Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Nefqa Globali fuq stationeries
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 30634 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għal stationeries għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonjiet fl-irziezet/produtturi tal-poultry matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi mill-1 ta’ Jannar sas-6 ta’ Dicembru 2011 saru 438 ispezzjoni fuq irziezet/ produtturi tat-tiġieġ minn uffiċjali tad-Dipartiment
Minn dawn, 403 ispezzjoni saru fuq is-sorveljanza ta’ċertu mard bħalma hija s-salmonella, fuq il-biosigurta’ tal-irziezet u il-welfare tat-tiġieġ tal-bajd. Minnhom 35 ispezzjoni saru fuq il-
welfare
tat-tiġieġ tal-bajd li huma speċifiċi fuq it-tip tal-gaġeġ li jintużaw li jridu jkunu konformi mal-i
standards
minimi tal-Ewropa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonjiet fl-irziezet/produtturi tat-trobbija tal-majjali matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninfurma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-1ta’ Jannar 2011 sas-6 ta’ Dicembru saru 1129 ispezzjoni fuq l-irziezet tat-trobbija tal-majjal, minnhom 980 ispezzjoni huma relattati mal-identifikazzjoni tal-ħnieżer u 149 ispezzjoni huma speċifici fuq it-trattament xieraq tal-annimali.
persuna impjegata mal-gvern li tagħmel xogħol privat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30875 u cioè:B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30342, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kemm-il persuna indikata fil-mistoqsija parlamentari qiegħda tħallas sabiex tirriklama l-email "personali u privat" tagħha fuq il-website tal-Ministeru stess (EPC assessors list) u jekk jarax xi forma ta' kunflitt ta' interess u dan peress li din il-persuna tagħmel parti mid-Dipartiment għat-Tindif u Manutenzjoni fejn jiġu reġistrati, proċessati u miżmuma dawn iċ-ċertifikati? Jekk u kemm ġew reġistrati ċertifikati minn din il-persuna s'issa? Jista' jikkonferma li peress li fil-mistoqsija parlamentari 30342 ġie indikat li l-persuna konċernata hija perit u tagħmel xogħol privat, jekk ġiex verifikat li din il-persuna isottomettietx applikazzjonijiet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u b'hekk ikun jista' jiġi konfermat verament din il-persuna hijiex involuta f'xogħol privat jew le? Jista' jivverifika dan b'konsultazzjoni mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar innifisha qabel twieġeb?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista li qiegħed jirreferi għaliha tikkonsisti mill-persuni kollha li temmew it-taħrig mogħti u li ġħalhekk kienu reġistrati bħala Assessuri. Dan sar wara li dawk konċeranti kienu mistoqsija jekk joġġezzjonawx jew le li d-dettalji tagħhom ikunu nklużi skont ir-regolamenti tad-Data Protection. Din il-pubblikazzjoni saret wara talba mill-pubbliku. Biex persuna tkun inkluża f’din il-lista ma ntalab ebda ħlas.
Ninsab infurmat li dan il-perit imsemmi kien issottometta applikazzjoni waħda fl-2010. Madankollu meta fit-3 ta’ Jannar 2011 inħarġet ċirkolari mis-Segretarju Permanenti biex impjegati ma’ dan il-Ministeru japplikaw għall-permess anki dawk li diġà kellhom permess, dan l-impjegat ma applikax. Matul l-2011 ma kienx hemm applikazzjoni għall-permessi mal-Awtorità tal-Ambjent ul-Ippjanar minn dan l-impjegat.
Triq il-Merkanti kantuniera ma' Triq l-Arċisqof, il-Belt — railing
Question
Jista' l-Ministru jara jekk jistax jiġi stallat xi tip ta' railing fi Triq il-Merkanti kantuniera ma' Triq l-Arċisqof, il-Belt sabiex jiġi fiżikament limitat il-firxa tal-monti li ħafna drabi jibqa' ħiereġ aktar 'il barra minn din il-kantuniera b'riskju għan-nies mill-vetturi li jkunu għaddejjin minn Triq l-Arċisqof?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Ministru Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — xogħol ta' back office
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jagħmlu xogħol ta' back office?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta’ back office ta’ dan il-Ministeru jsir min ħaddiema Għawdxin li telgħu minn Malta għal Għawdex. Dawn il-ħaddiema ma humiex uffiċjali ta’ dan il-Ministeru, imma huma parti mill-Ministeru għall-Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ivvotati flus lill-Biċċerija mill-2004 sal-lum? Liema proġetti kellhom isiru b'dawn il-flus u dawn il-flus intużawx kif kien ippjanat? X'inhu l-istat tal-Biċċerrija llum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Bastimenti tas-sajjieda — Stallazzjoni ta' Electonic Log-book
Question
B'referenza għar-rapporti li dehru fl-istampa li s-sajjieda u l-għaqdiet tagħhom qed jipprotestaw kontra l-introduzzjoni tal-electronic log-books fuq il-bastimenti tas-sajd tagħhom, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhi s-sitwazzjoni attwali? X'inhu n-numru ta' bastimenti li fihom ġie stallat dan l- electronic log-book s'issa? Kemm hu n-numru ta' bastimenti li fihom għadu ma ġiex stallat dan l-apparat? Sa meta hemm żmien biex jiġi stallat dan it-tagħmir? Jaħseb li sa din id-data s-sajjieda jkollhom żmien biżżejjed biex jottempraw ruħhom ma' dawn id-direttivi? Hemm xi penalitajiet li jistgħu jiġu imposti fuq dawk is-sajjieda li ma jistallawx dan l-apparat fil-ħin? X'inhuma dawn il-penalitajiet? Peress li s-sajjieda qed jgħidu li għandhom problemi biex iħaddmu dan l-apparat, x'taħriġ ingħataw jew se jingħataw dawn is-sajjieda biex ikunu f'pożizzjoni li jħaddmu dan l-apparat b'effiċjenza?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu meters fuq boreholes sal-lum f’Malta u f’Għawdex? Kemm minn dawn il-meters twaħħlu fuq boreholes li jintużaw għal skop agrikolu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif kien komunikat diġà publikament, il-process tal-installazzjoni fuq boreholes li jintuzaw ghal-skop agrikolu inbeda dan l-aħħar. Fil-każ ta’ boreholes użati għall-skop agrikolu jinsabu fir-raba, għaddej eżerċizzju biex il-bdiewa jagħmlu l-preparamenti meħtieġa fuq is-sit qabel ma jkun jista’ jitwaħħal dan il-meter. Uffiċjali qed ukoll jagħmlu spezzjonijiet fuq dawn is-siti biex jagħtu pariri lill-bdiewa dwar ix-xogħol preparattiv li jrid isir. Sa llum diġà saru madwar tliet mitt spezzjoni. Għaldaqstant ħafna minn dan ix-xogħol diġà qed isir u l-bdiewa qed jingħataw dan iż-żmien neċessarju u meta jlestu, il-meter ikun jista’ jitwaħħal.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-ilma fl-oqsma tal-industrija, tal-kummerċ u domestiku f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2000 sal-lum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimentli hu responsabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-volum ta’ drenaġġ iġġenerat kull sena f’Malta u f’Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimentli hu responsabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Għawdex — impjant għat-tisfija tad-drenaġġ - volum ipproċessat
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-volum li l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex kapaċi jipproċessa f'sena? Jista’ jgħid meta ġie inawgurat dan l-impjant u x’inhu l-volum li pproċessa kull sena mill-2000 sal-lum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimentli hu responsabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nefqa globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30625 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-nefqa tad-dikasteri u entitajiet fi ħdan dan il-Ministeru għall-perjodu imsemmi kienet ta’ €71,534. In-nefqa tal-Ministeru tinkuldi wkoll l-infiq li sar f’ospitalità bħala parti mill-ftuħ uffiċjali ta’ proġetti pubbliċi.
Jista' l-Ministru jgħid x'riċerka saret dwar il-possibbilità li jiġi trattat il-hazard waste tal-power station il-ġdida? Jekk fl-affermattiv, min ikkummissjona din ir-riċerka u kemm swiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment li hu responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta.
B'referena għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29836 fejn il-Ministru qal li ma setax isir iċ-ċertifikar permezz tal-VMS fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-Aġġustament tal-Isforz tas-Sajd taħt l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (2004 - 2006), jista' l-Ministru jgħid kif saret il-klassifikazzjoni jekk mhux minn fuq il-VMS?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’kienu l-livelli ta’ nitrati li nstabu fl-ilma fl-1970, fl-1980, fl-1990 u kull sena mill-2000 sal-lum miż-żewġ korpi tal-ilma, il-Malta Mean Sea Level u l-Gozo Mean Sea Level, separatament, li jintużaw mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għall-ipproċessar u distribuzzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30055, ninfurmah li l-informazzjoni mitluba tinkludi snin qabel is-sena 2000 meta twaqqfet l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, il-figuri eżistenti huma skont kif inġabru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, dawn jirriflettu biss il-valuri ta’ minn fejn ittlla’ l-ilma li eventwalment jkun ippolixjat u/jew jitħallat mal-ilma mir-reverse osmosis. Tajjeb li jingħad li peress dawn il-valuri ittieħdu minn numru limitat ta’ boreholes, dawn m’humiex neċessarjament rappreżentativi tal-valuri medji tal-Water Table kollha kemm hi.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba għas-snin 1970, 1980 u 1990 li jikkumplimentaw l-informazzjoni mogħtija fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 30055.
Jista' l-Ministru jgħid x’kienu l-livelli ta’ salinità li nstabu fl-ilma fl-1970, fl-1980, fl-1990 u kull sena mill-2000 sal-lum miż-żewġ korpi tal-ilma, il-Malta Mean Sea Level u l-Gozo Mean Sea Level, li jintużaw mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għall-ipproċessar u distribuzzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30844, ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm boreholes f’Għawdex li jintużaw għall-estrazzjoni tal-ilma destinat għax-xorb? Jista’ jgħid x’kien il-volum fis-sena 2000 u x’inhu llum il-volum tal-ilma estratt minn kull waħda minn dawn il-boreholes bħala persentaġġ tal-volum tal-ilma kollu estratt għall-ipproċessar u d-distribuzzjoni? Jista’ jgħid kemm huma l-livelli ta’ nitrati u ta’ salinità f’kull waħda minn dawn il-boreholes?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimentli hu responsabbli mill-Korporazzjoni tal-Ilma.
livelli tal-ilma mitluf matul l-ipproċessar u d-distribuzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kienu l-livelli tal-ilma mitluf matul l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ilma f’Għawdex kull sena mill-2000 ‘il hawn? Jista’ jgħid dawn il-livelli kif jikkomparaw mal-livelli f’Malta u mal-livelli Ewropej?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimentli hu responsabbli mill-Korporazzjoni tal-Ilma.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-volum tal-ilma proċessat kull sena mill-2000 sal-lum mill-water polishing plant li hemm Għawdex? Jista’ jgħid kemm hija l-kapaċità sħiħa ta’ proċessar ta’ ilma kull sena ta’ dan l-impjant?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimentli hu responsabbli mill-Korporazzjoni tal-Ilma.