (11 il-xahar) iżomm is-surcharge stabbli; skond Dr Joe Musct kien ikun ahjar li ghollejna s-surcharge qabel biex b’hekk il-qabza ma tidhirx kbira! 3. is-social impact assessment li talab Dr Joe Muscat gie publikat mal-stqarrija relattiva; 4. Dr Joe Muscat messu jaf - għax ilha tiġi ripetuta s-snin – li s-surcharge hi maħduma biss fuq il-prezz attwali taż-żejt mixtri mill-Enemalta u fil-kalkolu ma jidħol xejn aktar – la kemm għandha haddiema l-Enemalta, la inefficenza u l-ebda ħaġa oħra; 5. il-Kap tal-Partit Laburista messu jaf ukoll li l-proċess tal-kalkolu tas-surcharge kien maqbull tliet snin ilu fl-MCESD u min dak in-nhar ma tbiddilx. Għalhekk ma kien hemm ebda raġuni ghaliex kellhom isiru diskussjonijiet ulterjuri la hu car li l-prezz taz-zejt li bih qed tixtri l-Enemalta llum hu għola min dak ta’ Lulju 2007; 6. rigward il-proposta ta’ Dr Joe Muscat tal-capping fuq it-taxxa tas-sisa għad-diesel kont nistenna li Dr Muscat bhala Ewro Parlamentari jaf li t-taxxa tas-sisa hi prezz fiss u mhux persentaġġ u allura l-Gvern ma jdaħħalx aktar flus f’taxxa għax jgħola l-prezz taz-zejt! 7. kont nistenna wkoll li Dr Joe Muscat jaf li l-Unjoni Ewropea timponi regoli kemm fuq il-livelli ta’ VAT kif ukoll SISA applikabbli; 8. li ghogbu jinsa jsemmi Dr Joe Muscat hu kif kien jaghmel hu biex josserva l-weghda li ghamel il-Kap ta’ qabli u jaqta s-surcharge bin-nofs, mizura li mill-elezzjoni sal-ahhar tas-sena – u bil-prezzijiet tal-lum biss – hi kalkolata li tiswa lill-pajjiz €79 miljun! Il-paroli zgur jiswew ħafna anqas miż-żejt!

Reverse Osmosis

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1411 u jgħid kemm huwa l-volum ta' l-ilma mill-impjanti tar-Reverse Osmosis li ma ġiex użat matul is-sena li għaddiet għax ma laħaqx il-livelli tan-normi aċċettabli? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda ilma mill-impjanti tar-Reverse Osmosis li ma ġiex użat għax ma laħaqx il-livelli tan-normi aċċettabbli fl-ebda sena dawn l-aħħar ħames snin.

ADT — Emission tests

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1191 u jgħid xi pjani għandu l-gvern biex jiżgura li l-ADT Emission Tests fuq il-karozzi tal-linja u l-karozzi privati ma jiksrux l-emission laws tal-pajjiż, kif ukoll biex flimkien ma' l-awtoritajiet konċernati jiżgura li jkun hemm enforcement xierqa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Emmissions Tests qegħdin isiru kemm b'Random Roadside Checks u kemm ukoll tests ta' l-Emmission li jsiru fuq rapporti ta' l-SMS Emmissions Campaign. Dawn l-emmissions tests isiru skond ir-Regolamenti dwar Testijiet biex jiċċertifikaw li vetturi bil-mutur huma tajba għat-triq. Barra minn dan infakkar lill-Onor. Interpellant li jien tajt struzzjonijiet lill-ADT biex tfittex mingħand l-Awtorita' dwar l-Istandards, pariri tekniċi dwar metodoloġiji t'infurzar ta' dawn ir-regolamenti aktar preċiżi minn dik li tintuża llum. Ninsab infurmat li l-MSA se tkun qed tagħti l-pariri tagħha fil-ġranet li ġejjin. Fuq struzzjonijiet tiegħi wkoll, l-Awtorita' wkoll qiegħda tirrevedi l-istruttura ta' l-Enforcement Officers biex dan il-Unit jissaħħaħ. Dan l-aħħar wkoll żdiedu inspections fuq il-VRT Stations.

Toroq residenzjali — Programm

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1389 u jgħid liema toroq tlestew minn dak il-programm ta' toroq residenzjali li kien ġie mwiegħed li se jitlesta sa l-aħħar ta' l-2008 mill-Ministru preċedenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Produzzjoni ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1327 u jgħid x'inhu l-cost ta' produzzjoni ta' ilma kull metru kubu: i) prodott permezz tar-reverse osmosis ii) imtella' mill-aquifer?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ispejjeż diretti għal kull metru kubu ta’ ilma illum huma dawn: Reverse Osmosis € 49`/m3 Boreholes € 13`/m3 Dawn jinkludu spejjeż tal-ħaddiema direttament relatati, spejjeż tal-manteniment, kimika u elettriku. Iżda jeskludu spejjeż kapitali u diprezzament.

WSC — Kanna ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha problemi fil-kanna ta' l-ilma ta' wara l-bieb li hija responsabilita' tal-WSC?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fuq l-informazzjoni tal-Onorevoli Interpellant, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma marret għand il-Konsumatur konċernat u sewwiet il-kanna tas-servizz tal-ilma, li kienet qed tqattar. Ta’ min igħid li l-Korporazzjoni ma kienet irċeviet l-ebda lment fuq il-każ għajr din il-mistoqsija parlamentari.

Ilma tax-Xorb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1447 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet rriferuta lilu u jgħid kemm hu l-livell ta' nitrati fl-ilma tax-xorb li jasal fid-djar skond is-sors, jiġifieri jekk jasalx unikament mill-aquifers jew jekk jitħallatx mill-ilma tar-reverse osmosis plants, skond ir-reġjun ta' distribuzzjoni ta' ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Surcharge

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1496 u jgħid kemm kien l-ammont ta' surcharge fuq il-konsum ta' l-elettriku miġbur mill-EneMalta matul is-sena 2007? Kemm kien is-surcharge fuq il-konsum ta' l-ilma miġbur mill-WSC għall-istess perijodu? Dan is-surcharge hu inkluż fid-dħul ordinarju tal-korporazzjonijiet rispettivi għas-sena 2007?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Santa Marija Estate — Triq il-Palm

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1357, jista' l-Ministru ġentilment jagħti indikazzjoni jew data ta' meta se jitkompla x-xogħol fuq din it-triq minħabba l-inkonvenjent li għaddejjin minnu r-residenti fl-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi x-xogħol fi Triq il-Palm mistenni jitkompla fil-ġranet li ġejjin.

Żwiġijiet Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żweġijiet li saru kull sena mill-1998 'l hawn u kemm minn dawn iż-żwiġijiet kienu żwiġijiet ċivili biss? Kemm kull sena miż-żweġijiet ċivili kienu bejn Maltin, jew bejn Maltin u barranin?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Mosta — Triq il-Kostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li dak il-proġett mibdi mill-Kunsill Lokali tal-Mosta, fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta jitkompla sabiex jitnaqqas l-inkonvinjent li t-twaqqif ta' dan il-proġett qed joħloq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta Triq il-kostituzzjoni — Salib it-Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' l-ADT f'rigward tal-proġett mibdi mill-Kunsill Lokali tal-Mosta f'Triq il-Kostituzzjoni fejn illum il-proġett imsemmi jidher wieqaf u dan qed iwassal sabiex f'kull salib t-toroq f'din it-triq ewlenija qed joħolqu periklu u inkonvinjent għal dawk kollha li jkunu mixjijn f'din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Karozzi second hand — Dazju

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir ir-riforma fid-dazju tal-karozzi second hand li jiġu mportati? Id-dazju minn fuq l-importazzjoni tal-karozzi se jonqos jew le? Jekk se jonqos, hemm il-ħsieb li jsiru xi tip ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet oħra li jaffettwaw il-prezz tax-xiri tal-vetturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Importazzjoni ta' vetturi

Question

Jekk ir-riforma fuq id-dazju ta' l-importazzjoni tal-vetturi ssir, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jagħti refund lill-importaturi ta' l-istess vetturi second hand jekk dawn jinqabdu b'numru ta' vetturi fl-imħażen tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ċirkewwa — Bankina

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fiċ-Ċirkewwa (bejn il-Marfa u ċ-Ċirkewwa) matul il-bankina kollha jsir xi forma ta' ilqugħ bejn il-bankina u l-blat biex jitnaqqas il-periklu għal dawk li jkunu qed jimxu fuq il-bankina?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ċirkewwa — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li l-pjanti li kienu saru biex fit-triq taċ-Ċirkewwa (bejn il-Marfa u ċ-Ċirkewwa) jittieħdu l-miżuri neċessarji biex jitnaqqas il-periklu għal dawk li jgħaddu minn hemm bil-vetturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Użu ta' enerġija nukleari

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Gvern qed jikkonsidra l-użu ta' enerġija nukleari? Xi pjani għandu l-Gvern dwar dan? Jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport li sar riċentement proprju dwar dan il-punt?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Awtorita' dwar it-Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ADT hijiex beħsieba tilqa' talba li ilha ssir minn għadd ta' residenti tas-Swatar sabiex il-bus number 75 li tgħaddi mis-Swatar lejn l-isptar Mater Dei jkollha bus stopqrib l-HSBC Call Centre għall-konvenjenza ta' dawn ir-residenti? Hemm xi ħsieb li tiġi investigata mill-ġdid l-possibbilita' li tiżdied l-frekwenza tal-bus route number 169 li tgħaddi minn dan il-lokal?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi l-Awtorita qieghda tevalwa l-aħjar post fil-viċinanza ta' l-HSBC tas-Swatar, li ma jkunx ta' riskju kemm għar-residenti u l-passiġieri, kif ukoll għat-traffiku li jgħaddi minn dawn in-naħat. Infurmat ukoll li hekk kif jiġi stabbilit il-post eżatt dan il-bus stop tkun tista tgħaddi minn fuqu r-rotta bin-numru 75 (mill-Belt Valletta lejn l-isptar Mater Dei) b'hekk li dan is-servizz ikun qiegħed jikkumplimenta r-rotta bin-numru 169 bil-għan li r-residenti tas-Swatar ikunu moqdija aħjar.