Legislature:
Category:
Reset
Active:

Speed Cameras — Over Speeding

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu sewwieqa bil-cameras li kienu għaddejjin over speeding matul is-sena 2007? B'kemm-il kilometru fis-siegħa dawn is-sewwieqa kienu għadejjin iktar milli mitlub mil-liġi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat peress li l-infiurzar hi responsabilta' tal-Kunsilli Lokali.

Reserved Parking Spaces

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar skond l-ADT kemm hu n-numru ta' reserved parking spaces li huma approvati fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar,Bugibba, Xemxija u Burmarrad?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Telgħa tax-Xemxija — Ilma

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex fit-telgħa tax-Xemxija ssir xi forma ta' trinka biex l-ilma li qed jiġri fit-triq, b'danni għat-traffiku ma jibqax joħroġ fit-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li se ssir spezzjoni fuq il-post biex jiġi stabbilit x’inhi n-natura tal-problema u biex jiġu proposti soluzzjonijiet b’konnesjoni mal-każ imsemmi.

AIRPROX

Question

B'referenza għar-rapport ta' investigazzjoni dwar l-indiċent serju (AIRPROX) li seħħ fil-21 t'April 2007, u li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra ftit ġranet ilu, jista' l-Ministru jgħid min awtorizza li l-Malta Air Traffic Services tirtira mill-ftiehem li kien sar fl-1 ta' Awissu, 2006 dwar Air Traffic Managements Investigation Board, ftit ġranet qabel ma seħħ dan l-inċident? Il-Ministru u/jew il-ministeru kienu jafu b'dan? Għaliex ħadd ma nforma lill-Bureau of Air Accident Investigation li kien jagħmel parti min dan il-Bord b'din id-deċiżjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi l-ftehim bejn il-Malta Air Traffic Services Ltd (MATS) u d-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Ċivili kien wieħed li sar bi qbil bejn iż-żewġ naħat u għalhekk il-MATS setgħet tirtira minn dan il-ftehim mingħajr il-ħtieġa ta’ l-approvazzjoni tad-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Ċivili. La l-Ministru u lanqas il-Bureau of Air Accident Investigation ma kienu avżati bid-deċiżjoni tal-MATS għaliex din kienet ingħatat lid-Dipartiment verbalment waqt laqgħa li saret il-Ġimgha 20 ta’ April, propju lejliet l-inċident li seħħ is-Sibt 21 ta’ April.

AIRPROX — Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili

Question

B'referenza għar-rapport ta' investigazzjoni dwar l-inċident serju (AIRPROX) li seħħ fil-21 ta' April 2007, u li tpoġġa fuq il-mejda ta' din il-Kamra ftit ġranet ilu, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rakkmandazzjoni RO1/07/03 ġietx attwata? Jekk le, x'passi ħa s'issa l-Ministru jew l-Ministeru biex din tiġi attwata? Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk id-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili, li għandu l-obbligu ta' Regolatur fl-Avjazzjoni Ċivili, ħax xi passi biex jassigura li l-iStandard Operating Procedures u l-Works Practices tal-Malta Air Traffic Services jiġu aġġornati biex inċidenti simili titnaqqsilhom il-possibilita' li jerġgħu jiġru? Jekk iva, x'kienu l-passi li ttieħdu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili kiteb lill-Malta Air Traffic Services Ltd., fejn irrefera għar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport u talab għar-reazzjonijiet fuqhom.

Santa Marija Estate — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-istimi li saru biex ikunu jistgħu jsiru xogħolijiet fid-19-il triq li hemm ippjanti f'Santa Marija Estate? Kemm huma l-istimi tal-varjazzjonijiet u meta hu mistenni li jiġi finaliazzat ix-xogħol ikkonċernat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT ħarget sitt period contracts f’Santa Maria Estate li jinkludu xogħlijiet fi tnax-il triq differenti. Il-varjanzi saru primarjament fix-xogħlijiet ta’ dranaġġ kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din it-tabella tagħti ukoll breakdown ta’ l-ammonti minfuqa f’kull triq. Ix-xogħol mistenni jitlesta għall-aħħar tas-sena.

Enemalta — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1488 u 1194 u jgħid kemm kien id-dħul totali fl-Enemalta kull sena mis-sena 2000 sa l-2007? Kemm kienet l-ispiża totali (pagi, kapitali, manutenzjoni, tiswija etc) ta' l-Enemalta fl-istess żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-rapporti annwali relattivi impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fuel u gas

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1489 u 1195 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' fuel u gas li mporta l-Gvern mis-sena 2000 sa l-2007 sena b'sena? Kemm daħħal mill-bejgħ tiegħu sena b'sena? Kemm minn dan il-bejgħ kien jinvolvi taxxa, kemm surcharge u kemm VAT sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Gvern ma jimportax fuel u gas.

Households

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1491 u 1196 u jgħid kemm hemm households f'Malta u Għawdex? Kemm hemm households f'Malta u Għawdex li ma jħallsux surcharge? Kemm kien l-ammont totali ta' surcharge li daħħal il-Gvern 2007?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor Interpellant hu mitlub jirreferi l-ewwel żewġ mistoqsijiet lill-Ministri konċernati. L-ammont totali ta' Surcharge li daħħlet l-Enemalta fl-2007, huwa ta' €60,930,040.

Kontroll ta' l-emissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Enemalta sabiex tikkontrolla l-varji tipi ta' emissjonijiet mill-power stations tal-Marsa u Delimara? Jista' jikkonferma jekk l-apparat għall-kontroll ta' l-emissjonijiet hux qiegħed jopera kif suppost kemm fl-impjant tal-Marsa u dak ta' Delimara? Meta kien l-aħħar darba li sar il-manteniment ta' dan l-apparat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Shipyards — Audited Accounts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1521 u cioe' jqiegħed fuq il-medja tal-Kamra l-Audited Accounts tal-Malta Shipyards Ltd għas-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ilma tax-Xorb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1585 u1447 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hu l-livell ta' nitrati fl-ilma tax-xorb li jasal fid-djar skond is-sors, jiġifieri jekk jasalx unikament mill-aquifers jew jekk jitħallatx mill-ilma tar-reverse osmosis plants, skond ir-reġjun ta' distribuzzjoni ta' ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Riġward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 1748.

San Ġwann — Speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jitlob lill-awtoritjiet konċernati biex jikkonsidraw li jiġu stallati speed cameras fi Triq in-Naxxar, San Ġwann fil-parti residenzjali u kummerċjali (bejn wieħed u ieħor bejn il-Kazin tal-Partit Nazzjonalista u l-Knisja Parrokjali) biex b'mod partikolari jiġi kkontrollat is-sewqan eċċessiv f'din it-triq, specjalment matul il-lejl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.