Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – bordijiet – benefiċċji, kumpens finanzjarju u kundizzjonijiet varji
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15339 u jgħid x’inhuma l-benefiċċji, il-kumpens finanzjarju, u l-kundizzjonijiet varji li huma intitolati għalihom membri fil-Bordijiet varji li jaqgħu taħt il-ministeru u jista’ jindika x’kienet l-ispiża attwali tas-sena li għaddiet 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn armi tan-nar liċenzjati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ armi tan-nar liċenzjati mal-pulizija sal-14 ta’ Lulju 2020, kien ta’ mija u disgħa u għoxrin elf, tmien mija u ħamsin 129,850
Jista' l-Ministru jgħid wara kemm żmien jinbidlu l-vetturi tal-AFM u jekk jinxtrawx ġodda jew jiġux leased, u kemm hi l-ispiża?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 15997, l-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi mwieġba hawn taħt:
- Il-Vetturi tal-Forzi Armati ta’ Malta jinbidlu skont il-ħtieġa. Għaldaqstant m’hemm l-ebda żmien stabbilit meta l-vetturi jiġu mibdula.
- Il-Vetturi tal-FAM jiġu mixtrija permezz ta’ proċess tal-offerti governattivi u ma jiġux mikrija vetturi għal skopijiet militari.
- Il-FAM għandha diversi tipi ta’ vetturi. Għaldaqstant l-ispiża tiddependi mit-tip ta’ vettura mixtrija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm spiċċaw Correctional Officers bis-servizz mill-2017 sal-lum u kemm daħlu rekluti ġodda fl-istess perjodu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Correctional Officers li spiċċaw bis-servizz mill-2017 sal-lum u kemm daħlu rekluti ġodda fl-istess perjodu hu kif ġej:
Spiċċaw bis-servizz 2017 - 8
2018 - 9
2019 - 13
2020 - 6
Total = 36
Rekluti ġodda 2017 - Ottubru 57
2018 - Nil
2019 - Nil
2020 - Jannar 39
Ġunju 42
Total = 138
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa fir-ranks differenti fil-Korp tal-Pulizija minn surġent 'il fuq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi sat-13 ta’ Lulju 2020, fil-Korp tal-Pulizija kien hemm mija u erbgħa u għoxrin (124) membru femminili mill-grad ta’ Surġent ’il fuq. Dawn kienu kif jidher hawn taħt:
Assistent Kummissarju
1
Supretendent
4
Spettur
27
Maġġur tat-Tieni Klassi
1
Surġent
91
Total
124
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa fl-AFM u x'inhuma r-ranks tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 16002, l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
AFM – membri li temmew l-impjieg qabel ma għalqu l-25 sena servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Forzi Armati ta' Malta mis-sena 2013 sal-lum li temmew l-ingaġġ tagħhom fil-Forza qabel ma għalqu 25 sena servizz? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn li hekk temmew l-ingaġġ tagħhom fl-Armata ġew ingaġġati f’xi korp dixxiplinat ieħor fil-pajjiż?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 16108, l-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat illi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija qiegħda tiġi mwieġba hawn taħt:
2013 - 2020
Discharge Type
Officers
Other Ranks
Resignations (Officers) / Discharged by purchase / free at option point / free after 16 years of service
10 (2 x re-enlisted in the AFM)
303 (26 x re-enlisted in the AFM)
Discharged on Medical Grounds
-
35
Discharged in the Interest of the Service
2
31
B’referenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni ser tkun qiegħda tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx ħlas, u jekk iva kemm, għal dawk ir-residenti tal-UE biex japplikaw għall-ID card jew biex ibiddlu d-dettalji tagħhom, bħal indirizz pereżempju?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Aġenzija Identity Malta ma toħroġx karta tal-identità lil ċittadini Ewropej iżda dokument ta’ residenza, bħal kull pajjiż Ewropew ieħor. Bi tweġiba għall-mistoqsija tiegħu, ninformah li ma hemm l-ebda miżata biex ċittadin Ewropew japplika għal dan id-dokument u lanqas biex ibiddel l-indirizz tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi fil-flotta tal-pulizija u kemm hi l-ispiża tal-manutenzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-flotta ta’ vetturi tal-pulizija li tinkludi kull tip ta’ vettura, muturi, scooters u segways, hija ta’ erba’ mija u tmintax (418). L-ispiża tal-manutenzjoni ta’ dawn il-vetturi għas-sena 2019 kienet ta’ madwar ħames mija u tmienja u sittin elf ewro (€ 568,000).
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi fil-flotta tal-AFM u kemm hi l-ispiża tal-manutenzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 15996, l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi mwieġba hawn taħt:
· Il-Flotta tal-Forzi Armati ta’ Malta tikkonsisti minn 195 vettura ta’ diversi tipi.
· L-ispiża tal-manutenzjoni matul is-sena 2019 ammontat għal €246,107.00.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — first aiders kwalifikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm First Aiders kwalifikati fil-Ministeru u fid-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ngħarraf lill-Onor. Intrpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Dipartiment/Entità
Numru ta’ First Aiders Kwalifikati
Rimarki
Civil Protection Department
263
Sal-aħħar ta’ Settembru 2020, 27 persuna oħra jkunu għamlu wkoll dan il-kors biex b’hekk kull persuna li taħdem fid-DPĊ tkun first aider.
MRVA
1
Probation & Parole
5
Identity Malta
14
LESA
12
L-Aġenzija qiegħda fil-proċess li tagħti taħriġ lil 13-il uffiċjal ieħor li se jkun konklu¿ fil-ġimgħat li ġejjin.
AFM
732
Police Departmnent
345
AWAS
14
Aviation Security Malta
2
MIIPA
2
Defence Matters
2
Academy for Disciplined Forces
4
Correctional Services Agency
332
1
Basic First Aid and Automated External Defibrillator
Remote Emergency Medical Technician
Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati
3
Detention Service
4
Fil-futur qrib se jsiru korsijiet għal kulħadd.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie magħmul/amministrat it-test tal-alkoħol fuq sewwieqa suspettati li kienu taħt l-influwenza ta' xorb alkoħoliku fil-perjodu bejn l-2019 sal-lum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fil-perjodu bejn l-ewwel ta’ Jannar 2019 sal-aħħar ta’ Ġunju 2020 l-ammont ta’ testijiet tal-alkoħol magħmula/amministrati fuq sewwieqa suspettati li kienu taħt l-influwenza ta' xorb alkoħoliku, kien ta’ tliet mija u ħamsin (350). Fl-istess perjodu sebgħa u ħamsin (57) persuna rrifjutaw li joqogħdu għall-istess test. Min jirrifjuta dan it-test, jingħata notifika bil-miktub u jitressaq il-Qorti.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk l-inizjattiva tal-Community Policing hix ser tkun introdotta wkoll fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar u n-Naxxar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-inizjattiva tal-Community Policing ser tkun introdotta gradwalment f’diversi lokalitajiet f’dawn il-gżejjer u eventwalment ser tkun introdotta wkoll f’San Pawl il-Baħar u n-Naxxar.
Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar – rapporti fl-għases tal-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm-il rapport sar fl-għases tal-pulizija, fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar (Xemxija, Burmarrad, Wardija, Qawra u Buġibba) u n-Naxxar (Magħtab u Salina) bejn Mejju 2019 u Ġunju 2020 maqsuma lokalità b’lokalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi skont is-sistema elettronika tal-Pulizija, l-ammont ta’ rapporti li saru fl-għases tal-Pulizija fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar, bejn l-ewwel ta’ Mejju 2019 u l-aħħar ta’ Ġunju 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Lokalità
Mellieħa
Naxxar
San Pawl il-Baħar
Ammont
1870
2375
4638
Jista' l-Ministru jara li ġewwa l-Imġarr Għawdex u fi Triq r-Repubblika ġewwa r-Rabat Għawdex, speċjalment fil-jiem ta' tmiem il-ġimgħa u jiem oħra ta' vaganza, jibda jkun hemm biżżejjed uffiċjali tal-pulizija biex jamministraw it-traffiku u jaraw li ma tinħoloqx konġestjoni żejda?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll uffiċjali ta’ Transport Malta, qed jagħmlu dak kollu possibbli biex fil-lokalità msemmija mill-Onorevoli Interpellant, ikun hemm iktar uffiċjali speċjalment fil-jiem ta' tmiem il-ġimgħa u jiem oħra ta' vaganza.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Protezzjoni Ċivili f'Għawdex kenux mgħammra b'foam apposta meta ġara l-inċident li fih sfaw maħruqa erba’ dgħajjes fil-Port tal-Imġarr f'Għawdex fl-aħħar jiem ta' Ġunju? Jekk iva, jista' jgħid dan kienx biżżejjed u jekk le x'kienet ir-raġuni li ma kellhomx dan il-foam? Jista' jgħid jekk kellux jinġab foam apposta mit-taqsimiet tal-Protezzjoni Ċivili f'Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Protezzjoni Ċivili f'Għawdex kienu mgħammra b'foam apposta meta ġara l-inċident li fih sfaw maħruqa erba’ dgħajjes fil-Port tal-Imġarr f'Għawdex fis-26 ta’ Ġunju 2000. Fl-istazzjon kien hemm 1060 litru ta’ konċentrat ta’ foam imqassam fuq ħames vetturi tat-tifi tan-nar u elf litru ieħor riserva. B’kollox total ta’ 2060 litru. Dan huwa ammont sostanzjali u adekwat fil-fatt il-membri Għawdxin irnexxielhom jikkontrollaw in-nirien milli jkomplu jinfirxu fuq dgħajjes oħra. Nikkonfermaw li fuq il-post mar il-foam tender li jesa’ 5000 litru u huwa stazzjonat ix-Xemxija biex ilaħħaq maż-żewġ gżejjer meta n-nirien ikunu meqjusa industrijali jew maġġuri. Dan it-trakk jiċċaqlaq biss minn postu meta l-uffiċjal inkarigat mill-inċident iħoss li hemm bżonnu u dan intuża sabiex jinnewtralizza għalkollox ir-residual flames u pocket fire oħra li kien għad fadal meta wasal fuq il-post. F’dawn it-tip ta’ nirien tkun trid issir foam blanket u dan isir biss meta kollox ikun preparat u mħejji sewwa. Tajjeb li ngħidu li dan it-trakk inġieb Malta fl-2017 għax qabel kulma kellu d-DPĊ huwa trakk immodifikat u kien stazzjonat ġewwa Ħal Far. Il-foam huwa għodda importanti fil-qasam tat-tifi tan-nar u jrid ikollok ħażna skont direttivi biex b’hekk tintervjeni bl-aħjar mod possibbli.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Request for Qoutes għal Tined, Sleeping Bags, Imħadded, Sodod, Siġġijiet u Mwejjed
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14600 u jgħid jekk id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħariġx Request for Quotes għal ammonti kbar ta’ tined, sleeping bags, imħadded, sodod, siġġijiet u mwejjed fl-2020? Jekk iva, meta ħarġet u kemm kienu l-ammonti ta’ oġġetti mitluba?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili talab għall-kwotazzjonijiet għal xiri ta’ diversi oġġetti fosthom:
· 70 ten-man tents
· 02 inflatable hall tents
· 520 sleeping cots
· 520 sleeping kits li jikkonsistu minn sleeping bags u mħaded
· 520 siġġijiet u 65 mejda mgħammra bit-trolleys biex jinġarru
· 01 towable generator
· 04 lighting towable towers
· 01 power generation vehicles
Dan ix-xiri qed isir wara li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rċieva l-approvazzjoni mid-Dipartiment tal-Kuntratti għal xiri permezz ta’ negotiated procedure ma’ disa’ suppliers. Is-suppliers ingħataw sebat ijiem sabiex jissottomettu l-kwotazzjonijiet tagħhom. Il-proċess fil-preżent għadu mhux konkluż