Legislature:
Category:
Reset
Active:

Produzzjonijiet awdjoviżwali tal-films

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġibdu produzzjonijiet awdjoviżwali tal-films bejn l-2008 u l-2012?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bejn l-2008 u l-2012 inġibdu total ta’ 43 produzzjoni awdjoviżwali ta’ films ġewwa l-ġżejjer Maltin, hekk kif turi din it-tabella: Sena Numru ta’ produzzjonijiet 2008 6 2009 7 2010 11 2011 9 2012 10

Malta Film Commission – allokazzjoni ta’ fondi għall-proġetti ta’ films lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Kummissjoni Maltija għall-Films kemm kienet talloka fondi għall-proġetti ta' films lokali bejn l-2008 u l-2012?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi allokati għall-proġetti lokali mill-Kummisjoni Maltija għall-Films bejn l-2008 u l-2012, jammontaw għal €949,000 kif turi t-tabbella hawn taħt. Fis-sena 2010 ma ġew allokati l-ebda fondi. Sena Fondi Allokati 2008 €233,000 2009 €233,000 2010 XEJN 2011 €233,000 2012 €250,000

Udjenza dinjija tal-film Jurassic World Dominion

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar kemm kienet l-udjenza dinjija tal-film Jurassic World Dominion?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-film Jurassic World Dominion qiegħed fid-49 post tal-aktar films li daħħlu flus skont il-Box Office Mojo, li hija meqjusa bħala waħda mill-aktar trackers affidabbli tal-box office.

Masterplan tal-Malta Film Studios

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar fiex wasal il-masterplan tal-Malta Film Studios?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità tal-Ippjanar ftit tal-ġimgħat ilu approvat il-permess tal-bini tal-ewwel Sound Stages f’Malta li ħa jikkonsisti f’super stage ta' 40,000 pied kwadru u stage ieħor biex jikkumplimentaha. Ser ikunu mibnija wkoll ammont ta’ faċilitajiet anċillari fosthom workshops, uffiċini, prop stores, multi-purpose car park u attrazzjonijiet varji. Dan il-proġett, li huwa parti mill-masterplan tal-Malta Film Studios, huwa l-akbar investiment infrastrutturali fl-industrija tal-films fl-istorja u ser joħloq karrieri għal kull min jixtieq ikun parti minn dan is-settur tant importanti għal ekonomija Maltija.

Ministeru għat-Turiżmu — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1734.

San Ġiljan u Tas-Sliema – stabbilimenti b’permess għal amplified music fuq barra

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa ta’ stabbilimenti tad-divertiment u/jew oħrajn li għandhom permess li jkollhom amplified music fuq barra l-istabbilimenti tagħhom ġewwa San Ġiljan u Tas-Sliema?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

San Ġiljan – Xatt is-Sajjieda — xogħlijiet fuq il-loġoġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew ix-xogħlijiet fuq il-loġoġ tas-sajjieda u l-madwar ġewwa Xatt is-Sajjieda f’San Ġiljan?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-post imsemmi mistenni jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.

Mobile Kiosks liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3072 u jgħid kemm hawn mobile kiosks liċenzjati f’Malta u Għawdex?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għat-Turiżmu – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3391.

San Pawl il-Baħar, Mellieħa, San Ġiljan u Tas-Sliema – proġetti ta’ riġenerazzjoni u tisbiħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bejn Jannar 2021 u Settembru 2021 kemm intefqu flus f’riġenerazzjoni u tisbiħ ġewwa l-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, San Ġiljan u Tas-Sliema? Jista’ jsemmi liema proġetti saru jew ibbenefikaw minnhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalitajiet imsemmija saru diversi proġetti li ammontaw għal fuq minn sitt mija, tmienja u ħamsin elf Ewro.

San Ġiljan — Spinola – pjan ta’ riġenerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda l-pjan ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza/ġnien ta’ Spinola kif kien imħabbar waqt konferenza stampa mill-Ministru Clayton Bartolo?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Spinola se jibdew fix-xhur li ġejjin minn Triq Paceville b’kollaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta.

Il-Belt Valletta — Lukandi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3066 u jgħid kemm hemm lukandi liċenzjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fil-Belt Valletta? Kemm minn dawn ġew liċenzjati fl-2021? Kemm applikazzjonijiet għal lukandi fil-Belt Valletta ġew irrifjutati fl-2021?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ lukandi liċenzjati fil-lokalità tal-Belt Valletta huwa ta’ 14. Lukanda minnhom ingħatat il-liċenzja fl-2021.

Il-Belt Valletta — Lukandi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3067 u jgħid kemm hemm sodod totali ta’ lukandi fil-Belt Valletta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ sodod fil-lukandi liċenzjati ġewwa l-lokalità tal-Belt Valletta jammonta għal 975.

Il-Furjana — Lukandi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3068 u jgħid kemm hemm lukandi liċenzjati mill-MTA fil-Furjana? Kemm applikazzjonijiet għal lukandi fil-Furjana ġew irrifjutati fl-2021?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ lukandi liċenzjati fil-lokalità tal-Furjana huwa ta’ tnejn.

Il-Furjana – Lukandi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3069 u għid kemm hemm sodod totali ta’ lukandi fil-Furjana?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ sodod fil-lukandi liċenzjati fil-lokalità tal-Furjana huwa ta’ 1,130.

Il-Ħamrun – Lukandi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3070 u jgħid kemm hemm lukandi liċenzjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fil-Ħamrun? Kemm huma s-sodod totali ta’ dawn il-lukandi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Ħamrun ma hemm l-ebda lukanda liċenzjata.

Ristoranti liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3071 u jgħid kemm huma r-ristoranti liċenzjati ġewwa Malta u Għawdex? Kemm minnhom huma ġewwa l-Belt Valletta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ristoranti liċenzjati ġewwa Malta u Għawdex huwa ta’ 833. Fil-Belt Valletta hemm 65 ristorant liċenzjat.

San Pawl il-Baħar — lukanda Bora Bora Ibiza Malta

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data meta l-lukanda Bora Bora Ibiza Malta f’San Pawl il-Baħar applikat biex tingħata permess għal amplified music/sound u meta ngħatat tali permess?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni msemmija waslet għand l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fis-26 ta’ Frar 2021 u l-permess ħareġ fit-30 t’April 2021.

Ministeru għat-Turiżmu – skemi ta’ għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema skemi kellu l-Ministeru għat-Turiżmu biex permezz tagħhom każini tal-baned, soċjetatjiet mużikali, għaqdiet tal-festa, u organizzazzjonijiet volontarji oħra jistgħu jibbenefikaw biex ikunu ta' attrazzjoni għat-turiżmu, inkluż il-festi, fil-lokalitajiet differenti? Kemm-il organizzazzjoni bbenefikat minn dawn l-iskemi minn Jannar 2021 sal-lum? Liema kienu dawn l-organizzazzjonijiet u f'kull każ minn kemm fondi bbenefikaw?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari 3526.