Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8654 u 8381 u cioè: b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6920 jista' l-Ministru jgħid f'liema setturi jaħdmu t-895 immigrant li jħallsu l-bolla u taxxa u jaħdmu bi qliegħ? F'liema setturi jaħdmu ż-żewġ employers li kienu immigranti? Fuq liema kriterji dawn jibqgħu jissejħu immigranti irregolari?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8381.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kien in-numru ta' twelid tat-trabi f'kull lokalità, sena b'sena u kemm minnhom kienu subien u bniet?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kien in-numru ta' persuni ta' 60 sena u aktar f'kull lokalità, sena b'sena u kif kienu maqsuma bejn irġiel u nisa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni ta’ 60 sena u aktar f’kull lokalita’ tista’ tingħata biss għas-sena 2005. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jintervejni fil-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li m'għandux flus biżżejjed biex iħallas il-kera dovuta lill-Uffiċċju Konġunt u l-istess uffiċċju mhux qed jaċċetta l-pagament bin-nifs?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti il-kunsens tagħha bil-miktub.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9226 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Peress li issa in konsegwenza tat-talbiet li saru fuq ħlas tad-dazju fuq il-vetturi, il-persuni b'diżabilità ġew affetwati avversament, jaħseb il-Ministru li ta' l-inqas dawn il-persuni għandhom jiġu eżentati mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, f’ċirkuztanzi li jirrigwardjaw eżenzjonijiet, il-Gvern dejjem jaħdem abbażi ta’ policies u guidelines u dak li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellant jifforma parti minn dawn il-policies u guidelines. Għalhekk, jekk hemmx ħlas dovut ta’ dazju fuq vetturi, hu immaterjali f’tali ċirkustanzi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8949 u jgħid kif saret l-għażla tal-għaqda għall-konċessjoni tat-Torri tax-Xlendi mill-Kummissarju tal-Artijiet?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9245, 8833, 8637, 8431, 8276, 8118, 7523, 7294, 6957 u 6692 u jgħid għal kemm tammonta ċ-ċifra totali li l-Gvern idaħħal kull sena mill-magni tal-logħob li hemm allokati fl-erba' casinos li hawn f'Malta, jiġifieri gaming tax, income tax fuq il-kumpanniji, taxxi fuq il-qligħ, kontribuzzjonijiet soċjali ta' l-impjegati eċċ.? Kemm-il persuna jimpjegaw l-erba' casinos f'pajjiżna? Jikkonferma li hawn madwar 12,000 magna tal-logħob simili għal dawk li hemm fil-casinos imxerrdin fi ħwienet tal-logħob li qegħdin jinbtu f'kull belt u raħal ta' Malta? Il-kondizzjonijiet għall-permessi għall-ftuħ ta' casinos f'pajjiżna jinkludu sbarrament ta' l-età, biex wieħed jidħol u jilgħab irid ikun għalaq 25 sena, self barring li jorbot għall-casinos kollha, skrutinju dettaljat tal-flejjes li jidħlu u joħorġu kif ukoll preżenza ta' uffiċjali responsabbli għas-setturi tal-gambling, taxxa, eċċ. Jista' jispjega jekk l-operaturi ta' dawn il-magni tal-logħob (mhux casinos) għandhomx l-istess regolamenti?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità — direttivi l-ġodda dwar vetturi għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9097, 8817 u 8640 u cioè: In vista tal-fatt li l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità ġiet rappurtata li tinsab preokkupata bid-direttivi l-ġodda dwar sussidji u eżenzjonijiet ta’ vetturi għall-persuni b’diżabilità li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena u dan peress li llum bid-direttivi l-ġodda, l-liċenzja tal-vetturi hi bla ħlas għall-ewwel ħames snin mis-sena li fiha l-vettura tkun ġiet manifatturata u fis-sitt sena l-ħlas tal-liċenzja jkun ta’ 50% għal vetturi li jaħdmu bil-petrol sa 180g/km C02 emissions u vetturi li jaħdmu bid-diesel sa 150g/km C02 emissions (minbarra vetturi li diġà għandhom bħalissa persuni b’diżabilità jew nies oħrajn li jikkwalifikaw); jista' il-Ministru jiddikjara jekk huwiex se jilqa' għal dan it-tħassib u jimplimenta tibdil fil-politika (policy) tal-Gvern dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid
(a) x'kienet il-popolazzjoni ta' kull lokalità fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008,
(b) kif din kienet maqsuma f'irgiel u nisa,
(c) x'kien in-numru ta' households f'kull lokalità fl-istess snin u
(d) kif kienu mqassma n-nies f'kull household?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9241 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu u cioè: ln-vista tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8806, jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tal-Artijiet ser inaddaf u jieħu ħsieb l-oqbra puniċi li hemm fl-inħawi t'Għajn Dwieli, limiti ta' Raħal Ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, il-proġetti, l-iskemi u x-xogħlijiet li d-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tiegħu se jwettqu f’Għawdex, sena sena minn din is-sena sal-2013? Jista’ jidentifika liema minnhom se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
każi pendenti ta' persuni li kellhom kontijiet x'jagħtu
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2008 kemm kien hemm każi pendenti ta' persuni li kellhom kontijiet x'jagħtu a) lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u b) lid-Dipartiment tal-VAT u dawn il-każi issa ġew solvuti? Jista' jgħid b'kollox kemm kellhom jagħtu bħala totalità u kemm fil-fatt ħallsu meta ntlaħaq ftehim dwar il-każi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kienet il-popolazzjoni ta' kull lokalità, sena b'sena, u kif din kienet maqsuma bejn irġiel u nisa?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kien in-numru ta' mwiet f'kull lokalità, sena b'sena u kif dawn kienu maqsuma bejn irġiel u nisa?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kien in-numru ta' postijiet li kellhom liċenzja għal kummerċ jew negozju f'kull lokalità, sena b'sena, u kif kienu maqsuma f'kategoriji?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
importazzjoni ta' ħwejjeġ ta' ditti mondjali minn pajjiżi terzi
Question
Jista' l-Ministru jispjega preċiżament x'inhi l-pożizzjoni ta' min jixtieq jimporta ħwejjeġ oriġinali ta' ditti mondjali minn pajjiżi terzi bħalma huma l-Indja, iċ-Ċina, l-Brażil u r-Russja fejn jidħlu kwestjonijiet ta' Trademark meta jkun hawn f'pajjiżna stess exclusive agents ta' l-istess ditti mondjali?
X'mekkaniżmu jeżisti biex il-konsumatur ikun moħħu mistrieħ illi jekk importatur importa prodotti tal-ħwejjeġ ta' ditta mondjali allegatament oriġinali minn pajjiżi minn barra l-Unjoni Ewropea dawn verament ikunu oriġinali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel nett wieħed irid jikklarifika li trademark tista tkun protetta f'Malta permezz ta' wieħed minn dawn il-modi:
· Jekk tkun reġistrata mad-Diviżjoni tal-Kummerċ (direttorat ta’ reġistrazzjoni ta' propjeta’ industrijali)
· Jekk tkun reġistrata bħal
Community Trademark
li tgħodd għall-pajjiżi membri kollha tal-UE inkluż Malta
· Jekk tkun
well known
Mark
skond il-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Propjeta Industrijali
Is-sid tat-
Trademark
ikollu dritt esklussiv għat-
trademark
u terzi persuni ma jistgħux jużaw jew jimportaw prodotti, fil pajjiżi fejn din it-
trademark
tkun protetta, b'dik it-
trademark
jew b'
trademark
simili li tista tinganna il-konsumatur.
Huwa is-sid mhux l -
exclusive agent
li jista jieħu azzjoni legali f'każ li dan id-dritt ikun qiegħed jinkiser. Tajjeb li wieħed jagħmilha ċara li d-dritt ma jinkisirx għax persuna timporta prodotti oriġinali tal-istess marka tal-istess sid minn post differenti li jimporthom l-
exclusive agent
imma meta l-marka tal-prodott importat tkun ta' sid differenti minn dik li hi protetta f'Malta. Barra minn hekk infakkar li
parallel importation
minn importaturi differenti ta' prodotti oriġinali bil-marka oriġinali tal-istess sid.
Jeżistu diversi mekkaniżmi permezz ta’ liġjiet u proċeduri legali li jobbligaw Awtoritajiet u Dipartimenti governattivi sabiex jissalvagwardjaw lill-konsumatur milli jiġi offrut għall-bejgħ oġġetti kontraffatti.
L-Awtorita’ tad-Dwana hija waħda minn dawn l-Awtoritajiet. Bis-saħħa ta’ l-Att numru VIII tas-sena 2000, kapitolu 414 tal-liġijiet ta’ Malta, li jistabbilixxi drittijiet dwar proprjeta’ intellettwali (Miżuri intrakonfini), d-Dwana għandha s-setgħa li tieħu azzjoni meta oġġetti jkunu allegati li jikkontravvjenu drittijiet ta’ proprjeta’ intellettwali. L-awtorita tad-Dwana teħtieġ li jkollha applikazzjoni għall-azzjoni minn sid tal-markju jew tal-propjeta’ intelletwali sabiex taġġixxi f’ismu u tissalvagwardja d-dritt tal-propjeta’ intelletwali tiegħu. Dan irid ikun reġistrat ma’ l-Uffiċċju tal-Propjeta’ Industrijali ġewwa id-Dipartiment tal-Kummerċ. L-awtorita’ tad-Dwana tista’ wkoll taġġixxi anke meta l-markju involut ma jkollux applikazzjoni għall-azzjoni irreġistrata ma’ l-awtorita’ tad-Dwana għall-protezzjoni tal-propjeta’ intelletwali; din l-azzjoni isir ‘ex-officio’.
Jekk waqt l-iskrutinju tal-merkanzija taħt xi waħda mill-proċeduri doganali jkun jidher b’mod ċar jew suspettat li l-oġġetti għar-rilaxx jistgħu jikkontravvjenu dritt ta’ proprjeta’ intellettwali, ir-rilaxx tal-merkanzija tiġi sospiża. Jiġu elevati kampjuni għall-eżami mid-detentur legali tad-dritt tal-markju li jista’ iwassal sabiex jittiehdu azzjonijiet legali bis-saħħa tal-Att numru 414 ġewwa l-Qorti Ċivili ta’ Malta. Il-merkanzija involuta tinżamm taħt il-kustodja ta’ l-awtorita tad-Dwana sakemm ikun hemm sentenza tal-Qorti Ċivili. L-awtorita tad-Dwana hija eżenta minn responsabbilta’ meta oġġetti kontrafatti ma jkunux ġew identifikati u għalhekk ma tittiehed ebda azzjoni għaż-żamma tagħhom mir-rilaxx. Jekk fiż-żmien stipulat skond l-istess Att numru 414 ma jittiehdux passi legali mid-detentur tad-dritt fil-Qorti Ċivli ta’ Malta l-awtorita tad-Dwana tirrilaxxa il-merkanzija.
Is-setgħa ta’ azzjoni mill-awtorita’ tad-Dwana hija fil-parametri tar-Regolamenti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea numru 1383/2003 u 1891/2004 u tapplika biss fuq merkanzija dieħla, ħierġa, trasbort, transitu jew f’ri-esportazzjoni minn Malta, minn barra jew għal ġewwa l’istess Unjoni Ewropea.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8000 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7649, jista' jaġġornani bl-attendenza tal-membri f'kull bord?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8000.
importazzjoni ta' ħwejjeġ ta' ditti mondjali minn pajjiżi terzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8699 u jispjega preċiżament x'inhi l-pożizzjoni ta' min jixtieq jimporta ħwejjeġ oriġinali ta' ditti mondjali minn pajjiżi terzi bħalma huma l-Indja, iċ-Ċina, l-Brażil u r-Russja fejn jidħlu kwestjonijiet ta' Trademark meta jkun hawn f'pajjiżna stess exclusive agents ta' l-istess ditti mondjali?
X'mekkaniżmu jeżisti biex il-konsumatur ikun moħħu mistrieħ illi jekk importatur importa prodotti tal-ħwejjeġ ta' ditta mondjali allegatament oriġinali minn pajjiżi minn barra l-Unjoni Ewropea dawn verament ikunu oriġinali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8699.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq il-proġett għall-bini ta
micro-enterprise park
fi Triq il-Madonna tar-Rummiena fix-Xewkija Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
importazzjoni ta' ħwejjeġ ta' ditti mondjali minn pajjiżi terzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8912 u 8699 u jispjega preċiżament x'inhi l-pożizzjoni ta' min jixtieq jimporta ħwejjeġ oriġinali ta' ditti mondjali minn pajjiżi terzi bħalma huma l-Indja, iċ-Ċina, l-Brażil u r-Russja fejn jidħlu kwestjonijiet ta' Trademark meta jkun hawn f'pajjiżna stess exclusive agents ta' l-istess ditti mondjali?
X'mekkaniżmu jeżisti biex il-konsumatur ikun moħħu mistrieħ illi jekk importatur importa prodotti tal-ħwejjeġ ta' ditta mondjali allegatament oriġinali minn pajjiżi minn barra l-Unjoni Ewropea dawn verament ikunu oriġinali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8699.