B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21132, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas komplessiv li ġew mgħoddija lill-benefiċċjarji tal-In-Work Benefit f’Bormla?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
Benefiċċju tal-Inwork (Jannar - Settembru 2024)
Mistoqsija
Lokalità
Benefiċċjarji
Nefqa
PQ 22070
BORMLA
212
€123,287.95
Fid-dawl li fil-Baġit ta’ din is-sena ser titnieda skema ‘Għajnuna soċjali medika’ (Paġna 31), jista’ l-Ministru jgħid x’ser ikunu l-kriterji għal din l-iskema? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-iskop ta’ skema differenti, jekk ser tkun l-istess bħall-iskema li jieħdu l-pensjoni tal-invalidità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema tal-Għajnuna Soċjali hija differenti mill-ħlas tal-Pensjoni għall-Invalidità. Tajjeb wieħed jinnota illi l-Għajnuna Soċjali taqa’ taħt il-pilastru tal-benefiċċji mhux kontributorji u l-Pensjoni tal-Invalidità taqa’ taħt il-benefiċċji kontributorji. L-iskema tal-Għajuna Soċjali ser tkun qiegħda tiġi riformata sabiex fejn il-kap tal-familja jkun ibati minn mard serju, jiġi mgħejjun finanzjarjament fis-sens illi jitħallas €5.00 aktar fil-ġimgħa fuq kull membru tal-familja flimkien mat-€8.15 ħlas fil-ġimgħa lil kull membru tal-familja.
Persuni dipendenti fuq id-droga li għamlu programm ta’ rijablitazzjoni b’suċċess
Question
B’referenza għallmiżura fil-Baġit ta’ din is-sena li l-persuni dipendenti fuq id-droga u li għamlu programm ta’ rijablitazzjoni b’suċċess u jsibu xogħol fiss, ser ikollhom sentejn ta’ kontribuzzjonijiet (NI) akkreditati, jista’ l-Ministru jgħid x’qed ifisser b’xogħol fiss?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sentejn kontribuzzjonijiet akkreditati jingħataw jekk il-persuna jaħdem għal mill-inqas sentejn minn mindu jkun spiċċa l-programm ta’ rijabilitazzjoni b’suċċess.
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' evalwazzjoni ssir għas-servizz provdut mill-Multi Agency Risk Assessment Meeting Board (MARAM)? Kemm u kif huma involuti l-vittmi f'din l-evalwazzjoni u x'vuċi qed jingħataw f'din l-evalwazzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tiċċara xi trid tfisser ‘bit-terminu evalwazzjoni’.
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' evalwazzjoni ssir għas-servizz provdut mit-taqsima tad-Domestic Violence Unit (DVU) fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS)? Kemm u kif huma involuti l-vittmi f'din l-evalwazzjoni u x'vuċi qed jingħataw f'din l-evalwazzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellanta, sabiex tispeċifika xi trid tfisser bit-terminu ‘evalwazzjoni’.
Sptar Mater Dei — Vittmi li resqu għas-servizz tad-DVU
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-vittmi ta' vjolenza domestika li ġew rappurtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, resqu għas-servizz tad-Domestic Violence Unit (DVU) fl-2023 u minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Sptar Mater Dei — Vittmi li resqu biex jagħmlu risk assessment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-vittmi ta' vjolenza domestika li ġew rappurtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, resqu biex jagħmlu risk assessment fl-2023 u minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid wara kemm żmien jista’ jerġa’ jiġi ripetut risk assessment minn meta jsir lill-vittma ta’ vjolenza domestika?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, r-risk assessment huwa “ritratt” taċ-ċirkostanzi li tkun tinsab fihom il-vittma fil-mument li fih isir it-tali risk assesment.
Għaldaqstant, ma jeżistix żmien stipulat fejn vittma jista’ jsirilha it-tieni
risk assessment
, jew iktar. Dan isir meta s-sitwazzjoni tinbidel, jiġifieri meta l-vittma tħoss li l-affarijiet sejrin jew marru għall-agħar.
Vjolenza domestika — Vittmi li għamlu risk assessment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vittmi ta’ vjolenza domestika li għamlu r-risk assessment fl-2023 u minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'kien il-ġeneru, l-età u l-lokalità ta' dawn il-vittmi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, t-tagħrif mitlub minnha jinsab fit-tabelli statistiċi mehmużin ma’ din it-tweġiba.
Is-sors għal għal dan it-tagħrif huwa r-rapporti statistiċi tal-FSWS li jinsabu pubblikati fuq is-sit elettroniku tal-istess FSWS.
Tabella Nru 1: Risk Assessments Jannar – Diċembru 2023 (Bl-età u s-sess)
Risk: Number of Individuals who had at least one risk assessment by age category and gender
January - December 2023
Male
Female
X
Unborn
Not Specified
Total
≤17
0
1
0
0
0
1
18-19
4
15
0
0
0
19
20-24
11
66
0
0
0
77
25-29
20
95
0
0
0
115
30-34
28
137
0
0
0
165
35-39
42
147
0
0
0
189
40-44
35
113
0
0
1
149
45-49
28
67
0
0
0
95
50-54
21
65
0
0
0
86
55-59
19
26
0
0
0
45
≥60
57
106
0
0
0
163
Not Specified
0
0
0
0
0
0
Total
265
838
0
0
1
1104
Figure 77: the figure above classifies the age and gender of the service user in the reporting year bases on the specified date of birth and gender. in 2023, 838 individuals were female and 265 were male whilst the majority of individuals who received a risk assessment were aged 35 to 39 years (189)
Tabella nru. 2: Risk Assessments Jannar – Ġunju 2024 (Bl-età u s-sess)
Risk: Number of Individuals who had at least one risk assessment by age category and gender
January - December 2024
Male
Female
X
Unborn
Not Specified
Total
≤17
0
0
0
-
0
0
18-19
0
10
0
-
0
10
20-24
5
50
0
-
0
55
25-29
10
62
0
-
0
72
30-34
14
77
0
-
0
91
35-39
27
91
0
-
0
118
40-44
20
83
0
-
0
103
45-49
11
43
0
-
0
54
50-54
12
40
0
-
0
52
55-59
12
23
0
-
0
35
≥60
32
49
0
-
0
81
Not Specified
0
0
0
-
0
0
Total
143
528
0
-
0
671
Figure 94: The figure above classifies the age and gender of the service user in the reporting year based on the specified date of birth and gender. in Jan-Jun 2024, 528 individuals were female and 143 were male whilst the majority of the individuals who received a risk assessment were aged 35 to 39 years (118)
Tabella Nru 3; Reġjuni fejn jgħixu dawk li għamlu Risk Assessments
N.B. mhux qed jingħataw il-lokalitajiet speċifiċi għal raġunijie ta’ sigurtà ta’ min imur jagħmel ir-
risk assessment
.
District of residence
January to December 2023
January to June 2024
Northern Harbour District
320
187
Southern Harbour District
240
150
South Eastern District
191
129
Northern District
191
120
Western District
126
53
Gozo District
6
15
Foreign residence
1
0
Homeless
0
1
shelter/institution
4
3
Not specified
25
13
Grand Total
1104
671
The figure above classifies the district of residence as reported by the service user within the reporting year. Some service users reside within “shelter/institution” (e.g., residential homes, centre of residential restorative services, or shelters). Some service users are in Malta temporarily and so normally have a foreign residence whilst others are homeless and do not have a fixed residence. Shelter/institution, foreign residence and homeless are reported as separate categories to avoid biasing the data on district.
Vjolenza domestika — Vittmi li rrifjutaw li jagħmlu risk assessment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vittmi ta’ vjolenza domestika li rrifjutaw li jagħmlu r-risk assessment fl-2023 u minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'kien il-ġeneru, l-età u l-lokalità ta' dawn il-vittmi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-FSWS żżomm u tiġbor biss tagħrif u data statistiċi ta’ nies li jagħmlu użu mis-servizzi tagħha.
Għaldaqstant, it-tagħrif li qed titlob l-Onor. Interpellanta ma jistax jingħata għax,
by definition
, dawn irrifjutaw s-servizz u, allura, tagħrif dwarhom ma jinġabarx u ma jinżammx fil-
Case Management System
tal-FSWS.
Vjolenza domestika — Vittmi li rrifjutaw li jagħmlu risk assessment - Raġunijiet
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi elenku tar-raġunijiet li taw il-vittmi ta' vjolenza domestika biex jirrifjutaw li jagħmlu r-risk assessment fl-2023 u minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, r-raġunijiet li jagħtu l-vittmi ta’ vjolenza domestika għala ma jkunux iridu jagħmlu r-risk assessment huma:
· li ħafna mill-vittmi, irrispondew li ma jħossux il-bżonn li jagħmluh għax ma jarawx lilhom infushom li jinsabu f’riskju,
· li jkunu mgħaġġlin biex jiġbru t-tfal u jmorru lura d-dar,
· iħossuhom għajjenin u li ma jkunx il-ħin adattat u, b’hekk, isir f’ jum u ħin ieħor,
· kien sar qabel fuq sitwazzjonijiet simili u, għaldaqstant, ma jħossux il-ħtieġa li jerġgħu jagħmluh,
· Ikun hemm min imur fil Gender Based Domestic Violence Unit (GBDV hub) biss sabiex jagħtu aġġornamenti lill-pulizija, dwar rapporti preċedenti.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni dwar id-Double Pension Act tal-1979? Fid-dawl li hemm min għandu pensjoni privata u ħallas ukoll għall-ogħla bolla, jista’ l-Ministru jgħid għaliex qegħdin jirċievu pensjoni baxxa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant, lil hinn mill-fatt li l-Att speċifiku msemmi minnu ma jeżistix, sabiex jipprovdi d-dettalji tal-persuni li qed jirreferi għalihom sabiex nivverifikaw il-każi individwalment.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn talbiet għal adozzjoni ta’ tfal sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiż wieħed jista’ jibda l-proċess tal-adozzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15746 u 18010 u jgħid kemm hemm pensjonanti li ma jirċevux il-pensjoni sħiħa minħabba li kellhom nuqqas ta’ ħlas ta' kontribuzzjonijiet soċjali (bolol)? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li għandhom bejn l-14 u s-17-il sena u talbu l-għajnuna fuq il-Helpline 179 minn Jannar sa Diċembru 2023 u minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn kellhom 14, 15, 16 u 17-il sena minn Jannar sa Diċembru 2023 u minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X’kienet it-tip t’għajnuna li talbu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, s-servizz tan-National Supportline 179 huwa wieħed ibbażat fuq l-anonimità u li, għaldaqstant, hija fid-diskrezzjoni ta’ min iċempel jekk jagħtix dettalji personali jew le, inkluż l-età.
F’ dan il-kuntest, nista’ ngħarraf li fis-sena 2023 kien hemm biss sejħa waħda fejn min ċempel ta d-dettalji tiegħu / tagħha u żvela li l-età kienet bejn l-14 u s-17-il sena.
Bejn Jannar u Ġunju, 2024 kien hemm 3 każijiet ta’ persuni li ċemplu fejn żvelaw li kellhom bejn 14 u 17-il sena.
Fl-erba’ każijiet is-suġġett tas-sejħa kien dwar għajnuna għal dak li prima faciae kien jidher bħala abbuż fuq tfal.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti:
a. L-isem l-attivita;
b. L-iskop tal-attività;
c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.);
d. Id-Data tal-attività;
e. Il-post fejn saret;
f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u
g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?
Response (FALZON, MICHAEL)
Kif l-Onor. Interpellanta konxja, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.
Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.
B’referenza għall-Istanbul Convention ta’ 2012 li kien ratifikat fl-2014 u fejn Malta hija firmatarja tiegħu, fejn hemm imniżżel li f’każ ta’ vjolenza domestika huwa l-ġeneru maskili li għandu jinħareġ mid-dar tal-koppja u diversi drabi dan mhuwiex il-każ, jista’ l-Ministru jgħid għaliex dan ma jseħħx?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Vjolenza Domestika tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS m’għandu l-ebda awtorità sabiex joħroġ lill-allegati aggressuri mir-residenza fejn jabitaw. Dan billi s-servizzi ma jagħmilx, u ma għandux r-rwol ta’ infurzar tal-liġi imma ta’ assistenza soċjali.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 21470.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17953 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn dawk li bbenefikaw mis-sistema tat-tapering tal-benefiċċji soċjali baqgħu fl-impjieg tagħhom:
i. sitt xhur u
ii. sena,
wara li t-tapering tal-benefiċċji tagħhom kien spiċċa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.