Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #32240 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Familja — tnaqqis mill-budget

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tagħha bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Tista' tagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #32272 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

PBS — informazzjon dwar il-konsulenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid b'mod aġġornat, min huma bħalissa l-konsulenti mħallsa mill-Public Broadcasting Services, xi ħlas jieħdu u għal kemm huwa l-kuntratt? Kemm hemm persuni full-time u part-timeu min huma, li qed jieħdu ħsieb il-monitoring tal-programmi u l-aħbarijiet? Tista’ l-Ministru tgħid x'karigi kellhom, jekk kellhom, qabel fil-Public Broadcasting Services? Ġie impjegat xi ħadd minn barra l-Public Broadcasting Services biex jagħmel dan ix-xogħol? Kif, b'liema kwalifiki u salarju kien impjegat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-PBS bħalissa m’għandhiex konsulenti. Mal-PBS hemm 79 impjegat full-time u persuna waħda part-time. Hemm żewġ persuni li jieħdu ħsieb il-monitoring tal-programmi li t-tnejn huma impjegati full-time li kollha ilhom jaħdmu mal-PBS għal aktar minn sittax-il sena. Is-sistema tal-monitoring inbidlet ħafna, u dawn iż-żewġ ħaddiema tekniċi fil-qasam tal-operat qegħdin jinġestjaw il-materjal kollu, kif ukoll jevalwaw il-programm. Dan qed isir għaliex TVM m’għadux jaħdem bit-tapes. Apparti minn dawn hemm persuna oħra li xogħlha hu li żżomm id-dettalji tal-items kollha tal-aħbarijiet. Din l-impjegata taħdem mal-Kumpanija bħala Clerk. Hemm persuna oħra li hi responsabbli mill-Quality Control tal-programmi kollha u bħala parti minn xogħlha tibgħat rapporti u jkollha laqgħat mal-producers. Din il-persuna hija impjegata fuq Contract for Service u tirraporta lill-Bord Editorjali. Sa ftit xhur ilu dan ix-xogħol kien isir minn tlett persuni li kienu jaħdmu fuq Contact for Service.

skejjel bla skrivana

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna skejjel f'Malta li huma bla skrivani jew assistenza klerikali kif suppost? Kemm ilhom vakanti dawn il-postijiet u meta se jimtlew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li f’dan il-mument hemm skola waħda biss bla skrivana. Din il-vakanza ilha minn Diċembru 2011. Il-vakanza tiġi mimlija mid-Direttorat fil-futur qarib.

tfal li għandhom bżonn l-għajnuna biex jitgħallmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna tfal bid-dyslexia, bid-dyscalculia u bid-dyspraxia separatament, li talbu għajnuna biex jitgħallmu u għadhom qed jistennew din l-għajnuna? Kemm ilhom jistennew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ġew identifikati 1,646 studenti li jbatu minn waħda jew iktar minn dawn il-kundizzjonjiet. Mhux possibli nagħtu statistika fuq it-tliet kundizzjonijiet separatament minħabba li huma relatati ħafna u spiss l- istudent jista’ jkollu żewġ jew tliet kundizzjonijiet fl-istess waqt. Sal-lum għandna 251 student li qegħdin jistennew biex jiġu assessjati mill-għalliema tal-SpLD, u dawn ġew riferuti fis-sena 2011 . Sadanittant, dawn it-251 student flimkien mal-istudenti l-oħra li mill-Yr 1 sal-Yr 4 ġew identifikati li għandhom ħiliet bażiċi permezz taċ-Checklist qed isirulhom programmi personalizzati ta’ appoġġ kemm ġol-klassi kif ukoll barra mill-klassi, fil-kuntest tal-Istrateġija għal-Litteriżmu. Din l-istrateġija tinkludi l-involviment l-għalliema tal-Complementary Education, tal-Literacy Support u tal-SpLD. Apparti dan minn Frar ta’ din is-sena beda programm intensiv ta’ appoġġ integrat fit-tagħlim tal-litteriżmu. Dan il-programm ilaqqa’ għalliema individwali tal-Year 4 ma’ grupp ta’ speċjalisti li juru fil-prattika u joffru appoġġ ta’ follow-up dwar kif jista’ jsir it-tagħlim differenzjat permezz tal-litteriżmu.

Access Disability Support Committee — talba għall-għajnuna lil studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet lill-Access Disability Support Committee għal għajnuna għal studenti għall-eżamijiet tas-SEC fit-tliet sessjonijiet tal-eżami li għaddew? Kemm ġew milqugħa minn dawn it-talbiet? Kemm hemm talbiet għas-sessjoni li jmiss u kemm minnhom ġew milqugħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ talbiet lill-Access-Disability Support Committee għal għajnuna għal studenti fl-eżamijiet tas-SEC fit-tliet sessjonijiet tal-eżami li għaddew kienu: Sena Numru ta’ Applikazzjonijiet Applikazzjonijiet milqugħa 2009 303 282 2010 350 338 2011 447 428 Għas-sessjoni tal-eżamijiet tas-SEC li jmiss f’Mejju 2012 hemm 520 talba minn studenti lill- Access-Disability Support Committee għal għajnuna. Dawn għadhom qed jiġu pproċessati.

taħriġ lill-għalliema dwar id-dyslexia

Question

Tista' l-Ministru tgħid fl-erba' snin skolastiċi li għaddew kemm saru attivitajiet mal-għalliema fl-iskejjel primarji u sekondarji, skola bi skola biex l-għalliema jiġu mgħarrfa x'inhi d-dyslexia? Kemm ingħata taħriġ lill-għalliema biex ikunu jafu kif jgħinu studenti bid-dyslexia?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Statementing Board — talbiet għall-għajnuna

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm talbiet quddiem l-istatementing board biex tfal jingħataw għajnuna huma u jitgħallmu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ talbiet quddiem l-istatementing Board huwa kif ġej: 307 Skejjel tal-istat 232 Skejjel tal-Knisja 16 Skejjel f’Għawdex 58 Skejjel tal-Privat

għalliema mingħajr laptop

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel li għadhom mingħajr laptop?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Sas-27 ta’ Frar kien hemm 52 għalliema mingħajr laptop (4 għalliema fil-Primarja, 11 għalliema peripatetic u 37 għalliema fis-sekondarja). Hemm ukoll Assistent Kap li għadha mingħajr laptop. Din qegħda fir-Resource Centre San Miguel. Bħalissa għaddej il-proċess biex jingħataw dawn il- laptops .
Leg 11 PQ #32393 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Education 22 — three year plan

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-three year plan għal dak li kien Education 22 u li l-Public Broadcasting Services ippreżenta lill-Ministeru tal-Edukazzjoni lejn nofs is-sena li għaddiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qatt ma kien ippreżentat three year plan għal E22 is-sena li għaddiet.
Leg 11 PQ #32394 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

TVM2 — informazzjoni dwar il-junior manager

Question

Tista’ l-Ministru tindika min hija l-persuna magħżula mill-Public Broadcasting Services biex tassumi r-rwol ta' junior manager ta' TVM2?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuna magħżula biex tassumi r-rwol ta’ Junior Manager TVM 2 hija Ms Natalie Bonnici.

PBS — Kap tal-Isport - pakkett ta' remunarazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-pakkett ta' remunarazzjoni li jgawdi l-Kap tal-Isport tal-Public Broadcasting Services?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Isport Section tal-PBS taqa’ taħt il-Manager News u jieħu ħsiebha wieħed mill-Koordinaturi. Ir-remunerazzjoni bażika hija skont il-Ftehim Kollettiv, però tinkludi wkoll numru ta’ allowances. It-total tal-pakkett kollu huwa ta’ €35,000 fis-sena.
Leg 11 PQ #32539 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

San Pawl il-Baħar — skola primarja - xogħol infrastrutturali

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol infrastrutturali li hemm il-ħsieb li jsir fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar skont ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30566?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ix-xogħol infrastrutturali fl-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar huwa mistenni li jibda fis-sajf li ġej.
Leg 11 PQ #32551 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Dipartiment tas-Soċjoloġija — kap tad-dipartiment u lecturers

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huwa l-Kap tad-Dipartiment tas-Soċjoloġija fl-Università ta' Malta u kemm ilu jokkupa din il-kariga? Tista' tgħid kemm hemm lecturers fid-Dipartiment tas-Soċjoloġija u min huma? Kemm hemm minnhom full-time u kemm hemm minnhom part-time u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom? Tista' tgħid liema huma l-korsijiet offruti minn dan id-Dipartiment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32553 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Employment Aid Programme — Nies li pparteċipaw

Question

Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar kemm nisa u rġiel maqsuma separatament bl-etajiet (age cohorts: 15-19, 20-24, 25-29, 30-34, 35-39, 40-44, 45-49, 50+) ġew ingaġġati f'din l-iskema mill-2009 sal-lum, kif ukoll tindika l-persentaġġ ħdejn kull age cohort ta' dawk li baqgħu jaħdmu? Tista' tgħid ukoll kemm flus ġew minfuqa ħdejn kull age cohort?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32554 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ETC — personal action plans

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ jaħdmu fuq il-Person Action Plans fl-2010 u kemm minn dawn iddedikaw sigħat ta' xogħol fuq bażi annwali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ impjegati fil-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ li kienu jaħdmu fuq Personal Action Plans fl-2010 kien ta’ 27. Dawn l-impjegati flimkien iddedikaw 49,229 siegħa ta’ xogħol fis-sena msemmija.
Leg 11 PQ #32555 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ETC — Work trial scheme

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm mit-377 parteċipant li ħadu sehem fil-Work Trail Scheme fl-2010 huma rreġistrati bħala li qed jaħdmu sal-lum, maqsuma bejn irġiel u nisa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mit-377 parteċipant li ħadu sehem fil-Work Trial Scheme fl-2010, fl-aħħar ta’ Frar 2012 kien hemm 82 raġel u 89 mara, total ta’ 171, persuna li kienu qed jaħdmu.
Leg 11 PQ #32556 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ETC — Training and Employment Exposure Scheme

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm mill-460 parteċipant fl-iskema TEES għadhom f'impjieg sal-lum, maqsuma bejn irġiel u nisa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-460 parteċipant li ħadu sehem fit-Training and Employment Exposure Scheme, fl-aħħar ta’ Frar 2012 kien hemm 152 raġel u 50 mara, total ta’ 202 persuni, li kienu qed jaħdmu.
Leg 11 PQ #32557 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ETC — Mainstream Courses

Question

Tista’ l-Ministru tagħti statistika dettaljata dwar il-Mainstream Courses offruti mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fl-2010, billi tipprovdi informazzjoni dwar jekk il-parteċipanti (13,679 persuna) li attendew dawn il-korsijiet kenux impjegati jew ifittxu xogħol u maqsuma bejn irġiel u nisa, f’kategorija ta’ age cohorts (15-19, 20-24, 25-29, 30-34, 35-39, 40-44, 45-49, 50+)? (L-informazzjoni mitluba għandha jekk jista’ jkun tingħata f’termini ta’ unique persons)

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32558 Sitting 453 2012-03-05 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ETC — Training and Framework

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ hux se tagħmel xi forma ta' studju biex tara l-effettività tal-flus maħruġa taħt din l-iskema fuq il-produttività tal-ħaddiema li bbenefikaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Managing Authority fi ħdan l-Uffiċju tal-Prim Ministru diġà bdiet tagħmel evalwazzjoni tal-iskemi finanzjati permezz tal-ESF u l-ERDF. Fost dawk li skemi li ġew evalwati insibu it-Training Aid Framework (TAF). L-ETC ħadet sehem f’dawn l-evalwazzjonijiet billi għaddiet l-informazzjoni dwar dawk il-kumpaniji li applikaw u bbenefikaw mill-iskema. Peress illi evalwazzjoni diġà qed issir mill- Managing Authority , il-Korporazzjoni ma tħossx il-ħtieġa li tagħmel evalwazzjoni oħra meta tqis li l-informazzjoni li ħa tinġabar permezz tal-MA ħa tiġi mgħotija lil ETC. Madankollu tajjeb li ngħidu li l-ETC kontinwament tirċievi informazzjoni u kummenti mingħand il-klijenti tagħha fejn dawn isostnu kemm it-taħriġ mogħti lil ħaddiema tagħhom permezz ta’ din l-iskema huwa ta’ benefiċċju. L-utilità u l-bżonn ta’ skema bħat-TAF jista’ ukoll jiġi mkejjel min-numru ta’ applikazzjonijiet kontinwi li jaslu għand il-Korporazzjoni. Sa mil-bidu ta’ din l-iskema (Frar 2009), l-Korporazzjoni rċeviet ‘il fuq minn 3,500 applikazzjoni.
Leg 11 PQ #31947 Sitting 452 2012-02-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — kuntratti għall-ingaġġ ta' skrivani

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk matul is-sena 2011, ingħatawx kuntratti mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha sabiex jingħata servizz ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid għal kull każ kemm kien l-ammont imħallas kull siegħa għas-servizz offrut?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.