Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb u l-pjan li jsiru Triq Gużeppi Xuereb, Birkirkara (li nbdiet u saret nofsha) u Triq tas-Sisla, Birkirkara li tinsab fi stat diżastruż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fi Triq G. Xuereb Birkirkara tkompla fil-ġranet li għaddew. Dan kien twaqqaf mill-ADT sakemm saru t-testijiet neċessarji biex tigi stabbilita’ l-formazzjoni tat-triq wara r-riżultati ta’ testijiet li saru fuq il-materjal li nstab. Dwar Triq is-Sisla, fix-xhur li għaddew saret il-parti ta’ fuq ta’ din it-triq, filwaqt li l-parti t’isfel hija nkuża fil-programm ta’ toroq tal-ADT.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-parti ta' Triq Gistakor, Hal Għaxaq ser tinfetaħ biex ir-residenti jkollhom aċċess għal ġo darhom peress li bħalissa r-residenti qed iħallsu Lm400 fis-sena lil terzi persuni biex ikollhom aċċess għal proprjeta' tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni għat-tenders tal-bini tal-villaġġ tas-snajja f'Ta' Qali u t-tender għall-bini ta' toroq fl-istess villaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proċess taż-żewġ tenders għadu għaddej.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-capping tas-surcharge fuq l-industrija tistax tiġi estiża fuq ċerti negozji li joperaw fil-qasam tal-kummerċ bħal supermarkets u ħwienet li joperaw refrigerators u freezers kbar u ta' bilfors jikkunsmaw ħafna aktar elettriku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkunsidra flimkien ma' l-ADT, li triqat fil-Kappara bħalma huma Triq Antonio Schembri u triqat biswit isiru triqat għar-residenti biss, ġaladarba l-Kappara suppost hija residential area?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tibda' tiġi impurtata enerġija elettrika mill-grid Ewropea permezz tal-cable ta' Sqallija? Il-Koporazzjoni Enemalta għamlet studji dwar dan fl-aħħar erba' xhur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1829 u jassigura li Palm Street, Santa Marija Estate, Mellieħa terġa' tiġi ripristinata u mogħtija t-tarmak fl-iqsar żmien possibbli? Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li r-residenti ta' din it-triq kienu għamlu t-tarmak mal-wiċċ tat-triq minn flushom u din tkissret biex jgħaddu xi servizzi xhur ilu u kollox tħalla mħarbat.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru permezz ta' l-ADT jieħu l-passi neċessarji biex ħdejn il-ground tal-football f'San Pawl il-Baħar (fejn id-daħla ta' Buġibba) jiġu nstallati pelican lights minħabba l-fatt li t-tfal li jattendu l-ground huma fil-periklu li jintlaqtu mill-karozzi li jgħaddu mill-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-traffic lights hija approvata minn naha tal-ADT u bħalissa qed jinħadmu l-istimi biex din tkun tista’ ssir.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex numru ta' globi li hemm ħdejn il-pitch tas-Sirens Aquatic Sports Club, li ilhom maqtugħa numru ta' xhur jiġu rranġati, għaliex qed iservu ta' nkonvenjent kbir għal dawk li jattendu din il-faċilita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li tlieta mill-arbli li hemm ħdejn il-pitch tas-Sirens Aquatic Sports Club huma responsabbilta' tal- Enemalta u ħa jiġu mibdula fil-jiem li ġejjin.
Rigward il-bqija tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1146, li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u mistoqsija parlamentari 1410 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa qed jiġu riferuta lilu u jgħarrafni bil-pagamenti li għadda lill-PPP tal-landscaping matul dawn l-aħħar 3 snin, sena b'sena? Liema kienu l-proġetti li saru abbażi ta' dawn il-fondi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jitneħħew wires antiki (saħansitra hemm wires tar-redifusion) li hemm fi 8, Paola Road Tarxien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li l-linji ta' l-Enemalta huma miġbuda skond is-sengħa u m'għandhomx għaliex jitneħħew.
Rigward il-bqija tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies li għandhom liċenzja tas-sewqan ta' opri tal-baħar f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid jekk huwiex il-każ li qabel ma ssuq opra tal-baħar trid tagħmel xi taħriġ speċjali? Jekk iva, kemm hawn li għandhom dan it-taħriġ? Kemm hawn propjetarji ta' opri ta' baħar li m'għandhom l-ebda taħriġ uffiċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta` liċenzji maħruġa mill-Awtorita` Marittima huwa ta` 5870. Minn dan l-ammont, madwar 420 liċenzja ġew investigati mill-Pulizija rigward il-validita` tagħhom. S’issa 215-il persuna ġew misjuba ħatja u għaldaqstant kellhom il-liċenzja sospiża.
Liċenzja nawtika hija meħtieġa għal min isuq opra tal-baħar b’magna ta` 100HP jew iktar. Dan hu stipulat fir-Regolamenti ta` Bastimenti Żgħar (Avviż Legali 129 ta` l-2001). Din il-liċenzja tinħareġ mill-Awtorita` Marittima wara li wieħed ikun temm b’suċċess taħriġ f’
Basic Seamanship
organizzat mill-Istitut Marittimu ta` l-MCAST.
Minħabba li liċenzja nawtika hija meħtieġa biss skond il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-Awtorita` Marittima m’għandiex informazzjoni ta` kemm hawn propjetarji ta` opri tal-baħar li m’għandomx taħriġ marittimu u lanqas ta` kemm hawn individwi li għandhom dan it-tip ta` taħriġ iżda qatt ma applikaw għal licenzja nawtika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn opri tal-baħar reġistrati f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom huma reġistrati sports u kemm minnhom reġistrati għas-sajd full time jew part time? Kemm hawn nies li għandhom liċenżja għall-opra tal-baħar sports u li għandhom taħriġ speċjali biex isuqu din l-opra? Kemm hawn sewwieqa ta' dawn l-opri li l-Awtorita Marittima ma tafx jekk għandhomx taħriġ jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-opri tal-baħar reġistrati ma’ l-Awtorita` Marittima huwa kif ġej:
Dgħajjes reġistrati ma’ l-
Small Ships Register
sal-lum 15,845
Pleasure yachts
reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili
sa l-aħħar ta` Mejju 2008 2,202
Dgħajjes tas-sajd reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili
sa l-aħħar ta` Mejju 2008 775
Il-mistoqsija rigward id-dgħajjes kollha tas-sajd u l-klassifikazzjoni tagħhom (
full-time,
part-time etc)
għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Rigward il-kumplament tal-mistoqsija nirreferi lill-Onoroveli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 1600.
Jista' l-Ministru jassigura li Palm Street, Santa Marija Estate, Mellieħa terġa' tiġi ripristinata u mogħtija t-tarmak fl-iqsam żmien possibbli? Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li r-residenti ta' din it-triq kienu għamlu t-tarmak mal-wiċċ tat-triq minn flushom u din tkissret biex jgħaddu xi servizzi xhur ilu u kollox tħalla mħarbat.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Bħalissa qed isir xogħol strutturali fuq medda ta' art kbira fil-Malta Freeport, jista' l-Ministru jgħid min qed jagħmel tajjeb għall-ispejjeż relatati, il-privat jew il-Gvern?
Jista' l-Ministru ġentilment jinvestiga mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għaliex fi Sqaq l-Għadira f'Ħal-Qormi biswit Triq l-Għargħar 1979 qed ikun hemm riħa qawwija ta' drenaġġ fl-inħawi fejn diversi residenti qed jilmentaw dwar din il-problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qed jiġi nvestigat kif se tissolva din il-problema.