Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9387 u 9291 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huma dawk is-self employed li jaqilgħu sa €8,840 fis-sena ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9387.
Malta Enterprise — Talbiet għal ftuħ ta' fabbriki ġodda
Question
Jista’ l-Minsitru jgħid kemm hemm talbiet pendenti bħalissa quddiem il-Malta Enterprise biex jinfetħu fabbriki ġodda f’Malta u f’Ghawdex? Meta saret kull applikazzjoni? Minn min? X’beħsiebhom jipproduċu? Kemm huwa stmat li se jimpjegaw ħaddiema inizjalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar u Ġunju 2009, il-Malta Enterprise approvat assistenza lil 12 -il entrapriża gdida biex joħolqu 303 impjieg ġdid. Dawn l-intrapriżi applikaw bħala start-up, u huma fis-setturi ta’:
· ICT
· Avjazzjoni
· Enginerija
· Printing
· Medical Devices
Bejn Jannar u Ġunju 2009, il-
Malta Enterprise
approvat assistenza lil
17 -
il entrapriża
e
ż
istenti
biex joħolqu 253 impjieg ġdid
.
Dawn l-intrapriżi applikaw biex
jespandu
, u huma fis-setturi ta’:
· ICT
· Avjazzjoni
· Enginerija u processar ta’ materjali
· Elettronika
· Ikel
· Plastics
· Printing
· Prodotti medicinali, li jinkludu makkinarju
· Furntiure
Bħalissa hemm
11 -il applikazzjonijiet
li qed jiġu kkonsidrati għall-assistenza. Dawn il-11 -il proġett jaqgħu taħt is-setturi msemmija hawn taħt:
· ICT
· Enginerija u processar ta’ materjali
· Marittimu
· Elettronika
· Printing
· Furniture and fittings
· Ikel
· Testing Services
Il-maġġoranza ta’ dawn it-talbiet ġew ippreżentati lil
Malta Enterprise
f’dawn l-aħħar xagħrejn. F’ċerti każijiet il-
Malta Enterprise
ma tistax tevalwa l-proġett minħabba nuqqas ta’ informazzjoni. Għal dawn il-każijiet il-
Malta Enterprise
qed titlob iktar informazzjoni mingħand l-applikanti.
Hemm issa 4 proġetti oħra fis-settur tar-riċiklaġġ li qegħdin jiġu wkoll ikkunsidrati. Dawn ilhom aktar minn xagħrejn minħabba illi l-industrija tar-riċiklaġġ tipikament m’għandhiex valur miżjud għoli u għandha bżonn ħafna art. Madanakollu l-
Malta Enterprise
tapprezza l-kontribut li r-riċiklaġġ iġib lis-soċjeta’. Il-kwistjoni li għadha qed tiġi diskussa hija li l-proċessi ta’ l-industrija tar-riċiklaġġ għandhom element ta’ tniġġis illi jista’ jkun ta’ dannu għal-intrapriżi f’setturi oħra li jkun fl-inħawi tagħhom, bħal l-ikel u l-farmaċewtika. Għaldaqstant biċċa art ġiet riservata għall-intrapriżi fir-riċiklaġġ bħala soluzzjoni.
Jista' l-Ministru jara li l-allegat inġustizzja mal-persuna li taħdem fil-Malta Enterprise u li dettalji qed jingħataw separatament, jiġu solvuti?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti il-kunsens tagħha bil-miktub.
Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità — direttivi l-ġodda dwar vetturi għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9371,9097, 8817 u 8640 u cioè: In vista tal-fatt li l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità ġiet rappurtata li tinsab preokkupata bid-direttivi l-ġodda dwar sussidji u eżenzjonijiet ta’ vetturi għall-persuni b’diżabilità li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena u dan peress li llum bid-direttivi l-ġodda, l-liċenzja tal-vetturi hi bla ħlas għall-ewwel ħames snin mis-sena li fiha l-vettura tkun ġiet manifatturata u fis-sitt sena l-ħlas tal-liċenzja jkun ta’ 50% għal vetturi li jaħdmu bil-petrol sa 180g/km C02 emissions u vetturi li jaħdmu bid-diesel sa 150g/km C02 emissions (minbarra vetturi li diġà għandhom bħalissa persuni b’diżabilità jew nies oħrajn li jikkwalifikaw); jista' il-Ministru jiddikjara jekk huwiex se jilqa' għal dan it-tħassib u jimplimenta tibdil fil-politika (policy) tal-Gvern dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi filwaqt li jifhem u japprezza l-preokkupazzjoni tal-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b’Diżabilita, waqt li kienet għaddejja r-riforma, il-Gvern ikkonsulta ma diversi entitajiet, fosthom il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita, sabiex dawk il-persuni li kienu ntitolati għal konċessjonijiet speċjali, ma jkunux affettwati b’mod negattiv. Huwa importanti li jingħad, li għalkemm meta kienet qed tinħadem is-sistema l-ġdida u mill-istudji li ġew ippreżentati, ma deherx illi ser ikun hemm persuni li ser ikunu f-pożizzjoni agħar, riċentament, il-Kummissjoni Nazzjonali persuni b’Diżabilita talbet lil Gvern sabiex jiltaqa mal-membri tagħha sabiex filwaqt li jiġu spjegati ċerti aspetti tas-sistema l-ġdida, jinstemgħu ukoll xi ilmenti u suġġerimenti ġodda. Dawn is-suġġerimenti qed jiġu studjati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' capital gains tax u taxxa tal-bolla li tħallset f'Malta matul is-snin 2005, 2006, 2007 u 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' capital gains tax u bolla (duty on documents) għas-snin 2005 sal-2008 hu kif jidher hawn taħt:-
Sena
Capital Gains
€
Bolla (stamp duty)
€
2005
55,895,688
50,668,307
2006
70,847,745
51,493,883
2007
105,521,898
58,946,951
2008
80,636,679
47,240,753
taxxa miġbura f'ċifra ta' flus globali mit-Tax Compliance Unit
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9210 u 8297 u jgħarrafni kemm inġabret taxxa f'ċifra ta' flus globali mit-Tax Compliance Unit matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar sentejn sena b'sena għall-istess perijodu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-funzjoni tat-TCU ma hix dik li tiġbor it-taxxa, iżda li tinvestiga każijiet li għandhom x’jaqsmu ma evażjoni ta’ taxxa.
Is-sistema li biha tinġabar it-taxxa globalment, ma tidistingwix minn taxxa illi taxpayer iħallas jew irid iħallas, minn dik li tkun ġiet investigata mit-TCU. Kont ta’ taxpayer jista’ jkun jikkonsisti minn taxxa dovuta / dikjarata b’mod normali kif ukoll minn taxxa oħra investigata, multi u interessi.
It-taxxa li tinġabar f’xahar partikolari tista tkun magħmula minn pagamenti fil-kors normali tal-ġbir, pagamenti akkont fuq investigazzjonijiet, ħlas ta’ multi u interessi, kif ukoll ħlasijiet fuq perjodi oħra li ma kienux taħt investigazzjoni.
Għaldaqstant, l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor Interpellant ma tistax tiġi kwantifikat u mogħtija.
Ministeru tal-Finanzi, l-ekonomija u Investiment — karozzi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm ġew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru u d-dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm fil-fatt hu n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8551 u 7972 u jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7972.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' trade marks u patents li ġew reġistrati mad-diviżjoni konċernata kull xahar minn April 2008 sa April 2009? Kemm minn dawn saru minn Maltin, minn ċittadini li ġejjin mill-Unjoni Ewropea jew minn pajjiżi oħra?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Għawdex - impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur gross miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-attivitajiet ta’ proprjetà immobbli f’Malta u Għawdex separatament għall-1999 u għall-2007?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-valur gross miżjud fi prezzijiet bażiċi tas-settur tal-attivitajiet ta’ proprjetà immobbli f’Malta u Għawdex ma tinħadimx separatament iżda magħquda flimkien ma kiri u negozju ieħor.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9365 u 8949 u jgħid kif saret l-għażla tal-għaqda għall-konċessjoni tat-Torri tax-Xlendi mill-Kummissarju tal-Artijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9228.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-Heavy Steel Workshop li hemm fl-ex Malta Ship Building?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-istruttura u l-impjant tal-Heavy Steel Workshop fl-ex-Malta Ship Building ser jaghmlu parti ntegrali mill-emfitewsi, li ser jingħata lis- successful proponent , skond il-proċedura stabbilita fit- tender document għall- facilitajiet tal- Marsa ta’Malta Shipyard Limited .
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlametari 9368, 8974 u 8603 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġew riferuti lilu u jgħid x'inċentivi fiskali ġew introdotti mill-Gvern fl-aħħar ħames snin għan-nisa biex jiġu inkoraġġuti jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jagħti d-detallji ta' kull skema separatament? Jista' jgħid meta kull inċentiv/skema ġiet imħabbra u meta kull waħda daħlet fis-seħħ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9012 u jgħid kemm hemm persuni jew kumpanniji li huma reġistrati li suppost jiġbru jew iħallsu l-eko taxxa lill-Gvern? Jista’ jgħid x’kontroll jagħmel id-dipartiment konċernat ħalli jassigura li ma jsirux abbużi? Kemm inqabdu dawk li suppost kienu qed jiġbri l-eko taxxa iżda ma kinux reġistrati minn meta ddaħħlet din it-taxxa sal-lum? Isiru spezzjonijiet? Jekk fl-affermattiv kemm hemm persuni inkarigati minn dan ix-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ħwienet liċenzjati biex ikollhom amusement machines, f'Malta u f'Ghawdex rispettivament? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm huma l-postijiet liċenzjati biex ibiegħu l-logħob tal-lottu madwar Malta u Għawdex rispettivament? Kif inhuma maqsuma dawn il-postijiet, raħal raħal?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar xhur, il-Gvern flimkien ma’ l-Awtorita’ li tirregola l-logħob, kien għaddej bi proċess ta’ reviżjoni tal-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mas-settur tal-logħob land-based. Din ir-reviżjoni, li waslet lejn l-aħħar tagħha, tinvolvi bidliet f’regolamenti u liġijiet eżistenti, kif ukoll introduzzjoni ta’ liġijiet u regolamenti ġodda. Il-proposti ser jagħmlu possibbli li dawk l-aspetti li ma kienu kontemplati taħt il-liġijiet preżenti, jkunu nklużi. Kif diġà ħabbarna, filwaqt li l-proposti ser jgħidu kif l-industrija għandha tiġi regolata, dawn ukoll ser jinvolvu ukoll kif il-ġugatur u l-operatur għandhom jaħdmu sabiex ikollna logħob ġust u trasparenti. L-età minima, post, riklamar, kif ukoll l-ammont ta’ magni ġewwa kull stabbiliment, huma ftit mill-aspetti li ser ikunu regolati. Il-protezzjoni tal-minuri u ġugaturi vulnerabbli huma ukoll priorita’ għall-Awtorita u għalhekk ser ikun hemm enfażi speċjali għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-obbligu tal-operatur li jara li persuni taħt l-eta minima ma jitħallewx jidħlu ġewwa l-istabbiliment, kif ukoll li l-obbligi lejn persuni li volontarjament ikunu jridu li ma jitħallewx jilgħabu, jiġu mħarsa.
Il-Gvern huma kommess li ma jħalli lill-ħadd jopera b’mod illegali, anki jekk kien hemm min ħa vantaġġi minn ċerti aspetti legali li ma kinux ċari. Filwaqt li meta jidħlu fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda, kull liċenzja tkun suġġetta għal-skrutinju mill-Awtorita’, preżentament, il-Gvern ta’ struzzjonijiet lil diversi entitajiet sabiex minnufih jagħlqu dawk il-ħwienet li m’għandhomx permessi u għalhekk huma illegali.
Rigward il-postijiet liċenzjati biex ibiegħu logħob, dawn jammontaw għal 216 madwar Malta u Għawdex. Dawn huma maqsuma kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' mobile phones li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn inxtraw minn Jannar 2008 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għax-xiri ta' dawn il-mobile phones? Min qed jagħmel użu minn dawn il-mobile phones?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li ħarġu mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta' flus ta' dawn id-direct orders? Jista' jinformani bl-istess informazzjoni għall-istess perijodu tas-snin 2007 u 2008?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.