Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11822 u jinvestiga l-każ ta’ kostitwent li qed ikollu jħallas madwar €585 fix-xahar sabiex ikun jista’ jieħu l-injezzjonijiet FORSTEO, ħaġa li ilu jagħmel minn butu minn Mejju, 2009?
Skond ma ninsab infurmat huwa jeħtieġlu jieħu injezzjoni waħda kuljum għal 18-il xahar u l-ispiża msemmija tinkludi labar ta’ l-injezzjoni minbarra l-ispiża ta’ nurse privata kuljum biex jingħata dawn l-injezzjonijiet.
Ninsab infurmat li d-dettalji kollha tal-każ jinsabu f'idejn is-Segretarju Privat tal-Ministru, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn dan għarrfu f'Mejju li għadda li l-każ qiegħed jiġi kkonsidrat.
Jista' l-Ministru jgħid min hu intitolat biex jieħu dawn l-injezzjonijiet? Huwa possibbli li dawn jingħataw b'xejn? Jekk le, huwa possibbli li dawn jinxtraw mill-Ispiżerija tal-Gvern biex wieħed jiffranka minn spiża kull xahar daqstant kbira?
Regolament dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol — piż massimu ta' tqandil
Question
Jista' l-Ministru jgħid hemmx regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol li jispeċifikaw il-piż massimu li persuna tista' terfa' b'mod manwali? Jekk fl-affermattiv, x'inhu dan il-piż?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li skond l-Avviż Legali 35 tas-sena 2003, ma jispesiffikax limitu massimu li persuna tista’ terfa b’mod manwali.
Peress li kienu għalqu l-applikazzjonijiet għal part-time social assistants f'Lulju li għadda, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibdew jiġu ingaġġati dawk magħżula?
Peress li r-referral letter tat-tobba trid tiġi ppreżentata meta jsir appuntament fl-outpatients, jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom jinsistu li l-pazjent jerġa' jippreżenta l-ittra tat-tabib, b'inkonvenjenza bla ħtieġa għall-pazjenti?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11900 u jgħid x'inhi l-lista ta' stennija għad-djar tal-anzjani:
a) sena b'sena skond is-sena li saret l-applikazzjoni?
b) dar b'dar?
ċ) bħala total?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10711 u ċioe: Peress li l-Gvern għandu ħafna proprjetà reġistrata f'ismu ġewwa l-Belt Kapitali, jista' jara tistax tiġi identifikati proprjetà adatta għall-użu ta' day centre peress li l-persentaġġ ta' anzjani ġol-Belt huwa sew ogħla mill-medja?
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema għaqdiet irċevew fondi mill-fondi allokati apposta għall-għaqdiet volontarji wara rakkmandazzjoni tal-NGO-Project Selection Committee tal-Ministeru, sena b'sena, għal dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid kemm kull għaqda ngħatat fondi kull sena?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x’tip ta’ għajnuna finanzjarja qiegħed jaghti il-Gvern lill-għaqdiet tal-knisja u lil min aktar?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li permezz tal-Vot Kont Rekurrenti Numru 22, Għajnuna lill-Għaqdiet Volontarji, il-Gvern qassam s’issa € 1,982,112 f’din is-sena 2009.
L-Għaqdiet li jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja huma dawk li jaħdmu l-aktar f’oqsma ma’ persuni bil-vizzju tad-droga, diżabilità mentali u fiżika, u dawk li m’għandhomx fejn joqgħodu. Flimkien ma’ dawn jibbenefikaw għaqdiet oħrajn li jagħtu servizzi li l-Ministeru għall-Politika Soċjali ma jipprovdix. Dawn l-għaqdiet jintgħażlu skond il-prijorità kif jagħti parir il-Pjan Nazzjonali kontra l-Faqar (
National Action Plan on Poverty
).
Aktar minn sebgħin fil-mija ta' dan il-kont jingħataw lill-għaqdiet tal-Knisja, jew oħrajn immexxija minn qassisin, reliġjuzi u għaqdiet fi ħdan il-Knisja.
B’riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5785 tad-9 ta’ Frar 2009 u 8741 tas-26 ta’ Mejju 2009 jista’ il-Ministru jgħid:
a) Meta bdiet l-iskema għas-sussidju lill-infermiera skont il-Continuing Professional Development Activities?
b) Kemm-il applikazzjoni saret minn dakinhar ‘il hawn?
ċ) Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet intlaqgħu s’issa u x’kien l-ammont ta’ sussidju mħallas lill-infermiera?
d) Għalxiex intalab dan is-sussidju?
e) Kemm baqa’ applikazzjonijiet pendenti u meta hu mahsub li jitħallas is-sussidju dovut partikolarment ta’ dawk l-infermiera li applikaw kwazi sena ilu?
f) Sakemm din l-iskema hu maħsub li se tibqa’?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11936 u 11039 u jgħid kemm hija l-ispiża li l-Gvern għad irid iħallas tax-xogħol li sar fuq l-Isptar Mater Dei?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11926 u 11770 u jgħid kemm mietu nies bil-marda tal-kanċer (kull tip ta' kanċer) għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009? Kemm kellhom età u minn liema lokalità?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tad-Djar — Salarji taċ-chairman, chief executive officer u segretarji tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11592 u jgħid kemm huwa s-salarju taċ-Chairman, taċ-Chief Executive Officer u tas-segretarji tagħhom, tal-Awtorità tad-Djar?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-salarju tac-Chief Executive Officer huwa ta’ €32,000, dak taċ-Chairman ta’ €15,000, tas-segretarja taċ-Chairman €13,000 u dik tac-Ceo hi ta' €18,000.
Ministeru għall-Politika Soċjali — materjal Stampat
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kolla tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta’ materjali stampat mibgħut ġod-djar tan-nies f’din l-aħħar sena kien ta’ 881,000. Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta’ Mard bagħat ġod-djar tan-nies madwar 161,000 fuljett. Is-suġġett tal-fuljett kien dwar ‘L-influwenza Virus A (H1N1). Kif tipproteġi lilek innifsek’. Il-materjal ma kienx fuq karta riċiklata iżda dawn setgħu jiġu riċiklati.
Minn żmien għal żmien intbagħtu wkoll fuljetti oħra fi djar dwar edukazzjoni b’risq il-promozzjoni tas-saħħa u prevenzjoni ta’ mard fuq talba tal-pubbliku ġenerali. Ma tinżammx statistika dwar l-ammont f’każi bħal dawn.
Informat li n-numru ta’ ittri mibgħuta mill-iSptar Mater Dei kien jammonta għal madwar 720,000. Il-maġġoranza tagħhom kienu ittri mibgħuta lil pazjenti għall-appuntamenti tal-Outpatients, Medical Imaging u proċeduri kirurġiċi. Il-materjal ma kienx fuq karta riċiklata iżda dawn setgħu jiġu riċiklati.
Iktar informazzjoni għada qed tinġabar.
Minsteru għall-Politika Soċjali — financial instruments
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi financial instruments mill-European Investment Bank fejn pajjiżna informa li mhux ser ikun qed jipparteċipa għall-perjodu 2007/2013? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li Malta ma eskludiet il-parteċipazzjoni fl-ebda strument finanzjarju tal-Bank Ewropew għall-Investiment għall-perjodu finanzjarju 2007-2013. Deċiżjoni bħal din tittieħed fuq bażi ta’ bżonn, iżda nassikura lill-Onor. Interpellant li anke kieku wieħed kellu jeskludi totalment tali parteċipazzjoni, dan ma jfissirx li jkunu ntilfu xi flus.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11314 u jispjega x'se jsir mill-intake ta' midviwes ġodda li għadhom kemm temmew b'suċċess il-korsijiet tagħhom? Kemm hu d-deficit ta' midwives fil-compliment tal-Gvern?
Ministeru għall-Politika Soċjali — Ħaddiema abbażi ta’ kuntratt
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11670 u jgħid kemm huwa numru ta' ħaddiema u/jew uffiċjali li fil-preżent jaħdmu abbażi ta’ kuntratt fl-Uffiċċju tal-Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jkun iktar preċiż fil-Mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-grant li rċieva l-Gvern biex permezz tiegħu xtara ħafna mill-apparat ta' dan il-laboratorju nazzjonali? Jikkonferma li ħafna minnu mhuwiex jintuża bħalissa? X'inhi r-raġuni għal dan, jekk dan jirriżulta li huwa minnu?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10173 jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-264 persuna li kienu ngaġġati taħt il-Gozo Employment Aid Scheme matul l-2008 kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-1 ta’ Jannar tal-istess sena? Kemm mill-264 persuna ngaġġati kienu qed jirreġistraw għax-xogħol xahar qabel ma ġew ingaġġati?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 11972.
Skemi ta' għajnuna tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10820 u jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-2004 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu fondi Ewropej?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.