Legislature:
Category:
Reset
Active:

AFM — Programmi ta’ finanzi tal-Unjoni Ewropea - Fondi allokati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti figuri u persentaġġi ta’ kif kienu allokati l-fondi ta’ programmi ta’ finanzi tal-Unjoni Ewropea lill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) mill-2013 sas-sena 2024, skont kif ġej: • Taħriġ; • armi/armamenti; • vetturi tal-art; • vetturi tal-baħar; u • vetturi tal-ajru?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27310.

AFM — Missjonijiet barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) li taw kontribut f’missjonijiet barra minn Malta fl-2024, f’liema pajjiżi u taħt liema programmi kienu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul l-2024, 53 membru tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) taw il-kontribut tagħhom f’missjonijiet barra minn Malta, kif dettaljat fit-tabella hawn taħt. Deployment NameLocationNumber of AFM personnel EUEUNAVFOR OP ATALANTASpainX1 EUStaff Duties at CEUMCBrusselsX1 EUEUMAM Ukraine OP INTERFLEX, United KingdomUKX1 AFMMilitary Representative for EU and NATOBrusselsX1 EULiaison Officer MPCCBrusselsX1 AFMDeputy MILREP BrusselsX1 EUOHQ ASPIDES (Director)GreeceX1 EUOHQ ASPIDES (SNCO)GreeceX1 United NationsUNIFILLebanonX9 EUSeconded Malta National Expert (SMNE) Action Officer to the EUMSBrusselsX1 OSCEOSCE - head of Politico Military UnitViennaX1 AFMOp HYDRALibyaX 9 FRONTEXFRONTEX JO GREECE (Sea)GreeceX 10 FRONTEXFRONTEX JO GREECE (Land)GreeceX 6 FRONTEXFRONTEX JO BULGARIABulgariaX 6 FRONTEXFRONTEX Situational Centre (FSC) PolandX 3

AFM — Missjonijiet barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) li bħalissa qed jagħtu kontribut f’missjonijiet barra minn Malta, f’liema pajjiżi u taħt liema programmi huma?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li bħalissa, 55 membru tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) qed jagħtu l-kontribut tagħhom f’missjonijiet barra minn Malta, kif dettaljat fit-tabella hawn taħt. Deployment NameLocationNumber of AFM personnel EUEUNAVFOR OP ATALANTASpainX1 EUStaff Duties at CEUMCBrusselsX1 EUEUMAM Ukraine OP INTERFLEX, United KingdomUKX1 EUEUBAM LibyaLibyaX1 AFMMilitary Representative for EU and NATOBrusselsX1 EULiaison Officer MPCCBrusselsX1 EURecognised Maritime Picture Collator 5 – OPERATION EUNAVFORMED IRINIRomeX1 AFMDeputy MILREP BrusselsX1 EUOHQ ASPIDES (Director)GreeceX1 EUOHQ ASPIDES (SNCO)GreeceX1 United NationsUNIFILLebanonX9 EUSeconded Malta National Expert (SMNE) Action Officer to the EUMSBrusselsX1 OSCEOSCE -head of Politico Military UnitViennaX1 AFMOp HYDRALibyaX 9 FRONTEXFRONTEX JO GREECE (Sea)GreeceX 10 FRONTEXFRONTEX JO GREECE (Land)GreeceX 6 FRONTEXFRONTEX JO BULGARIABulgariaX 6 FRONTEXFRONTEX Situational Centre (FSC) PolandX 3

Tfal imwielda Malta minn ġenituri ta’ pajjiżi terzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal minn ġenituri ta’ pajjiżi terzi li twieldu f’Malta? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiżi terzi ġejjin dawn it-tfal u li bħalissa qegħdin hawn Malta u jaqsam din l-informazzjoni b’numri u persentaġġi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Onor. Interpellant għandha tirreferi din id-domanda lill-Ministru konċernat.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Solitary confinement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ntużat is-solitary confinement fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi hekk kif mibnija l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin ma tipprovdix għal post fejn persuna tkun b'mod solitarju mingħajr aċċess u ebda kuntatt ma’ persuni oħra. Madankollu l-ħabs jipprovdi għal sezzjonijiet li huma meqjusa aktar siguri u sezzjonijiet fejn l-aċċess għal kuntatt ma’ persuni oħra huwa aktar limitat.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Solitary confinement - Priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri li ntbagħtu fis-solitary confinement fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27304.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri li ntbagħtu fis-solitary confinement fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minħabba ordni tal-qorti (fis-sentenza mogħtija mill-istess priġunier) fl-2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27304.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Kariga ta’ Kummissarju għall-benesseri tar-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nħolqot il-kariga ta’ Kummissarju għall-Benesseri tar-Residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi sussidjarja illi ħolqot il-kariga ta’ Kummissarju għall-Ħarsien u Żvilupp tal-priġunieri kienet f’Diċembru tas-sena 2021 u kienet waħda mid-diversi riformi li saru fl-aħħar snin fis-sistema karċerarja ta' pajjiżna li ġiet riformata minn sitwazzjoni ta' bla ordni u ħabs mimli droga, għal ħabs ordnat b'tentattiv ġenwin ta' riabilitazzjoni. Permezz tagħha rajna li tiżdied il-kontabbiltà anke billi priġunieri jkollhom punt ta’ referenza indipendenti mit-tmexxija tal-Faċilità li jistgħu jitkellmu magħha u jressqu ċertu talbiet jew ilmenti. Il-liġi tipprovdi wkoll mekkaniżmi importanti.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Uffiċċju tal-Kummissarju għall-benesseri tar-residenti - Rapporti annwali

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali maħruġa mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Benesseri tar-Residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport annwali tal-Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri se jiġi konkluż u mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Reġistru Part 1 — Persuni barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni barranin fuq ir-reġistru Part 1 li qed jistennew biex isibu xogħol? Jista’ jgħid ukoll kemm huma mill-Unjoni Ewropea u kemm huma minn Pajjiżi Terzi (TCNs)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li sal-aħħar t'April third country nationals huma biss 24 u Ewropej huma 146.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurta u x-Xogħol – Public Expo Village 2025 – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W420.

L-Imsida — Għassa tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha magħluqa l-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien dan il-Gvern li beda u qiegħed iwettaq proġett ta’ rinovar fl-għases li tħallew fi stat ta’ abbandun għal snin twal, bl-għases lanqas kellhom dak li huwa bażiku biex joperaw. L-Imsida hija waħda minn dawn l-għases li fuqhom għaddej ix-xogħol, li ninsab infurmat li nbeda fl-aħħar ġimgħat tas-sena 2023.

Għassa ta’ Tas-Sliema — Pulizija

Question

Bħala lokalità li tilqa’ ħafna turisti u li fiha hemm ukoll moviment kbir kummerċjali u ta’ divertiment, jista’ l-Ministru jgħid kemm ikun hemm pulizija assenjati fl-Għassa ta’ Tas-Sliema matul ix-xhur tas-sajf?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kif ingħad fil-mistoqsija, l-lokalità ta’ tas-Sliema tilqa’ ħafna turisti u jkun hemm moviment pjuttost kbir kummerċjali u ta’ divertiment. Għal din ir-raġuni jiġi assigurat illi r-riżorsi ta’ uffiċjali tal-Pulizija assenjati fl-Għassa ta’ din il-lokalità matul ix-xhur tas-sajf, kif ukoll fix-xhur kollha tas-sena, dejjem jkunu biżżejjed biex ikopru l-attivitajiet relatati. Dawn jiġu msaħħa abbażi ta’ analiżi li ssir regolarment biex ikun iddeterminat l-ammont ta’ uffiċjali ta’ Pulizija meħtieġa speċjalment f’żoni, perjodi u ħinijiet differenti fil- lokalità. Uffiċjali mit-taqsima tal-Pulizija tal-Komunità li wkoll joperaw tas-Sliema jassistu lill-Pulizija mill-Għassa tad-Distrett ta’ tas-Sliema. Dan minnbarra s-soltu rondi minn uffiċjali b’vettura tal-RIU, rondi mit-Taqsima tal-Klieb u dawk tal-Kavallerija, riżorsi addizzjonali jiġu kkunsidrati u assenjati jekk ikun hemm ħtieġa, biex jiġu ndirizzati ir-rekwiżiti kollha f’din il-lokalità.

Għassa tal-Gżira — Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija assenjati fl-Għassa tal-Gżira?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ Pulizija li jkunu assenjati fi kwalunkwe għassa jkun determinat skont il-ħtiġijiet tal-lokal. Illum il-ħidma tal-Pulizija m’għadhiex biss mill-għassa imma llum il-Pulizija ssibhom fejn taħdem, fejn tgħix u fejn tiddeverti. Fil-fatt, apparti l-minimu ta’ uffiċjali għal kull xift fl-Għassa, li jiżdied b’uffiċjal ieħor għal kull xift, il-lokal igawdi wkoll mis-servizz ta’ tliet Pulizija tal-Komunità. Dan filwaqt li jsiru rondi regolari mill-uffiċjali tal-RIU.

Tipjip fi stabbilimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni nqabdu jpejpu fi stabbilimenti mill-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ kontravenzjonijiet maħruġa kontra persuni li nqabdu mill-Pulizija jpejpu f’żoni maħluqa, bejn l-2024 u d-19 ta’ Mejju 2025, kien ta’ tliet mija u disgħa u sittin (369). Barra minn hekk, ġew maħruġa sbatax (17) -il kontravenzjoni oħra kontra persuni li ppermettew dan it-tipjip fuq il-proprjetà tagħhom.

Żgħażagħ li jaħdmu Full-Time u Part-Time

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27419, jista’ l-Ministru jgħid kemm miż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-23 sena kienu jew għadhom studenti, u jekk kinux qed jaħdmu full-time jew part-time u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Skont informazzjoni li tiġbor Jobsplus, hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta' żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-23 sena li kienu qed jaħdmu full-time jew part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom (part-time only) u li fl-istess ħin kienu studenti wkoll, skont l-età tagħhom, sal-aħħar ta’ Diċembru mill-2018 sa l-2024. Studenti Żgħażagħ li kienu qed jaħdmu sal-aħħar ta' Diċembru mill-2018 sal-2024 Età 16 17 18 19 20 21 22 23 Sena Full-Time 24 148 174 170 170 181 182 202 2018 Part-Time Only 278 486 756 857 914 767 522 259 Full-Time 26 162 140 121 135 117 157 164 2019 Part-Time Only 291 501 624 851 908 772 530 267 Full-Time 17 129 151 123 124 126 155 188 2020 Part-Time Only 131 305 437 670 863 728 505 298 Full-Time 19 147 167 124 144 151 202 223 2021 Part-Time Only 277 486 672 750 850 759 503 296 Full-Time 21 169 189 165 157 149 197 222 2022 Part-Time Only 257 560 706 899 880 729 514 261 Full-Time 34 197 222 235 200 177 209 223 2023 Part-Time Only 228 516 707 931 953 727 528 274 Full-Time 39 256 214 247 178 162 165 173 2024 Part-Time Only 230 525 789 911 1,080 820 556 284 *Jobsplus bdiet tiġbor din l-informazzjoni mill-2018.

Direttiva 2012/29/UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 28595.