Jista’ l-Ministru jindika x’inhu l-għadd ta’ tobba u kirurgi speċjalizzati li bħalissa huma ddedikati għall-operazzjonijiet elettivi, u jekk hemmx pjan biex jiżdied dan l-għadd?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar sena u nofs, `il fuq minn 50 konsulent ġew appuntati u hemm "stream" kontinwu ta' "Resident Specialists" appuntati lesti biex kif ilestu t-taħriġ, jiġu rreġistrati fl-"ispecialist register".
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li huma diagnosed bil-kundizzjoni tal-Awtiżmu? Jista’ wkoll jagħti l-figuri f’numri skont it-tip ta’ Awtiżmu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li kif diġa weġibt fil-PQ 30253, għaddej eżerċizzju ta’ kollezjoni ta’ data ta’ dijanjożi differenti fi ħdan CYPS.
Infurmat li għad mhemmx figuri li jindikaw it-tip ta’ awtiżmu. Madankollu, it-tim ta’ CYPS prinċiparjament jiffoka fuq il-funzjoni u l-abilità differenti ta’ kull individwu, li għaldaqstant tirrikjedi gwidi, bżonnijjiet u pjanijiet differenti għal kull individwu.
Kundizzjoni tal-ADHD — Lista ta’ stennija għall-assessjar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija biex isirilhom assessment għall-kundizzjoni tal-ADHD?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li wiehed irid jifhem illi fejn jidħol screening ta’ ADHD jew ASD, hemm proċess sħiħ u serje ta’ multimodal assessments li jridu jsiru. F’ċertu istanzi ikun hemm bżonn ukoll assessjar ieħor bħal ngħidu aħna WISC, sabiex it-tim ikun jista’ jasal għal dijanjożi/konklużjoni tiegħu.
Infurmat li għall-ADHD, il-lista ta’ stennija hi ta’ 42. Għall-ASD, il-lista ta’ stennja hi ta’ 18. Għall-assessjar tal-ADHD + ASD, il-lista ta’ stennija hi ta’ 7.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jingħataw mediċina psikotropika (f’numri u persentaġġi) meta mqabbla mal-utenti kollha taċ-Child and Young People's Services (CYPS)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm 2,683 tifel/tifla taħt is-16-il sena li qed jingħataw mediċina psikotropika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li ġew diagnosed b’ADHD (f’numri u persentaġġi) meta mqabbla mal-utenti kollha taċ-Child and Young People's Services (CYPS)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fi ħdan il-CYPS, għaddej eżerċizzju ġdid u aktr dettaljat ta’ kollezjoni ta’ data ta’ dijanjozi differenti. Minn 2,670 li jagħmlu użu minn dawn is-servizzi inġabret data fuq 1,415 tfal/adoloxxenti.
Minn dawn l-1415 tfal/adoloxxenti, 726 ingħataw dijanjożi ta’ ADHD.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm katavri ta’ persuni unclaimed u li l-funeral tagħhom sar mill-Gvern, minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu f’Malta u kemm kienu f’Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar sat-3 ta’ Ottubru 2025 il-Gvern organizza 7 funerali f’Malta.
Każijiet elettivi – Sistemi ta’ prijoritizzazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx sistema ta’ prijoritizzazzjoni għall-każijiet elettivi u kif jiġi deċiż il-livell ta’ urġenza għall-pazjenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull persuna li tidħol l-isptar issirilha assessment tal-kundizzjoni tagħha u minn dan l-assessment jiġi deċiż x’għandu jsir minn hemm ’l quddiem.
Operazzjonijiet elettivi – Kollaborazzjoni ma’ sptarijiet privati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ftehim jew kollaborazzjoni sabiex ċerti operazzjonijiet elettivi jiġu trasferiti jew imwettqa minn sptarijiet privati sabiex jitnaqqsu l-listi ta’ stennija?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hemm ftehim u kollaborazzjoni ma’ sptarijiet privati sabiex isiru ċerti operazzjonijiet elettivi u b’hekk jonqsu l-listi ta’ stennija.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li għall-2025, il-Gvern ivvota €14-il miljun għall-outsourcing.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm sabiex jiżdiedu l-operazzjonijiet elettivi wara l-ħinijiet normali tal-isptar (out-of-hours) jew permezz ta’ sessjonijiet addizzjonali fi tmiem il-ġimgħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva qed jagħmel użu massimu mit-teatri kemm ta’ MDH u kif ukoll ta’ Ċensu Moran, Ċentru Reġjonali tas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li bħalissa jinsabu fuq il-lista ta’ stennija għal operazzjonijiet elettivi? Jista’ jgħid ukoll kif inbidel dan in-numru meta mqabbel mas-sena 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal-liema speċjalità qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jagħti l-figuri ta’ kemm operazzjonijiet elettivi saru fis-snin 2023 u 2024, u kemm minnhom ġew posposti jew ikkanċellati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ operazzjonijiet elettivi rreġistrati li saru kien ta’ 52,235 proċedura fl-2024 u 47,243 proċedura fl-2023.
Infurmat ukoll li n-numru ta’ operazzjonijiet/interventi li kienu bbukjati b’data u li ma sarux f’dik id-data partikolari, huwa ta’ 3,136 intervent fit-2024 u 3,554 intervent fl-2023.
Ikun hemm bosta raġunijiet għala ma jsirux l-operazzjoni, ħafna drabi raġunijiet mediċi. Ikun hemm ukoll każijiet fejn il-pazjent ma jiġix.
Operazzjonijiet elettivi – Medja ta’ żmien ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-medja ta’ żmien ta’ stennija għal kull kategorija ta’ operazzjonijiet elettivi (eż. ortopedija, kardjoloġija, oftalmoloġija) fl-Isptar Mater Dei u f’faċilitajiet oħra pubbliċi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30400 u jgħid kemm kienet in-nefqa koperta fil-kuntratt li sar mal-privat għal servizzi ta’ emerġenza minn meta bdew jingħataw? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar u skont l-emerġenzi differenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 30914.
Servizz ta’ Emerġenza fil-privat – Numru ta’ pazjenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30399 u jgħid kemm pazjenti rrikorrew fil-privat għal servizz ta’ emerġenza minn meta beda l-ftehim mal-privat u jaqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-GU Clinic u jagħti l-informazzjoni skont il-professjoni/titlu rispettiv tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li preżentament hemm 16-il persuna li jagħmlu parti mill-GU Clinic. Dawn huma 3 Konsulenti; 1 HST (li bħalissa jinsab fuq taħriġ u jirritorna fi Frar); 4 GPs; 2 Charge Nurses; 2 Senior Staff Nurses; 1 Staff Nurse; u 3 Clerks.
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-mard l-aktar komuni li ġew dijanjostikati mill-GU Clinic u jagħti n-numru ta’ każijiet li nstabu f’pazjenti ġodda fl-2023, l-2024 u l-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għar-rigward ta’ statistika tal-2023, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-PQ 15598.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nies attendew il-GU Clinic fis-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.