B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7554, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hawn każijiet ta’ scabies mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022 kienu rraportati 137 każ ta' scabies.
Pulizija — persuni li ddaħħlu l-Isptar Mount Carmel minħabba użu ta' sustanzi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7542, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u li issa ġiet riferuta lilu, jgħid kemm iddaħħlu persuni taħt l-età ta’ 30 sena fl-Isptar Mount Carmel ma’ każijiet relatati ta’ użu ta’ sustanzi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 sad-data ta' meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentrari, liema total għandu jingħata rispettivament għal kull sena? Jista’ jipprovdi wkoll informazzjoni f’numri dwar liema tip ta’ sustanza ġew rikoverati dwarha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnha tinstab fit-tabella hawn taħt mehmuża.
2020
2021
2022
2023
Nisa 14
Nisa 17
Nisa 13
Nisa 4
Irgiel 53
Irgiel 14
Irgiel 11
Irgiel 3
Użu ta’
Cannabis
, użu ta’
Cocaine
,
unspecified non-organic psychosis
u użu ta’ multipledrug.
Infermiera, allied health professionals u tobba li rriżenjaw minn xogħolhom
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5283, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irriżenjaw infermiera, Allied Health Professionals u tobba minn xogħolhom mas-Servizz Pubbliku fis-snin 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm minnhom ma kinux? Jista' jgħid kienx hemm raġuni għaliex ingħatat ir-riżenja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5283, waqt li nfakkar lill-Onor. Interpellant illi impjegati mhux obbligati jagħtu raġuni għar-riżenja.
Residenza San Vinċenz de Paul – servizz ta’ konsulent oftalmologu għall-anzjani
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx servizz ta' konsulent oftalmologu offrut lill-anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul fil-post, kemm bħala servizzi kliniċi kif ukoll bħala operazzjonijiet? Jekk iva, jista' jgħid kemm ingħataw minn dawn is-servizzi kull xahar minn Jannar 2021 sal-lum?
Ċentri tas-saħħa – servizz ta’ konsulent oftalmologu
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx servizz ta' konsulent oftalmologu offrut fiċ-Ċentri tas-Saħħa (polyclinics), kemm bħala servizzi kliniċi kif ukoll bħala operazzjonijiet? Jekk iva, jista' jgħid kemm ingħataw minn dawn is-servizzi f'kull ċentru kull xahar minn Jannar 2021 sal-lum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Primary HealthCare għandha Senior Registrar Ophthalmologist li jattendi darba fil-ġimgħa fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Floriana u tal-Mosta biex jara l-pazjenti li jbatu mill-kondizzjoni tal-Glawkoma u mill-2021 dan l-oftalmologu ra medja ta’ 1,590 pazjent. It-tabella hawn taħt mehmuża tindika l-ġranet u l-ammont ta’ pazjenti li jattendu.
Ċentri tas-Saħħa
Gurnata
Numru ta’ pazjenti li jattendu kull sezzjoni
Floriana
It-Tlieta
15
Mosta
Is-Sibt
15
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ingħataw servizzi ta' oftalmoloġija fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kull xahar minn Jannar 2021 sal-lum, kemm bħala servizzi kliniċi kif ukoll bħala operazzjonijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi servizzi kliniċi kif ukoll operazzjonijiet li ngħataw fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kienu skont it-tabella annessa.
MATER DEI
OPERAZZJONIJIET
U SERVIZZI
2021
6655
2022
7075
2023
1277
(till end of February)
GOZO GENERAL HOSPITAL
OPERAZZJONIJIET
U SERVIZZI
2021
3814
2022
3553
2023
1186
(till end of March)
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm Automated External Defibrillators (AEDs) installati fil-Belt Valletta u fejn qegħdin, liema entità hi responsabbli tal-manutenzjoni tagħhom u meta ġie ttestjat l-aħħar, kull wieħed minnhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Sptar Mater Dei – Mediċina Post Exposure Prophylaxis
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-mediċina Post Exposure Prophylaxis (PEP) għadhiex tiġi offruta mill-Isptar Mater Dei? Jekk le, meta twaqqfet u jekk hux maħsub li terġa' tibda tingħata mill-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċini għall-HIV Post Exposure Prophylaxis għadhom jiġu offruti u fil-fatt qatt ma twaqqfu mill-Isptar Mater Dei.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li, kuntrarju għall-parir tal-Kummissarju tas-Saħħa fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman, il-mediċina Eylea mhux talli mhijiex disponibbli kif indikat mill-istess Kummissarju tas-Saħħa, talli għadu lanqas biss ħareġ it-tender biex tinxtara din il-mediċina?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medicina Eyelea jew l-ekwivalenti tagħha ġiet approvata u t-tender fil-fatt diġà ħareġ.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-istennija għall-operazzjoni tal-kataretti? Jista’ jgħid kemm hemm nies jistennew din l-operazzjoni, u kemm hu ż-żmien ta’ stennija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 492 persuna li qed jistennew din l-operazzjoni għal żmien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter.
Operazzjoni tal-Irkoppa (Knee replacement) – lista ta’ stennija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-istennija għall-operazzjoni tal-irkoppa (knee replacement)? Jista’ jgħid kemm hemm nies jistennew din l-operazzjoni, u kemm hu ż-żmien ta’ stennija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 934 persuna li qed jistennew din l-operazzjoni għal żmien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter.
Operazzjoni tal-Hip Replacement – lista ta’ stennija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-istennija għall-operazzjoni tal-hip replacement? Jista’ jgħid kemm hemm nies jistennew din l-operazzjoni, u kemm hu ż-żmien ta’ stennija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 147 persuna li qed jistennew l-operazzjoni tal- hip replacement għal żmien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter.
Sptar Mater Dei – Diabetic Foot Clinic – pazjenti li użaw is-servizz
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, mill-1 ta’ Jannar 2023 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar, kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Foot Clinic fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mis-servizzi tad-Diabetic Foot Clinic fl-Isptar Mater Dei huwa skont it-tabella t'hawn taħt:
2023
Numru ta' attendenza OP MDH
Jan
609
Feb
539
Mar
631
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il direct order saret mid-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ 6 xhur, skont ir-regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk matul din is-sena, minbarra l-proċess tal-embryo transfer ġewwa l-ART Clinic fl-Isptar Mater Dei, ġewx imwaqqfa servizzi oħra fl-istess clinic minħabba recall ta' medical device li jintuża fil-proċess tal-IVF hekk kif imsemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7381 jew għal xi raġuni oħra? Jekk iva, liema huma dawn is-servizzi u għal liema raġuni ġew imwaqqfa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7381, l-embryo transfers ġew temporanjament sospiżi minħabba r-recall tal-medical device.
Sptar Mater Dei – ART Clinic – waqfien tal-proċess tal-IVF
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7381, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il koppja ġiet affetwata minħabba li l-proċess tal-embryo transfer ġewwa l-ART Clinic fl-Isptar Mater Dei ġie temporanjament sospiż? Jista' jgħid jekk kienx hemm nisa li ħadu jew bdew jieħdu l-mediċini ta' qabel isir il-proċess tal-embryo transfer iżda mbagħad it-transfer ma setax isir minħabba din ir-raġuni? Jekk iva, kemm? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm embrijuni li ġew ‘thawed’ iżda mbagħad ma setax isir it-transfer tagħhom minħabba r-recall tal-istess medical device?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 16-il prospective parents ġew affettwati minħabba li l-embryo transfer ġie temporanjament sospiż. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li ma kien hemm l-ebda embrijun li ġie thawed u li ma setax isir it- transfer tiegħu.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7189 u jagħti elenku tal-laqgħat li attenda l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fil-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2013 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Meta kienu dawn il-laqgħat u min kien preżenti għal kull laqgħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 7506.
Sptar Mount Carmel – oġġetti li jinxtraw mir-residenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-oġġetti kollha, inkluż tal-ikel, li jinxtraw mir-residenti tal-Isptar Mount Carmel u jindika wkoll il-prezz ta’ kull oġġett?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kura u l-bżonnijiet kollha, inkluż l-ikel, jingħataw b’xejn bħala parti mis-servizz ġewwa Mount Carmel.
Laqgħat ma’ uffiċjali/rappreżentanti ta’ kumpaniji fil-Ministeru għas-Saħħa
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7190 u jagħti elenku tal-laqgħat li attendew uffiċjali jew rappreżentanti ta' Vitals u/jew Steward Healthcare fil-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2013 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Meta kienu dawn il-laqgħat u min kien preżenti għal kull laqgħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ laqgħat mitluba minnu.
Pubblikazzjoni ta’ dokumenti minn soċjetà — pagamenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka l-pagamenti kollha li saru b’referenza għad-dokumenti li ppubblikat is-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamenatari numru 6981.