Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mosta — Ġnien l-Għarusa - Cold War Shelter - Rinnovazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan għal rinnovazzjoni tal-Cold War Shelter ta’ Ġnien l-Għarusa tal-Mosta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li fil-preżent għad m’hemmx pjan għal rinovazzjoni tal-Cold War Shelter ta’ Ġnien l-Għarusa tal-Mosta.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħataw lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Kunsilli Lokali jew Kumitati Reġjonali — Skemi ta' fondi addizzjonali miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema skemi ta' fondi addizzjonali lill-Kunsilli Lokali jew Kumitati Reġjonali huma miftuħa bħalissa? Jista’ jgħid ukoll min jista' japplika għal kull waħda minn dawn l-iskemi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm miftuħa l-iskema (SPI/SCI/04/2024) - Fond ta’ Manutenzjoni u Sostenn ta’ Proġetti Infrastrutturali Maġġuri li ġew imwettqa mill-Gvern Ċentrali. Għal dan il-fond huma eleġibbli li japplikaw dawk il-Kunsilli Lokali li fil-lokalità tagħhom ġie mwettaq proġett mill-Gvern Ċentrali mis-sena 2013 'l hawn.

Kunsilli Lokali jew Kumitati Reġjonali — Skemi ta' fondi addizzjonali magħluqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema skemi ta' fondi addizzjonali lill-Kunsilli Lokali jew Kumitati Reġjonali għalqu l-applikazzjonijiet għalihom u għadhom qegħdin jiġu aġġudikati? Jista’ jgħid ukoll liema kunsilli lokali jew kumitati reġjonali applikaw għal kull waħda minn dawn l-iskemi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li hemm erba’ skemi ta' fondi addizzjonali lill-Kunsilli Lokali / Kumitati Reġjonali li għalqu l-applikazzjonijiet għalihom u għadhom qegħdin jiġu aġġudikati, dawn huma: · SPI/SCI/02/2024 - Finanzjament – Komunitajiet aktar b’saħħithom u inklussivi · SPI/SCI/03/2024 - Inizjattiva Finanzjarja - Lokalitajiet aktar Nodfa · SPI/SCI/05/2024 - Skema għall-Attivitajiet Kulturali Annwali u Natalizji 2024/2025 (aġġudikata u qed nistennew l-approvazzjonijiet neċessarji) · SPI/SCI/06/2024 - Community Inclusive Employment Scheme (CIES) Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella miġbura u mgħoddija lili li turi l-Kunsilli Lokali / Kumitati Reġjonali li applikaw għal kull waħda minn dawn l-iskemi.

Kunsilli Lokali jew Kumitati Reġjonali — Skemi ta' fondi addizzjonali mhux imwettqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema skemi ta' fondi addizzjonali lill-Kunsilli Lokali jew Kumitati Reġjonali ġew aġġudikati iżda għadhom ma twettqux jew ma tlestewx? Jista’ jgħid ukoll liema kunsilli lokali jew kumitati reġjonali kkwalifikaw għal kull waħda minn dawn l-iskemi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li hemm tnax -il skema ta' fondi addizzjonali lill-Kunsilli Lokali / Kumitati Reġjonali li ġew aġġudikati iżda għadhom ma twettqux / ma tlestewx, dawn huma: • SPI/SCI/03/2020 - Finanzjament ta' Proġetti Kapitali - Aċċessibilità u Mobilità • SPI/SCI/06/2020 - Finanzjament għall-Krejazzjoni ta' Spazji Miftuħa fiċ-Ċentru tal-Ibliet u l-Irħula f'Malta u Għawdex • SPI/SCI/02/2021 - Finanzjament għal żvilupp u titjib fil-kundizzjonijiet tal-Playing Fields fil-Lokalitajiet f’Malta u Għawdex • SPI/SCI/07/2021 - Fond ta’ Manutenzjoni u Sostenn ta' Proġetti Infrastrutturali Maġġuri li ġew imwettqa mill-Gvern Ċentrali • SPI/SCI/08/2021 - Finanzjament ta' Proġetti Kapitali - Aċċessibilità u Mobilità • SPI/SCI/01/2022 - Finanzjament għal-żvilupp u titjib fil-kundizzjonijiet tal-Playing Fields fil-Lokalitajiet f’Malta u Għawdex • SPI/SCI/05/2022 - Finanzjament għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq funtani fil-lokalitajiet f’Malta u Għawdex • SPI/SCI/06/2022 - Fond ta’ Manutenzjoni u Sostenn ta' Proġetti Infrastrutturali Maġġuri li ġew imwettqa mill-Gvern Ċentrali • SPI/SCI/09/2022 - Finanzjament ta’ Proġetti Kapitali – Komunitajiet isbaħ u aktar b’saħħithom • SPI/SCI/10/2022 - Espressjoni ta’ Interess - ¯vilupp u titjib ta’ latrini pubbliċi awtomatiċi madwar Malta u Għawdex • SPI/SCI/04/2023 - Skema Finanzjarja – Komunitajiet Aktar Siguri u Organizzati • SPI/SCI/05/2023 - Fond ta Manutenzjoni u Sostenn ta' Proġetti Infrastrutturali Maġġuri li ġew imwettqa mill-Gvern Ċentrali Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella miġbura u mgħoddija lili li turi l-Kunsilli Lokali / Kumitati Reġjonali li applikaw għal kull waħda minn dawn l-iskemi.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba u mgħoddija lili referibbli għas-sena kurrenti.

Iż-Żejtun — Latrina

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11116, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa biex saret il-latrina fis-Suq taż-Żejtun kif ukoll biex tiġi mantnuta sewwa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Iż-Żejtun — Restawr tas-Salib

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11110, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa u kemm ħa ħin biex jitlesta r-restawr tas-Salib fiż-Żejtun?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li r-restawr tas-Salib fiż-Żejtun ġie jiswa €13,225 u dam madwar sitt xhur biex jitlesta.

Il-Kalkara – Rinella – Restawr fil-ħajt fil-kumpless ta’ Bighi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet inbdew biex il-parti tal-ħajt fil-kumpless ta’ Bighi, fir-Rinella l-Kalkara li kien waqa’, jiġi restawrat? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex jiġi kkunsidrat li l-parti tal-art adjaċenti u mitluqa, tiġi riabilitata wkoll?

Response (BONNICI, OWEN)

Ix-xogħlijiet fuq il-ħajt li waqa’ bil-maltemp fil-Bajja tar-Rinella issa ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar ġimgħat. Ix-xogħol qiegħed isir minn kuntrattur imqabbad u taħt is-superviżjoni ta’ Infrastruttura Malta, bl-assistenza ta’ Heritage Malta. Bħalissa qiegħed jitneħħa l-materjal minn wara l-ħajt, sabiex titnaqqas il-pressjoni tal-materjal minn fuq it-truf tal-kollass. Fil-ġimgħat li ġejjien mistenni jibda x-xogħol fuq in-naħa ta’ barra mill-baħar, dan sabiex jiġi krejat il-pedament tal-ħajt li jrid jerġa’ jinbena u jissaħħaħ il-blat. Kull art oħra adjaċenti li hemm barra mill-konfini tal-kumpless ta’ l-Ex Sptar Navali ta’ Bighi, użat bħala Head Office u laboratorji ta’ Heritage Malta, mhux amministrata minn Heritage Malta.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali - Press conferences

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru press conferences mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.

San Pawl il-Baħar -Moll tal-Veċċja — Arblu tad-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-arblu tad-dawl (li r-ritratt tiegħu jinsab anness) li jinsab fin-nofs ta’ żona ffrekwentata mill-vetturi ħdejn il-moll tal-Veċċja, San Pawl il-Baħar, jitneħħa minn fejn qiegħed, minħabba l-periklu li qed joħloq għal dawk li jkunu fl-inħawi, peress li kif jien infurmata, dan l-arblu kien twaħħal għal użu temporanju sakemm saru xogħlijiet fuq binja privata fl-istess żona, liema xogħlijiet issa jidher li tlestew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li ser ikun qed jikseb aktar informazzjoni dwar l-arblu msemmi u jekk ikun hemm il-ħtieġa jirreferi għand id-dipartimenti jew entitajiet oħra konċernati.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2023?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19948,

Raħal Ġdid — Ġnien il-Mediterran - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Ġnien il-Mediterran, f’Raħal Ġdid matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Paola li matul din is-sena sar qtugħ ta’ ħaxix u żbir ta’ siġar ġewwa Ġnien il-Mediterran.

Restawr ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kotba, bit-titoli relattivi, li ġew restawrati matul is-sena 2024 u dawk li se jiġu restawrati sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Peress li d-dekasteru li jien politikament responsabbli minnu jikkomprendi wkoll l-Arkivji Nazzjonali inkun grat jekk l-Onor. Interpellant jispeċifika aħjar għal liema dipartimenti jew entitajiet qed jirreferi sabiex inkun nista' nagħti l-aħjar informazzjoni possibbli.

Iż-Żejtun — Misraħ Karmnu Grima - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2315 u 7945, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol neċessarju fuq Misraħ Karmnu Grima, iż-Żejtun?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll: (i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena; (ii) kemm kien hemm direct orders kull sena; (iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order; (iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz; (v) min awtorizza dawn id-direct orders?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Il-Qawra — Car park pubbliku taħt l-iskola primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess dwar l-approvazzjoni tal-by-law fuq l-amministrazzjoni tal-car park pubbliku taħt l-Iskola Primarja tal-Qawra? Jista’ jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li din il-by-law għadha pendenti jew inkella mhux titħaddem?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-proċess tal-Bye-Law tal-parkeġġ pubbliku taħt l-iskola primarja tal-Qawra għadu ma ma ġiex konkluż minħabba tħejjijiet loġistiċi neċessarji qabel dan ikun jista’ jiġi jitħaddem. Sadanittant ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali li f’laqgħa tal-Kunsill kien ġie deċiż li l-parkeġġ jinfetaħ u fil-fatt qed jintuża bla ħlas.

Malta Biennale — Nefqa fuq ġurnalisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġurnalist ġie mistieden f’pajjiżna għall-Malta Biennale u kemm minnhom aċċettaw li jiġu? Jista’ jgħid min huma? Jista’ jgħid ukoll kemm huma l-ispejjeż tat-titjiriet tal-ajru, tal-akkomodazzjoni u tal-ikliet, fost affarijiet oħra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li il-ġurnalisti li ġew mistiedna mill-MaltaBiennale huma dawn li jidhru hawn taħt. Ma ġenbhom għandek issib l-ispiza għal kull ġurnalisti u xi tkopri l-ispiża kif mitlub. · Angelica Christina Villa – Titjiriet – Spiza tat-titjiriet lejn Malta u lura - €748 · Emily Watlington – Titjira minn Malta lura għad-destinazzjoni tat-tluq - €928 · Anna Uclea – Akkommodazzjoni - €1503 · Ġurnalisti oħra li attendew għall-MaltaBiennale ġew mistiedna minn awtorità kompetenti oħra u jew ġew għas-spejjez tal-ġurnali jew revisit li bagħtuhom.

Spazju Kreattiv — Kariga ta’ Chairperson

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jew b’liema mod iċ-Chairman ta’ Spazju Kreattiv ingħata wkoll il-kariga ta’ Executive Chairperson tal-istess entità? Jista’ jgħid jekk ħarġitx notifika għal din il-kariga u jekk sarx proċess ta’ due diligence? Jista’ jgħid ukoll kemm hu s-salarju taċ-Chairman u jekk issa hux se jkollu salarju ieħor jew inkella pakkett finanzjarju separat għall-kariga l-ġdida u jipprovdi l-figuri relattivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li risposta tingħata f'xi seduta oħra.