Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kiri ta’ karozzi - Nefqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24396 u 24913 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż iż-żewġ Segretarjati Parlamentari, b'kollox hemm ħames vetturi li huma mikrija.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27449 u 27775 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali rispettivament u jgħid x’inhu l-pjan għall-użu tal-binja ta’ Evans Building fil-Belt Valletta? Jista’ jgħid ukoll x’viżjoni għandu l-Gvern għall-użu ta’ din il-binja li tinsab f’lok prinċipali fil-belt kapitali ta’ Malta?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25982 u 26503 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi u jgħid kemm hemm impjegati fuq il-kotba tal-RSSL li għandhom impjieg kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-servizz pubbliku? Jista’ jagħti wkoll il-pakkett finanzjarju ta’ kull impjegat; l-iskala jew titlu tal-impjieg; jekk il-kuntratt hux definit jew indefinit; l-etajiet tal-impjegati, kif ukoll kemm minnhom huma ex impjegati tal-AirMalta?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li b’kollox hemm 651 ħaddiem fuq l-kotba tal-RSSL; 448 minnhom jaħdmu fis-Servizz Pubbliku, 144 mas-Settur Pubbliku u 59 mal-Kunsilli Lokali.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26740 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27666 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid liema organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet jew għaqdiet soċjali bbenefikaw minn fondi li oriġinaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, separatament għal kull sena? F’kull każ, x’kien l-iskop ta’ dawn l-għotjiet? F'kull każ, kemm kien il-benefiċċju li ngħata?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-rapporti annwali rigward l-Fond għal-Kawżi Soċjali li jitpoġġew kull sena fuq il-Mejda tal-Kamra.
Restawr ta’ knejjes u kappelli — Fond għall-Kawżi Ġusti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27665 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid liema knejjes u kappelli ġew/qed jiġu rrestawrati minn fondi li oriġinaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll liema kienu/huma dawn il-knejjes u kappelli?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-rapporti annwali rigward l-Fond għal-Kawżi Soċjali li jitpoġġew kull sena fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni kif mitluba taqbeż l-advisory cost limit.
Kuntratti prekarji u nuqqas ta’ sigurtà tax-xogħol
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26733 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kif il-Gvern qed jittratta l-kwistjoni tal-kuntratti prekarji u n-nuqqas ta’ sigurtà tax-xogħol li jolqtu b’mod sproporzjonat lill-ħaddiema żgħażagħ?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26982 u 27692 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Interpellant.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jirriklama fuq l-istazzjonijiet lokali kollha tat-televiżjoni u r-radju biex iwassal informazzjoni utli dwar servizzi, skemi u inizjattivi ta’ relevanza għall-pubbliku inġenerali, inkluż il-Baġit.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL5513 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 345 tal-21 ta’ Mejju 2025)
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat għad-Djalogu Soċjali - Gazzetta tal-Gvern - Avviżi pendenti
Question
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ avviżi pendenti li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Prim Ministru biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għall-perjodi bejn Jannar sa Ġunju 2024, Lulju sa Diċembru 2024 u Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jindika x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-avviżi għadhom ma’ ġewx approvati u ppubblikati?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor.Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27022 fejn diġà spjegajt li l-avviżi tal-Gvern jiġu ppublikati fil-Gazzetta tal-Gvern skont il-ħtieġa.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Gazzetta tal-Gvern - Avviżi pendenti
Question
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ avviżi pendenti li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Prim Ministru biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għall-perjodi bejn Jannar sa Ġunju 2024, Lulju sa Diċembru 2024 u Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jindika x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-avviżi għadhom ma’ ġewx approvati u ppubblikati?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27022 fejn diġà spjegajt li l-avviżi tal-Gvern jiġu ppublikati fil-Gazzetta tal-Gvern skont il-ħtieġa.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi (TCNs) jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u kemm hu twil il-kuntratt tagħhom?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta' Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema bord ta' Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x'pożizzjoni għandhom/kellhom u x'inhi/kienet il-kariga tagħhom? X'remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X'inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta' din il-ħatra?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26982 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Traffikar ta’ bnedmin – Restituzzjoni u kumpens lill-vittmi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21055 u 22349 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol rispettivament u ċjoè: F’Lulju 2024, waqt it-tnedija tal-istrateġija nazzjonali kontra t-traffikar tal-bnedmin, il-Gvern ħabbar li “fl-aħħar ħames snin, ġew identifikati mal-50 vittma ta’ traffikar uman f’pajjiżna”. Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-vittmi ngħataw restituzzjoni u kumpens mill-Gvern? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-ammont tar-restituzzjoni u kemm kien il-kumpens f’kull każ?
Response (ABELA, ROBERT)
Nerġa nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21487 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jagħti breakdown ta’ kif tqassmu u ntefqu s-€16-il miljun fuq il-proġett taż-żona l-ġdida għall-kunċerti f’Ta’ Qali? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-invoices u l-irċevuti?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26094 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid għaliex hemm diskrepanza fl-implimentazzjoni tal-Wage Regulation Orders (WRO) bejn setturi varji tal-impjieg b’mod li hawn min għandu għaxart ijiem sick leave bil-paga sħiħa u hawn min għandu 30 ġurnata sick leave bil-paga sħiħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li d-diskrepanzi fid-drittijiet ta’ leave għall-mard li jeżistu fil-liġijiet tax-xogħol, hekk imsejħa Wage Regulation Orders, huma minħabba l-fatt li dawn id-diversi liġijiet ġew promulgati matul żminijiet differenti.
Bħala parti mit-twettiq tal-programm tal-Gvern, dawn il-liġijiet qed jiġu riveduti u armonizzati. Fil-fatt, filwaqt li sar eżerċizzju fejn ġew analizzati l-anomaliji u d-diskrepanzi kollha f’dawn il-liġijiet; fil-bidu ta’ din is-sena ġie imwaqqaf Kumitat Permanenti biex ikompli bit-tieni fażi tar-riforma fejn preżentement qiegħed iħejji l-abbozzar tal-ewwel emendi ta’ dawn il-liġijiet.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26095 u jgħid għaliex hemm diskrepanza fl-implimentazzjoni tal-Wage Regulation Orders (WRO) bejn setturi varji tal-impjieg b’mod li hawn min għandu għaxart ijiem sick leave bil-paga sħiħa u hawn min għandu 30 ġurnata sick leave bil-paga sħiħa?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26777 u jgħid liema huma l-proġetti li qed jiġu użati Fondi Ewropej biex isiru u li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.