taxxa miġbura f'ċifra ta' flus globali mit-Tax Compliance Unit
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8297 u jgħarrafni kemm inġabret taxxa f'ċifra ta' flus globali mit-Tax Compliance Unit matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar sentejn sena b'sena għall-istess perijodu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9291 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huma dawk is-self employed li jaqilgħu sa €8,840 fis-sena ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Kummissarju ta' l-Artijiet — Torri tax-Xlendi - għażla ta' l-għaqda għall-konċessjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9228 u jgħid kif saret l-għażla ta' l-għaqda għall-konċessjoni tat-Torri tax-Xlendi mill-Kummissarju ta' l-Artijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9228.
Awtorità ta' Malta dwar is-Servizzi Finanzjarji — Bank Ċentrali ta' Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-responsabbiltajiet li għaddew mill-Bank Ċentrali ta' Malta lill-Awtorità ta' Malta dwar is-Servizzi Finanzjarji fir-rigward tar-regolamenti bankarji:
a) mat-twaqqif tal-Awtorità ta' Malta dwar is-Servizzi Finanzjarji?
b) mas-sħubija fl-Unjoni Ewropea?
ċ) mad-dħul fiż-Żona Ewro?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu fis-settur finanzjarju f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2008 u fl-aħħar t’April ta’ din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti l-formula u jgħid fuq liema ammonti u kif inħadmu u ġew ikkalkulati l-own resources li kienu dovuti kull sena mill-2004 sal-2008 lill-Unjoni Ewropea mill-VAT, mid-Dħul Gross Nazzjonali, mill-UK Rebate u minn riservi oħra?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Taxxa tal-Bolla u Provisional Capital Gains Tax fuq kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8683 u 8410 u jgħid kemm kien il-ħlas li l-Gvern ġabar bħala taxxa tal-bolla fuq kuntratti u Provisional Capital Gains Tax fuq kuntratti xahar b'xahar matul is-sena 2008 sa Marzu 2009?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8998 u jgħid: Peress li fid-diskors tiegħu lill-kunsill ġenerali tal-Partit Nazzjonalista tal-Ħadd 17 ta’ Mejju l-Ministru qal li jrid jinvestiga għaliex il-prezzijiet fir-ristoranti għolew bi kwazi 12 % f’xahar u dan minn Marzu sa April 2009, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif se jinvestiga? Huwa konxju li l-prezzijiet fir-ristoranti jistgħu jirriflettu l-għoli fit-tariffi tad-dawl u l-ilma, ż-żieda fil-prezz tal-laħam importat kif ukoll ħwejjeg oħra li ilhom jogħlew għal xhur sħaħ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9001 u jgħid kemm ġie esportat fi flus minn fabbriki li qed joperaw f’Għawdex fl-ewwel erba’ xhur ta’din is-sena? Kemm kienu l-ammonti fl-istess żmien f’2007 u 2008 separatament? Liema prodotti ġew esportati?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5504 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk huwiex minnu li fl-ewwel żewġ imħażen lejn in-naħa tal-Isla, f'Dock 1 hemm midfun, fuq wara, ammont ta' asbestos liema asbestos intradam f'dan il-post ħafna snin ilu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 5674 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew flus mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Jista' jgħid dawn il-flus fuq liema proġetti ġew u kemm nistgħu nibqgħu nirċievu l-istess għajnuna? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-kontribuzzjoni li Malta għamlet lejn l-Unjoni Ewropea u kif kienu maqsumin dawn il-kontribuzzjonijiet? Jista' jgħid jekk konniex eleġibbli għal xi fondi u minħabba xi raġuni dawn il-fondi tlifnihom? X'kienet ir-raġuni li minħabba fiha tlifna l-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont li Malta rċeviet mill-Unjoni Europea fis-sena 2008 huwa ta’ €64,242,846,23, filwaqt li l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet jammonta għal €60,601,104,05. Lista ta’ programmi kif ukoll l-ammont relattiv li Malta rċeviet u ħallset qed tidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward ta’ l-aħħar parti tal-mistoqsija, ma kienx hemm fondi li Malta kienet eliġibbli għalihom jew li ġew mitlufa għax m’applikajniex għalihom. Dan jirrigwarda dawk il-fondi li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-
EU Paying Authority Directorate
fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi.
Aġenzija Ewropeja għal Ambjent — tniġġis mill-użu ta' electromagnetic devises
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7104 li oriġinarjmanet saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jagħti widen għat-twiddib li l-Aġenzija Ewropea għal Ambjent tagħmel dwar l-effett fuq is-saħħa tan-nies minħabba tniġġis mill-użu ta' electromagnetic devises, bħalma huma s-sistemi tal-mobile phones?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Malta qiegħda taddotta l-kriterji rakkomandati mill-World Health Organisation (WHO) li huma ukoll approvati mill-Unjoni Ewropeja (EU) li sakemm il-livelli ta radjazzjoni (EMF’s) mis-sistemi ta’ telefonija ċellulari jkunu fil-livelli rakkomandati dawn s’issa m’humiex ikkonsidrati li jagħmlu ħsara lil bniedem.
Kemm il-WHO kif ukoll l-EU qegħdin iwettqu studji xjentifiċi biex jekk ikun il-każ dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu reveduti. F’każ li l-livelli rakkomandati preżenti jkun hemm il-bżonn li jiġu reveduti, Malta tkun lesta li taddotta tali rakkomandazzjonijiet.
Lokalment sistemi ta’ telefonija ċellulari jiġu ittestjati fuq bażi regolari mill-Awtorita’ Maltija għal Komunikazzjoni bħala l-Awtorita’ Kompetenti u kopja ta’ dawn ir-riżultati jiġu mgħoddija lid-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali. Mit-testijiet kollha li saru s’issa l-livelli ta’ radjazzjoni elettromagnetika f’persentaġġ ta’ livell massimu aċċettabli dejjem instabu li kienu f’livelli aktar baxxi minn dawk rakkomandati għal pubbliku.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6920, jista' l-Ministru jgħid f'liema setturi jaħdmu t-895 immigrant li jħallsu l-bolla u taxxa u jaħdmu bi qliegħ? F'liema setturi jaħdmu ż-żewġ employers li kienu immigranti? Fuq liema kriterji dawn jibqgħu jissejħu immigranti irregolari?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8381 u cioè: b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6920 jista' jgħid f'liema setturi jaħdmu t-895 immigrant li jħallsu l-bolla u taxxa u jaħdmu bi qliegħ? F'liema setturi jaħdmu ż-żewġ employers li kienu immigranti? Fuq liema kriterji dawn jibqgħu jissejħu immigranti irregolari?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8381.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' kemm kien in-numru ta' banek tal-lottu li kien hawn f'Malta u f'Għawdex rispettivament qabel saret il-privatizzazzjoni tal-lottu?
Kemm hu llum in-numru ta' outlets li minnhom jistgħu jinbiegħu l-biljetti tal-lottu?
Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx ħsieb li jkun hemm żieda f'dawn l-outlets, matul iż-żmien li ġej?
Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx xi policy partikolari li tikkontrolla l-logħob tal-lottu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi sa qabel Frar, 2004 meta l-lottu ġie privatizzat, in-numru ta’ banek tal-lottu f’Malta u Għawdex kien ta’ 184. Sal-lum in-numru ta’ banek tal-lottu f’Malta u Għawdex sar 216. Huwa fil-kompitu tal-operatur tal-lotterija nazzjonali li preżentament hu l-Maltco biex jiddeċiedi jekk għandux iżid in-numru tal-outlets fil-futur. Madankollu hemm limitazzjoni li ma jkunx hemm anqas minn 150 banka tal-lottu iżda mhux aktar minn 250. L-Att dwar il-Lotteriji u Logħob ieħor jagħti priorita’ ewlenija lejn is-sigurta tal-ġukatur. Għaldaqstant il-ġukatur jinżamm fil-liberta tiegħu fuq l-ammont li jilgħab sakemm il-logħba hi provduta b’mod ġust u skont il-liġi.
Jista’ l-Minsitru jgħid kemm daħħal VAT il-gvern fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena? Jista’ l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika dwar kemm kien id-dħul minn fuq servizzi differenti bħall-edukazzjoni, l-manifattura u setturi oħra? Jekk iva, jista’ jgħid kemm kien id-dħul minn kull servizz separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tal-VAT matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kien kif spjegat hawn taħt:
MONTH GROSS REFUNDS NET REVENUE
JAN €49,657,590 €8,867,384 €40,790,206
FEB €28,083,721 €8,679,959 €19,403,762
MARCH €44,256,259 €10,108,633 €34,147,626
APRIL €47,994,486 €195,564 €47,798,922
TOTALS €169,992,056 €27,851540 €142,140,516
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu kif qed jitlob l-istess Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x’kien il-kontribut għall-Prodott Gross Domestiku nazzjonali f’termini assoluti u bħala perċentwali tal-Prodott Gross Domestiku totali tal-intrapriżi l-kbar kollha f’Malta li jħaddmu minn 250 ħaddiem ‘il fuq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Valur Mizjud Gross ta’ l-Intrapriżi kbar kollha li jħaddmu minn 250 ħaddiem ‘il fuq hija stmata għall-€924.6 miljuni għas-sena 2008. Dan jammonta għall-18.7% tal-Valur Mizjud Gross ta’ l-ekonomija kollha li huwa stmat li jlaħħaq €4,933.5 miljuni.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku
Question
Tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista' jagħti t-tagħrif kumpannija kumpannija?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.