Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — Persons of trust
Question
Jista’ d-Deputat Prijm Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn il-pagi u benefiċċji?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2012 ma kelli l-ebda Ministeru.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — Persons of trust
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu bħalissa u kemm hu l-ammont totali ta’ dawn il-pagi u benefiċċji?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 20993.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid u jiċċara xi kriteriji qed jintużaw fil-każ ta' spettaturi f’attività sportiva u jekk dawn il-kriterji hux qed ivarjaw skont l-isport partikolari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-Mandatory Standards for Sports Activities, l-attendenza ta' spettaturi hija permessa fi kwalunkwe avveniment sportiv, inklużi logħbiet tal-kampjonat, provi tal-ħin, kompetizzjonijiet sportivi u sessjonijiet ta' taħriġ skedati u organizzati minn entitajiet irreġistrati ma' Sport Malta. Dan huwa applikabbli għall-isports kollu. L-attendenza tal-ispettaturi hija rregolata skont l-iStandards for safer organised controlled events.
Dawn l-istandards jistipulaw li l-attendenza għandha tkun permezz ta’ booking/reservation/ tickets u kif ukoll reġistrazzjoni minn qabel. Id-dħul huwa esklussivament fuq preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' tilqim validu. Għal avvenimenti bħal dawn għandu jkun hemm organizzatur li jkun identifikat u responsabbli għall-avveniment.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hija l-medja ta’ persuni fis-sena f’pajjiżna li jmutu minħabba l-kanċer? X’tip ta’ kanċer huwa l-aktar komuni fost in-nisa u l-irġiel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2019 mietu 960 persuna minħabba l-kanċer f’pajjiżna. L-aktar kanċer komuni li joqtol fl-irġiel huwa l-kanċer tal-pulmun u fin-nisa huwa l- kanċer tas-sider.
Primary Healthcare – ħaddiema b’kuntratt bħala skrivana
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk ħaddiema impjegati bil-kuntratt bħala skrivana mal-primary health care hux qed jiġu assenjati biex jagħmlu xogħol ta' maintenance?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemmx ħaddiema impjegati bil-kuntratt bħala skrivana mal-Primary Health Care li qed jagħmlu xogħol ta' maintenance.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk wara r-riżenja ta' manager mal-primary health care ġiex assenjat xi persuna oħra bħala acting manager? Jista’ jgħid xi kwalifiki tipposjedi tali persuna biex ġiet assenjata l-grad ta’ acting manager?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda riżenja ta’ Manager fil-Primary Health Care.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx, u kemm huma twal, il-waiting lists għall-operazzjonijiet tal-uroloġija, l-ortopedija, l-oftalmoloġija, u oħrajn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għal-operazzjoni iktar minn dak stipulat fil-Patient Charter, fl-Ortopedija huma 2210, fl-Oftalmoloġija 1004 u fil-Uroloġija 38.
Pazjenti morda bil-kanċer – sick leave – għajnuna mill-Gvern
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fil-każijiet ta’ pazjenti morda bil-kanċer, hijiex tingħata l-għajnuna li kienet imwiegħda fil-budget tal-2019 lill-pazjenti tal-kanċer f’każ li minħabba l-kura li jkunu qed jieħdu fit-tul, bħalma hi l-chemo, dawn il-pazjenti jispiċċalhom is-sick leave? Il-wegħda tal-2019 kienet tgħid li l-Gvern ser jagħmel tajjeb għas-sick leave hu, għal ħaddiema li jispiċċalhom is-sick leave.
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta' vaċċini li ġew mogħtija minn Malta lill-pajjiżi esteri u lil-liema pajjiżi ngħataw? Xi pjanijiet hemm sabiex jingħataw aktar vaċċini lill-pajjiżi oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa Malta għamlet għotja ta’ 40,000 vaċċin lill-Libja u bħalissa qegħdin naħdmu fuq għotja ta 30,000 vaċċin ieħor lill-Eġittu.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ingħataw vaċċini kontra l-Covid-19, xahar xahar sa l-aħħar ta' Settembru u t-tip ta' vaċċin li ngħata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena ngħataw 233,384 dożi tal-vaċċin Vaxzevria, 43,412 mill-Moderna, 547,531 mill-Comirnaty u 33,923 dożi tal-vaċċin Johnson & Johnson. In-numru ta’ dożi li ngħataw bħala booster huma inklużi.
Jista’ d-Deputat Prrim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ħaż-Żabbar – Triq il-Pellegrinaġġ tar-Roti – ġrieden fi djar tar-residenti — passi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma x’passi ttieħdu sabiex jiġu protetti r-residenti ta’ Triq il-Pellegrinaġġ tar-Roti Ħaż-Żabbar mid-diversi ġrieden li qed jidħlu f’djarhom minn għalqa li fiha terzi qed jixħtu materjal varju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva żewġ ilmenti rigward it-Triq indikata. L-ewwel ilment daħal f’Mejju tal-2020 dwar akkumulu ta’ materjal mormi ġo għalqa privata f’din l-imsemmija Triq u infestazzjoni ta’ ġrieden. F’Ġunju ta’ din is-sena daħal ukoll ilment ieħor dwar l-akkumulu biss. Dawn iż-żewġ ilmenti ġew investigati minn uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali.
Mill-investigazzjonijiet jrriżulta li l-akkumulu li hemm fl-għalqa jikkonsisti fi skart inorganiku bħal bramel vojta tal-plastik u mbarazz ieħor mormi. Minkejja diversi tentattivi sabiex jiġi stabbilit is-sid ta’ din l-għalqa sa’ llum għadna ma nafux lil minn tappartjeni. Saru trattamenti għall-kontra l-ġrieden fl-akkwati ta’ din l-għalqa minn ufficjali tat-Taqsima tal-
Pest Control Unit
fi ħdan id-Direttorat. Dawn it-trattamenti saru kemm is-sena li għaddiet kif ukoll din is-sena.
L-uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali ser ikomplu b’investigazzjoni tagħhom sabiex jiġi stabbilit is-sid tal-għalqa sabiex jitneħħa l-akkumulu.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jaġġorna lill-Kamra fiex waslu n-negozjati ma' Stewart Healthcare u meta hemm il-ħsieb illi jiġu konklużi dawn it-trattattivi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-taħdidiet għadhom għaddejjin.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21926, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fejn wara s-sentenza tal-Kawża C663/18 B S & C A ġie ddikjarat li l-Cannabidiol, li huwa s-sustanza derivanti mill-Pjanta Cannabis Sativa b’anqas minn 0.2% Tetrahydrocannabinol (THC), għandu jiġi meqjus bħala ikel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-gvern ippubblika white paper dwar dan is-suġġett li għandha tkompli tikkontribwixxi għad-diskussjonijiet rigward l-użu tal-kannabis.
Jista d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika x’itwettaq sa’ issa mill-Istrateġija Nazzjonali tas-Saħħa Mentali minn mindu ġiet implimentata fil-bidu tas-sena l-oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa Mentali hija mifruxa fuq meddha t’għaxar snin. Kemm ilha li ġiet varata din l-iStrateġija, bdiet ħidma u konsultazzjoni wiesgħa biex jibda’ u jitkompla x-xogħol f’oqsma diversi. Il-punti hawn taħt imsemmija jindikaw xi twettaq s’issa, iżda ma jirriflettix ix-xogħol kollu li sar minħabba li t-twettiq ta’ din l-iStrateġija huwa parti minn proċess kumpless u li jieħu ż-żmien.
Nippromovu is-Saħħa Mentali u l-Ben Esseri
-Nindirizzaw l-impatt tal-qafas soċjali fuq is-Saħħa mentali:
Qed nindirizzaw il-qafas soċjali tal-individwu li jista’ jagħmel l-individwu iktar suġġett għall-mard mentali. Il-Mental Health Services qed jipparteċipa fi studju li qed isir mis-Superintendenza tas-Saħħa Pubblika, biex nistudjaw, l-impatt li l-qafas soċjali għandu fuq is-saħħa mentali u b’hekk ikun jistgħu jiġu ndirizzati biex nipprevvjenu dan il-mard. L-istħarriġ sa jsir iktar tard din is-sena bir-riżultati joħorġu s-sena d-dieħla.
Qed inżidu l-għarfien dwar is-saħħa mentali billi l-professjonisti tas-Saħħa Mentali jużaw pjattaformi diversi – bħal Webinars, diskussjonijiet fil-komunita’ li jsiru fil-kunsilli lokali, mal-korp tal-pulizija, parteċipazzjoni fi programmi fuq il-midja tradizzjonali u wkoll fuq dik soċjali.
L-Occupational therapists attendew għall-programm ta’ Financial Literacy biex b’hekk ikunu jistgħu jgħinu lill-persuni b’diżordni mentali biex jużaw flushom aħjar.
-Użu ta’ sustanzi lleċiti:
Qed tiżdied il-kooperazzjoni bejn professjonisti fis-Saħħa Mentali u NGOs f’dan il-qasam bil-ħsieb li tiżdied is-sinerġija bejniethom permezz ukoll ta’ stħarriġ tal-infermiera li jaħdmu ma’ dawn il-klijenti biex joffru terapija aħjar.
Sar refurbishment estensiv ta’ sala għall-pazjenti nisa bid-dual diagnosis – problemi mentali u dipendenza mid-droga.
Rikonfigurazzjoni tas-Servizzi tas-Saħħa
-Integrazzjoni tas-Saħħa Fiżika ma’ dik Mentali
Qed jingħata servizz minn tabib tal-familja fi ħdan is-servizzi tas-saħħa mentali. Tobba li qed jitħarrġu biex jispeċjaliżżaw bħala tobba tal-familja, qed jagħmlu tlett xhur fil-qasam tas-Saħħa Mentali, biex b’hekk iżidu l-għarfien tagħhom f’dan il-qasam.
F’Ħal Qormi, kemm is-servizz primarju u dak mentali jingħataw mill-istess post u f’Lulju tal-2020 żdiedu s-servizzi tas-saħħa mentali li jingħataw miċ-ċentru tas-saħħa ta’ ħal-Qormi. Is-servizzi l-ġodda huma klinika tas-psychogeriatrics u oħra għall-adulti b’learning disorders.
L-iSptar Psikjatriku ġdid sa jinbena ħdejn l-isptar Mater Dei, b’hekk titneħħa l-istigma assoċjata mal-isptar kurrenti. Barra minnhekk tiġi ffaċċilitata l-koperazzjoni bejn iż-zewġ sptarijiet billi jissaħħu s-servizzi psikjatriċi ġewwa Mater Dei u s-servizzi għall-mard fiżiku f’pazjenti ġewwa l-isptar psikjatriku.
-Servizzi fil-komunita’:
Ingħalqet il-Psychiatric Out Patients fl-isptar Mater Dei u dan is-servizz qed jingħata mill-kliniċi tas-saħħa mentali li qegħdin fil-komunita’ l-eqreb ta’ fejn jgħix il-klijent.
¯diedu l-professjonisti fil-qasam ta’ saħħa mentali fil-komunita’ biex ikunu jistgħu jlaħħqu maż-żieda tas-servizzi li qed jiġu provduti.
Qed jintużaw premises fil-Qawra, minn fejn jingħataw servizzi fis-saħħa mentali permezz ta’ clinics biex jilħqu aħjar il-klijenti tat-Tramuntana ta’ Malta.
Qed ikompli jissaħħaħ is-servizz tat-tfal CAPES fil-komunita’ biex isegwi tfal bi problemi ta’ Saħħa Mentali fil-komunita’ biex kemm jista’ jkun pazjenti t’eta żgħira ma jkollhomx bżonn jiddaħħlu fl-isptar Monte Carmeli.
-Servizzi t’Emerġenza:
Tkompla l-iżvilupp tat-tim tas-servizz fl-emerġenza fl-isptar Mater Dei, billi s’issa hemm preżenza ta’psikjatra jew HST u zewġ infermiera. Qed ikomplu jsiru diskussjonijiet sabiex kontinwament jissaħħu s-servizzi li jingħataw mill-isptar Mater Dei u dawk tal-isptar Monte Carmeli.
-Sptar Akut Psikjatriku Ġdid
L-isptar Akut Psikjatriku Ġdid huwa ppjanat li jsir ħdejn l-isptar Mater Dei, dan biex il-pazjenti taż-żewġ sptarijiet jkollhom servizzi aħjar tal-kura fiżika u dik mentali – integrated care. Beda’ x-xogħol fuq l-ippjanar ta’ dan l-isptar billi sar il-medical brief, l-art qed tiġi ttrasferita lill-Ministeru għas-Saħħa u nħareġ tender għad-Design ta’ din il-faċilità.
L-isptar sa jkollu madwar 120 sodda u jkollu sezzjoni ta’ Kura Intensiva. Sa jkun hemm taqsima ta’ Sptar ta’ Matul il-Jum (Day Hospital), biex isir moniteraġġ mill-qrib ta’ persuni li jgħixu fil-komunità li għalkemm m’għandhomx bżonn kura ġewwa l-isptar għandhom bżonn ikunu segwiti aktar mill-qrib.
- Repurposing ta’ L-iSptar Monte Carmeli
Sar refurbisment estensiv fis-sala għall-pazjenti bid-dual diagnosis. Is-sala ġiet mgħammra bis-sħiħ biex permezz t’għamara, aperturi u faċilitajiet sanitarji (anti-ligature) tkun addattata għal dawn il-klijenti biex it-terapija tingħata f’ambjent sikur u sabiħ. Hemm sezzjoni li hija ddedikata għal-pazjenti li għandhom bżonn ta’ kura aktar intensiva.
Tlestew żewġ Isolation Units li huma sikuri biex jistgħu jakkomodaw lill-pazjenti b’diżordni mentali imma li jkunu qed isofru wkoll b’mard infettiv.
Qed isir xogħol f’ żewġ swali tas-psychogeriatrics, peress li hemm domanda għal din it-tip t’akkomodazzjoni fis-soċjeta. Kull sala sa takkomoda 23 pazjent u sa jsir ġnien addattat għal dawn il-klijenti. Sa jsiru żewġ Isolation Units, biex jakkomodaw pazjenti b’mard psikjatriku meta jkunu qed isofru wkoll minn mard infettiv.
Qed jiġi ppjanat ġnien fil-Young People’s Unit, bħala post terapwetiku għall-klijenti t’eta’ żgħira.
Qed isir refurbishment fuq sala oħra għall-kura ta’ pazjenti li jkollhom bżonn t’ammissjoni aktar fit-tul minħabba problemi ta’ Saħħa Mentali.
Qed tiġi ppjanata sala oħra li se sservi għall-istess kategorija msemmija hawn fuq u dalwaqt jinħareġ it-tender għax-xogħolijiet.
Support lill-Persuni b’Diżordni Mentali
-Rijabilitazzjoni u support
Komplejna bil-ħidma biex persuni b’diżordni mentali ma jibqgħux jirċievu l-kura ġewwa l-isptar imma billi jibdew jgħixu fil-komunita’ ġewwa l-hostels.
Persuni b’learning disability ma baqgħux jgħixu fl-isptar Monte Carmeli imma issa qed jgħixu fil-komunita’ ġewwa dar partikolari.
Nsaħħu lill-Ħaddiema fil-qasam tas-Saħħa Mentali u nintroduċu Sistemi Ġodda
Niżvilluppaw u nsostnu lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa mentali
Preceptorship programme li ta sapport u taħriġ lill-infermiera ġodda biex jinżammu f’dan l-impieg.
Ingħata taħriġ lill-infermiera li jinkludi safe wards project, Mental Health First Aid (li ngħata lill-ħaddiema tal-komunita’) u Coaching lill-managers tal-Infermiera kif ukoll taħriġ ieħor lill-management biex jitjieb is-servizz mogħti.
Biex jiġu involuti il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa mentali fid-deċiżjonijiet f’dan il-qasam qed isiru laqgħat ta’ konsultazzjoni bejn il-management u l-ħaddiema f’dan is-settur regolarment.
Sar pjan biex jiġu ngaġġati kontinwament aktar professjonisti f’dan il-qasam sabiex ikun hemm aktar żvilupp fiż-żieda tal-professjonisti fil-qasam tas-Saħħa Mentali infatti qed isiru diskussjonijiet regolari biex jinħarġu applikazzjonijiet sabiex jiġu ngaġġati iktar ħaddiema professjonali f’dan il-qasam.
Sabiex jiġi pprovdut sostenn psikoloġiku lill-ħaddiema fis-Saħħa Mentali qed jiġi pprovdut programm mill-ESP (Employee Support Programme).
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk fil-ġimgħat li ġejjin hux ser jibdew isiru t-testijiet tad-demm fil-Berġa ta’ San Pawl il-Baħar peress li kif kont diġà indikajt fil-Parlament, tali servizz ikun qed inaqqas l-iskariġġ għar-residenti ta’ din il-lokalità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-21 t’Awwissu tnieda għall-ewwel darba is-Servizz tat-Teħid tad-Demm fil-Klinika fil-Komunita’ tal-Mellieħa. Ir-residenti ta’ San Pawl il-Baħar u tal-madwar jistgħu jagħmlu użu mill-Klinika fil-Komunita’ tal-Mellieħa għal dan is-servizz.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkunsidra li kull skola jkollha konsenja adrenaline auto injector (bħalma hi l-Epi-pen Jr) u dan biex nissalvagwardjaw l-interess ta’ saħħet l-ulied waqt li niffrankaw spejjeż żejda lill-ġenituri li jkollhom jixtru ammont ta’ injectors kull perjodu li eventwalment jiskadu f’qasir żmien jekk ma jkunux użati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn l-injections qed jiġu kkunsidrati.