Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet marbutin mad-delitt tal-użura li tressqu quddiem il-Qrati Kriminali matul il-ħames snin li għaddew?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi mis-sena 2018 sa l-aħħar ta’ Mejju 2023 kien hemm seba’ (7) istanzi fejn persuni ġew imressqa fil-Qrati Kriminali, fuq każi li kienu marbutin mad-delitt tal-użura.
Identity Malta – proċessar ta’ ċertifikati tal-mewt
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed idumu biex jiġu pproċessati ċ-ċertifikati tal-mewt ta' persuni li jkunu mietu wara li l-karta tal-identità tagħhom tkun intbagħtet lura għand Identity Malta? X'inhi r-raġuni li għaliha qed ikun hemm dan iż-żmien biex jiġu pproċessati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li meta persuna tmut, qarib jew kwalunkwe persuna oħra trid tinnotifika l-mewt mar-Reġistru Pubbliku.
La darba notifika tkun sottomessa mar-Reġistru Pubbliku magħha tkun sottomessa wkoll il-karta tal-identità tal-persuna mejta u kopja tad-DH35 Certificate of Death and Cause Thereof, iffirmat mit-tabib li jkun iċċertifika l-mewt. Id-dettalji mniżżla fid-DH35 Certificate of Death and Cause Thereof jkunu jridu jiġu verifikati mid-dipartiment responsabbli. La darba d-DH35 Certificate of Death and Cause Thereof awtentiku jasal b’mod formali mingħand il-Health Information and Research Department for Policy in Health, in-notifika tibda tiġi pproċessata minnufih.
F’ċirkostanzi normali l-proċess biex ikun lest ċ-Ċertifikat tal-Mewt jieħu bejn ġimgħatejn u tliet ġimgħat, minn meta tkun sottomessa n-notifika mar-Reġistru Pubbliku.
F’każijiet fejn id-DH35 Certificate of Death and Cause Thereof ikun għadu proviżorju dan jikkawża dewmien fil-proċess. Il-proċess jista’ jitwal xi ftit ukoll f’ċirkostanzi fejn in-notifikat jintalab jissottometti informazzjoni jew dokumentazzjoni skont il-każ.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru road checks? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid liema awtorità jew entità qed tagħmilhom? Jista’ jindika x’tip ta’ kontravvenzjonijiet jinstabu fi spezzjonijiet simili?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi minn naħa tal-pulizija ‘road checks’ każwali f’dati differenti u imprevedibbli, jsiru regulari u min diversi sezzjonijiet tal-Korp kif ukoll mill-pulizija tad-Distretti. Dawn isiru biex jgħinu fit-trażżin ta’ mġieba ħażina fis-sewqan, fit-trażżin ta’ użu ta’ alkoħol, biex jittrattaw ma offiżi relatati ma sewqan u traffiku, kif ukoll kontravenzjonijiet jew reati illeċti oħra li jistgħu jiltaqgħu magħhom. Il-kontravenzjonijiet li jirriżultaw u jinstabu f’dawn l-ispezzjonijiet huma diversi u fosthom jinkludu dawk konnessi mal-liġijiet tat-traffiku, bħal sewqan minn persuni mingħajr liċenzja, użu ta’ karozzi mhux illiċenzjati u/jew mingħajr assikurazzjoni, sewqan eċċesiv, ġarr ta’ passiġġieri aktar milli suppost, dwal mhux kif suppost, sewqan mingħajr seatbelt, użu ta’ mobile waqt is-sewqan u diversi kontravenzjonijiet oħra. Ikun hemm ukoll kazi fejn ix-xufiera jinsabu jsuqu taħt l-influenza ta’ xorb alkoħoliku u drabi fejn ikunu fil-pussess ta’ armi kontra l-ligi u anke sustanzi projbiti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu kontravvenzjonijiet mill-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi dwar it-trasport? Jista’ jgħid kemm minnhom ingħataw għaliex il-persuni:
a. kienu qed jużaw il-mobile waqt is-sewqan;
b. naqsu li josservaw is-sinjali tat-traffiku waqt is-sewqan; u
ċ. ma kinux lebsin iċ-ċinturin tas-sigurtà waqt is-sewqan?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi id-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant huma fit-tabella riprodotta hawn taħt. L-informazzjoni li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022, sa Mejju 2023, inġabret mis-sistema LES u tinkludi kontravvenzjonijiet li nħarrġu mill-awtoritajiet kollha tal-infurzar, u cioe’ il-Pulizija, uffiċjali tal-LESA u dawk ta’ Transport Malta. Inklużi fl-ammonti hemm ukoll il-kontravenzjonijiet li nħarrġu wara li dawk responsabbli nqabbdu u ġew identifkat permezz tas-sistemi ta’ sorveljanza tat-televizjoni biċ-ċirkwit magħluq (CCTV).
2022
2022 Total
2023
2023 Total
Grand Total
Category
LESA - On Route
CCTV
Police
TM
LESA - On Route
CCTV
Police
TM
Traffic Signs
15,557
21,616
4,261
11,666
53,100
7,124
6,599
1,955
4,306
19,984
73,084
Mobile
5,383
86
5,132
3,517
14,118
4,057
28
2,143
701
6,929
21,047
Seatbelts
4,741
2
2,716
388
7,847
1,500
1,002
103
2,605
10,452
Grand Total
25,681
21,704
12,109
15,571
75,065
12,681
6,627
5,100
5,110
29,518
104,583
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu kontravvenzjonijiet marbutin ma’ sewqan eċċessiv minn speed cameras u kif ukoll dawk maħruġin minn speed guns sa minn meta bdew jintużaw? Minn min qed jintużaw l-istess speed guns?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi t-total ta’ kemm inħarġu kontravenzjonijiet bl-użu ta’ hand held speed cameras u fixed cameras mis-sena 2019 sa l-aħħar ta’ Mejju 2023, kien ta’ 214,023. Infurmat illi li speed guns jintużaw mill-pulizija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-infurzar tal-liġi dwar it-trasport hux isir biss fit-toroq jew hux isir ukoll permezz ta’ monitoraġġ teknoloġiku? F’dak il-każ, jista’ jagħti eżempji ta’ x’tip ta’ monitoraġġ isir?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi biex jiġu nfurzati l-liġijiet dwar it-trasport/traffiku, il-monitoraġġ isir ukoll b’ċerti meżżi teknoloġici. Min naħa tal-Pulizija jintużaw speed guns. Dan barra li bi sħubija ma Transport Malta, waqt il-monitoraġġ flimkien, jagħmlu użu minn apparat teknoloġiku li l-aġenzija għandha biex tivverifka ħsejjes ta’ silencers tal-vetturi, tagħbija ta’ vetturi, u verifiċi oħra relatati ma testijiet tal-VRT. Il-LESA tagħmel użu kontinwu mill-bosta speed cameras fissi u mis-CCTV cameras li għandha, li permezz tagħhom tagħmel monitoraġġ għal kontravenzjonijiet varji, bħal użu tal-mobiles waqt is-sewqan, nuqqas ta’ użu ta’ seat belts, nuqqas ta’ osservanza ta’ sinjali tat-traffiku, parkeġġ illegali, ostakoli u ksur ta’ regolamenti oħra.
AFM — Army Complaints Committee Report (2) - rakkomandazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġu implimentati r-rakkomandazzjonjiiet kollha li hemm fl-Army Complaints Committee Report (2) li kellu fil-pussess tiegħu għal diversi snin dwar eks membri tal-Forzi Armati ta' Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Gvern huwa kommess li jkompli jsewwi inġustizzji ta' Gvern preċedenti. Ġew magħluqa tlett bordijiet ta' inġustizzji, u meta jkun konkluż ir-raba’ bord kulħadd ikun infurmat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati ġewwa Birkirkara mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm wieħed u sebgħin (71) ka¿ijiet ta’ serq irrapportati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal 31 ta’ Mejju 2023 fil- lokalita’ ta’ Birkirkara.
Jista l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati ġewwa Ħal Lija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm erba’ (4) każijiet ta’ serq irrapportati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal 31 ta’ Mejju 2023 fil- lokalita’ ta’ Hal Lija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati ġewwa Ħal Balzan mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm sitt (6) każijiet ta’ serq irrapportati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal 31 ta’ Mejju 2023 fil-lokalità ta’ Ħal Balzan.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati ġewwa l-Iklin mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm tlett (3) każijiet ta’ serq irrapportati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal 31 ta’ Mejju 2023 fil- lokalità tal-Iklin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapportati ġewwa l-Imsida mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm sitta u sebgħin (76) każijiet ta’ serq irrapportati lill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2023 sal 31 ta’ Mejju 2023 fil- lokalità tal-Imsida.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9902, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u jgħid f'kemm-il inċident tat-traffiku kienu involuti sewwieqa tal-Y-Plates?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku s-sena li għaddiet fejn kienu involuti sewwieqa tal-Y-Plates kien ta’ 1,485.
Food couriers li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9903, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u kemm kien hemm persuni li jaħdmu bħala Food Couriers u jsuqu l-mutur li kienu involuti f'xi inċident tat-traffiku matul is-snin 2021 u 2022, xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li r-rapporti tal-inċident tat-traffiku ma jinkludux jekk persuna kienx qed iqassam l-ikel jew xi ħaga oħra.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — persuni li għandhom mobile allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom mobile allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9554, ninformah li hemm 9 persuni li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti jew jaħdmu mas-Segretarjat tiegħi u dak tas-Segretarju Parlamentari.
Jista’ l-Ministru jeskludi b’mod kategoriku li ma kien hemm l-ebda każ ta’ għoti/donazzjoni tal-passaport Malti b’xejn lil ċittadini barranin taħt l-Individual Investor Programme (IIP) wara l-2014?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li wara li saru l-veriki neċessarji, ġie kkonfermat lili li kull min ġie mogħti ċ-ċittadinanza taħt l-IIP ħallas il-kontribuzzjoni dovuta kif hemm stipulat fil-liġi.
Ħal Qormi – rondi mill-Pulizija fiż-żona ta’ Triq il-Wied
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsiru aktar rondi tal-Pulizija fiż-żona ta’ Triq il-Wied, f’Ħal Qormi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħal Qormi, kif ukoll dawk tal-RIU, jagħmlu ronda regolari fiż-żona ta’ Triq il-Wied, f’Ħal Qormi u ser ikomplu jkopru u jżidu r-ronda f’din iż-żona flimkien ma' oħrajn f’din il-lokalità.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-għassa tal-Pulizija ta’ Ħal Luqa mhix qed tkun miftuħa 24 siegħa kuljum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-maġġoranza taż-żmien l-għassa ta’ Ħal Luqa tkun miftuħa erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Meta minħabba impenji u attivitajiet oħra l-għassa tingħalaq, il-lokalità xorta tibqa’ tkun milħuqa mir-ronda li dejjem issir permezz ta’ uffiċjali b’vetturi tal-RIU, kif ukoll dawk tad-Distrett. B’hekk il-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija fil-lokalità jintlaħqu. Barra minn dan, ma' din l-għassa hemm istallata sistema ta’ intercom li permezz tagħha l-pubbliku jista' jikkomunika mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, minn fejn tingħata kull assistenza mitluba.
Jista’ l-Ministru jara li jsiru aktar rondi tal-pulizija fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi, partikolarment il-parti t’isfel tat-triq qabel ma tidħol għall-Marsa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kemm l-Pulizija tad-Distrett, il-Pulizija tal-Komunità, kif ukoll dawk tal-RIU, jagħmlu ronda regolarment fil-lokalità msemmija mill-Onor. Interpellant kif ukoll fit-toroq l-oħra, u din ser tkompli, anke iktar frekwenti.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8375, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-ORNIS Committee? Jista’ jagħti lista sħiħa, bl-isem u l-kunjom, ta’ min huma l-membri ta’ dan il-kumitat li huwa pubbliku?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.