Bormla — Pjazza Gavino Gulia - Tiswija ta’ ċangatura
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29297 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26963 dwar jekk huwiex possibbli li ċ-ċangatura fi Pjazza Gavino Gulia f’Bormla tissewwa qabel il-purċissjoni tal-Irxoxt, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex stabbilit programm tax-xogħol billi l-istess sejra iktar lura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li fil-bidu ta’ Ġunju saret żjara fuq il-post flimkien mad-Direttur Ġenerali u l-perit mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, fejn ġew diskussi l-problemi relatati mal-ħsarat fiċ-ċangatura. Se jsiru xi testijiet sabiex tiġi determinata l-firxa tal-problema u jiġu identifikati s-soluzzjonijiet possibbli.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29298 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26886 dwar kemm ilha ma tiġi miżbugħa ż-Zebra Crossing li hemm fi Triq l-Isqajjaq, f’Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ġiex esegwit?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li l-marki imsemmija ġew miżbugħa tliet xhur ilu.
Ta’ Sannat — Triq Ta’ Xagħman u Triq Dun Lazzru Camilleri
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29003, dwar meta ser jitkomplew ix-xogħlijiet fi Triq Ta’ Xagħman u Triq Dun Lazzru Camilleri, f’Ta’ Sannat, fejn ġie imwieġeb ‘li x-xogħlijiet bdew fix-xahar ta’ Settembru 2024 u waqfu għal xi żmien sakemm ġew stabbiliti l-livelli tat-triq’, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-livelli ma ġewx stabbiliti qabel ħarġet is-sejħa biex isiru x-xogħlijiet u qabel ma saru x-xogħlijiet tad-drenaġġ u tal-ilma f’dawn l-imsemmija toroq? Minn min ġew stabbiliti issa l-livelli ta’ dawn it-toroq? Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħlijiet humiex ser jitkomplew fil-ġranet li ġejjin peress li ntqal li ‘il-livelli ġew stabbiliti?’
Bormla — Pjazza Gavino Gulia - Tiswija ta’ ċangatura
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26963 dwar jekk huwiex possibbli li ċ-ċangatura fi Pjazza Gavino Gulia f’Bormla tissewwa qabel il-purċissjoni tal-Irxoxt, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex stabbilit programm tax-xogħol billi l-istess sejra iktar lura?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26886 dwar kemm ilha ma tiġi miżbugħa ż-Zebra Crossing li hemm fi Triq l-Isqajjaq, f’Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ġiex esegwit?
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Impjegati u Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost bħala impjegati u konsulenti l-Ministeru tiegħu, f’liema skala tas-servizz pubbliku qiegħed is-salarju/paga tagħhom, x’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn l-impjegati/konsulenti, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f’każ ta’ Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x’inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta’ kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? X’allowances ( bħal disturbance allowance, Secretariat Allowance, Bonus for Overtime Worked, Communications Allowance, Fully-expensed mobile telephony, Free Telephony, Pre-Paid top-ups for telephony service, Internet Service, Car Allowance, Transport Allowance, Fuel Vouchers, Use of car-hired car, Use of government-owned car, Internet Key, Tablets, Laptops, Peripherals, Expertise Allowance, Disturbance Allowance, Shift Allowance, eċċ.) u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati/konsulenti għandhom u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli)? Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat/konsulent tal-Ministeru għandu u li għadu fis-seħħ?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu f’interpellanza parlamentari bin-numru 23467.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28967 u jgħid min iddiżinja s-Sound Stage li għamel referenza għalih l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, waqt il-laqgħa tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi nhar l-14 ta’ Mejju 2025? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għal dan id-disinn u kemm ġie jiswa?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29075 li orġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid meta se tidħol fis-seħħ iż-żieda fl-onorarja tas-Sindki u tal-Kunsilliera Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed nifhem li ż-żieda li l-interpellant qiegħda tirreferi għaliha hija probabbilment iż-żieda ta’ €1,000 fl-allowance li jitħallsu inter alia lis-Sindki, Viċi Sindki u Kunsilliera. Din se tidħol fis-seħħ fil-ġranet li ġejjin hekk kif ikun ippubblikat f'waħda mill-edizzjonijiet li jmiss tal-Gazzetta l-Gvern l-avviż legali relattiv.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28989 u jgħid kemm hemm bus shelters f’Malta u Għawdex li huma magħmula biex jipprovdu kenn adegwat u liema huma dawn il-bus shelters?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura mill-kunsilli lokali rispettivi u mgħoddija lili.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28991 u jgħid kemm hemm bus stages f’Malta u Għawdex fejn persuni ma jkunux jistgħu jistkennu fihom u liema huma dawn il-bus stages?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura mill-kunsilli lokali rispettivi u mgħoddija lili.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali – Public Expo Village 2025 – Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28688 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29046 u jgħid xi pjanijiet hemm għall-installazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħal Qormi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi għaddej bi proċess biex ikunu installati żewġ Bus Shelters f’Ħarifa u Għaqda. Il-proċess mistenni li jkun konkluż fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29047 u jgħid xi pjanijiet hemm għall-installazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Luqa? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħal Luqa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa għaddej bi proċess biex jiġu installati żewġ Bus Shelters ġodda fi Triq Wesgħet il-Vittmi tal-Gwerra u Triq Valletta.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali — Uffiċċju addizzjonali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23619, peress li bit-tieni uffiċċju qed nirreferi għall-post/binja li fih il-Ministru jiltaqa’ mal-kostitwenti tiegħu, jista’ jgħid:
a) Kemm-il uffiċċju addizzjonali għandu barra l-binja uffiċjali tal-Ministeru tiegħu u f'liema lokalità qiegħed/qegħdin?
(b) Dawn l-uffiċini huma binjiet pubbliċi jew privati?
(c) X'inhu l-użu ta' dawn l-uffiċini?
(d) Kemm titħallas kera għal kull uffiċċju sena b'sena u jekk din titħallasx minn fondi pubbliċi jew fondi oħrajn?
(e) Min hu l-benefiċjarju ta' din il-kera?
(f) Minn x'ħin sa x'ħin u f'liema ġranet ikunu miftuħin dawn l-uffiċini?
(g) Min jiftaħ dawn l-uffiċini u jara lin-nies, il-Ministru personalment jew persuni oħra għan-nom tiegħu?
(h) Jekk in-nies jarawhom persuni oħra għan-nom tiegħu, dawn huma impjegati tal-Ministeru jew tal-Gvern?
Response (BONNICI, OWEN)
Jien għandi uffiċċju Ministerjali u uffiċini tal-kostitwenza.
Fis-sistema tagħna Ministru huwa wkoll deputat li jiġi elett minn kostitwenza jew, fil-każ tiegħi, minn kostitwenzi.
L-Uffiċċju li fih naqdi d-dmirijiet tiegħi Ministerjali huwa 41, Palazzo Lucia, Triq il-Merkanti, l-Belt.
L-uffiċini tal-kostitwenza huma jew mikrija minni personali jew fil-każ ta' uffiċċju minnhom huwa proprjetà privata tal-familja tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx rapport dwar l-istat tal-imtieħen li jinsabu f’Bormla? Jista’ jgħid ukoll x’għajnuna tista’ tingħata biex dawn l-imtieħen jiġu restawrati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li d-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni ħejja rapporti li ntużaw bħala parti mill-proċess biex jinġiebu l-permessi meħtieġa għar-restawr taż-żewġt imtieħen ta’ Bormla. Fil-fatt għadu kif beda l-intervent ta’ restawr fuq il-mitħna ta’ San Ġwann t’Għuxa. Saret ukoll talba finanzjarja sabiex fl-2026 ikun jista’ jingħata bidu għar-restawr tal-Mitħna ta’ Santa Margherita.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jinfetaħ Ċentru ta’ Matul il-Jum (Day Centre) għall-Anzjani ġewwa x-Xgħajra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li s-suġġett inkwistjoni ġie diskuss fid-dawl ta’ interess ġenwin, iżda d-diskussjonijiet għadhom pendenti u mistennija jkomplu fil-futur qrib.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-installazzjoni ta’ bus shelters fir-Rabat? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters fir-Rabat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li fil-futur immedjat, m’hemmx pjanijiet biex jiġu installati Bus Shelters ġodda fil-lokalità.