Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #23619 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Opri tal-Baħar — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija minn opri tal-baħar matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23618.
Leg 11 PQ #23620 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Lukandi u fabbriki — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija minn lukandi u fabbriki matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010 il-Pulizija kellha 427 rapport ta' serq minn lukandi u 34 minn fabbriki.
Leg 11 PQ #23621 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serq fuq it-turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru fuq it-turisti matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli. Madankollu ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 2356 persuna ta’ nazzjonalità barranija li allegatament sfaw vittma ta’ xi tip ta’ serq.
Leg 11 PQ #23622 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Mużewijiet — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rraportati lill-Pulizija minn mużewijiet matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni dwar dan it-tip ta' serq ma tinżammx fi klassifika għaliha għal fini ta' statistika. Għaldaqstant it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli
Leg 11 PQ #23623 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dipartiment u Ministeri tal-Gvern — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija minn dipartimenti u ministeri tal-gvern matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, ġew irrapurtati lill-Pulizija 23 l-każ ta’ serq minn bini tal-gvern.
Leg 11 PQ #23676 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Police strip search guidelines

Question

Jista' l-Ministru jippubblika l-police strip search guidelines ħalli l-pubbliku jiġi aġġornat aħjar dwar dawn il-linji gwida ġodda?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-linja gwida li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Membru, qed jiġu rivalwati.
Leg 11 PQ #23902 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija Għawdxin — spejjeż in konnessjoni mal-vjaġġi lejn Malta

Question

Peress li bħalissa pulizija Għawdxin qed jiġu Malta għal kors u peress li dan jinvolvi spejjeż in konnessjoni mal-vjaġġ lejn Malta u lura, jista' l-Ministru jara li jkun hemm trasport provdut u jgħid jekk hux se jitħallsu tal-ispejjeż li qed jagħmlu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Korp tal-Pulizija qed joħroġ l-ispejjeż relatati mat-traġitt bil-vapur lil dawk il-membri tal-Korp stazzjonati Għawdex li jkunu meħtieġa jattendu għat-taħriġ f'Malta.

Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga dieħla f'Malta matul is-sena 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi d-droga maqbuda dieħla Malta matul is-sena l-oħra, kienet: Heroin 4kgs959.8grms Cocaine 2kgs735.36grms Cannabis Resin 29kgs900grms Cannabis Grass 627.8grms Ecstasy (look alike) 4 tablets Mephedrone 5kgs566.44grms Khat 422kgs430grms

tipi ta' droga illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' droga illegali jeżistu fis-suq Malti u kemm huwa kkalkulat li hemm suq għal kull droga?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fost it-tip ta’ droga illegali li wieħed isib f’Malta hemm Cocaine, Heroin, Cannabis Resin, Cannabis Grass, Cannabis Plant, Ecstasy, Ecstasy, LSD, Mephedrone u Methadone. Peress illi l-użu ta’ din it-tip ta’ droga huwa illegali, huwa difficli sabiex wieħed jikkwantifika kemm hawn fis-suq.

Barunijiet tad-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu barunijiet tad-droga u ttieħdu passi kontra tagħhom matul is-sena 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra 160 persuna fuq traffikar ta' droga.

xorb illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li jidħol xorb illegali f'Malta u Għawdex f'sena kalendarja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-importazzjoni ta' xorb alkoħoliku jaqa' taħt id-Diviżjoni tad-Dwana, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Madankollu infurmat ukoll illi s-sena l-oħra l-Pulizija ressqet 4 persuni in konnessjoni ma' xorb bil-kuntrabandu.
Leg 11 PQ #23421 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kawżi pendenti ta' separazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti fejn jidħlu separazzjonijiet f'Għawdex u kemm ilhom pendenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sal-4 ta' Frar ta' din is-sena in-numru ta' kawżi dwar separazzjoni f'Għawdex kien ta' 30 u ilhom pendenti kif jidhru fit-tabella t'hawn taħt:-
Leg 11 PQ #23479 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi użati mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ta' liema ditta huma? Jista' jgħid ukoll liema huma dawk il-karozzi li jintużaw fil-weekends u fil-festi? Min jagħmel użu minnhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru kumplessiv ta' karozzi fi ħdan dan il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu jammonta għal 376 karrozza ta' għamla u ditti varji. Infurmat ukoll li dawn huma jintużaw skont il-ħtiġijiet operazzjonali ta' kull dipartiment minn uffiċjali awtorizzati skont il-proċeduri stabbiliti f'kull każ..
Leg 11 PQ #23614 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Stabbiliment kummerċjali — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija minn stabbilimenti kummerċjali matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra, ġew irrapurtati lill-pulizija 648 serqa minn stabbilimenti kummerċjali, li 243 minnhom kienu għad-detriment ta’ impjegati jew parruċċani li kienu fil-ħwienet.
Leg 11 PQ #23615 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

djar privati — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija minn djar privati matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra, ġew rappurtati lill-Pulizija 890 serqiet minn djar privati. Minn dawn 187 kienu jikkonċernaw oġġetti misruqa minn fuq barra tar-residenzi u 129 minn residenzi li ma kienux okkupati.
Leg 11 PQ #23616 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

karozzi privati — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija minn karozzi privati matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra ġew irrapurtati lill-Pulizija 1,617 serqa minn karozzi.
Leg 11 PQ #23617 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Karozzi self drive tal-kiri — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija minn karozzi self-drive tal-kiri matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23616, ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika separata dwar karozzi tal-kiri.
Leg 11 PQ #23743 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Reati fil-konfront ta' persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każijiet ta' reati fil-konfront ta' persuni b'diżabilità f'dawn l-aħħar tliet snin, kemm fuq nisa u kemm fuq irġiel separatament? X'kienu r-reati? Kemm ġew imressqa l-qorti? Kemm ġew misjuba ħatja u kemm kien hemm rinunzji ta' proċeduri?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx tali statistika dwar it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #23842 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Malta Police Association — esiġenzi tas-servizz

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra, jekk il-Kummissarju tal-Pulizija ntalabx mill-Malta Police Association, sabiex tingħata xi forma ta' definizzjoni tat-terminu "esiġenzi tas-servizz"? Meta saret din it-talba mill-Malta Police Association? Jista' jgħid qattx ingħatat jew teżistix xi forma ta' definizzjoni tat-terminu "esiġenzi tas-servizz"?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li saret xi talba mill-Assoċjazzjoni tal-Pulizija tal-Malta sabiex il-Kummissarju jagħti definizzjoni tat-terminu Esiġenzi tas-servizz. Nifhmu li d-definizzjoni ta’ "esigenzi tas-servizz" huma magħrufa u mifitehma minn kulħadd.
Leg 11 PQ #23885 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Maħfra Presidenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 2009, 2010 u 2011, kemm ġew ippreżentati talbiet għall-maħfra presidenzjali u kemm minn dawn ġew milqugħa? Jekk jirriżulta li kien hemm minn dawn ir-rikjesti milqugħa, jista' jagħti d-dettalji?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ġew ippreżentati 204 talba għall-Maħfra Presidenzjali kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-