Legislature:
Category:
Reset
Active:

Smart City — dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jiddawlu t-toroq li jwasslu sa Smart City? Jekk ir-responsabilità hija tal-gvern, jista' dan ix-xogħol isir mill-aktar fiss possibli peress li t-toroq tal-inħawi jkunu fi dlam ċappa u qed itellef milli n-nies jiffrekwentaw dawn l-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta hija l-entità li se tkun qed tieħu ħsieb li t-triq imsemmija tiddawwal b'mod adegwat. Għaldaqstant Transport Malta diġa xtrat il-materjal neċessarju u ħarġet sejħiet għall-offerti kemm għad-dawl kif ukoll għal xogħol ieħor f'din it-triq.

Smart City — designated area

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħwienet li jiftħu f'Smart City jaqgħux taħt ir-regoli ġenerali li jirregolaw il-ftuħ u l-għeluq tal-ħwienet peress li Smart City hija designated area? Jekk hija designated area, l-liġijiet li japplikaw għal ażjendi tal-business in ġenerali japplikaw ukoll għal Smart City?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li SmartCity Malta hija Kumpanija privata u bħal kumpanija privata oħra għandha l-obbligu li timxi skont il-liġi. Rigward il-ħinijiet permissibbli nitlob lill-Onor. Interpellant jistaqsi lil Ministeru konċernat.

Toroq residenzjali li qatt ma saru

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq residenzjali kollha li qatt ma saru fil-lokalitajiet kollha f'Malta u Għawdex u li ġew imwegħda mill-gvern fil-passat li kellhom isiru? Meta mistennija li jsiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Hawker ticket seller

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk taħt id-dekasteru tiegħu jiġux regolati dawk li huma magħrufa bħala hawker ticket seller? Jekk fl-affermativ liema awtorità jew dipartimenti huwa responsabbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Reserved parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ġie deċiż li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament m'għandhiex tingħata r-reserved parking?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Staff klerikali li għandhom degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

feasability study dwar irmiġġi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-feasibility study u l-environmental impact assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact Assessment tlestiex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies ġodda ma' Transport Malta minn Awwissu 2011 sal-lum? Kif ġie rreklamat kull impjieg? Kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull vakanza? Kif saret l-għażla? Minn liema lokalità huma dawk li ntgħażlu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — calls for applications

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fit-Transport Malta ma nħarġietx għadd ta' call for applications sabiex jiġu nies minn dipartimenti oħra jew sabiex seħħew movimenti minn dipartiment għall-ieħor fuq sistema interna? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni u fuq liema bażi ttieħdu dawn id-deċiżjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hija policy ta' Transport Malta li toħroġ calls for applications interni biex jimtlew pożizzjonijiet battala sakemm l-impjegati jkollhom r-rekwiżiti meħtieġa. Movimenti ta’ impjegati fl-istess grad minn dipartiment għall-ieħor isir abbazi ta’ eżiġenzi ta’ xogħol u għalhekk dan ma jitqiesx bħala vacancy.

Direttorat tal-Avjazzjoni — Overtime

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34127, jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li impjegati li jagħmel xogħol fuq barra bħala messaġġier ħa xogħol ħaddieħor f'overtime fil-ġranet tas-Sibt? Jista' jagħti spjegazzjoni għal dan l-aġir u jindika x'tip ta' xogħol esegwixxiet din il-persuna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mhuwiex minnu li mpjegat li xogħlu huwa ta’ messaġġier ħa xogħol ħaddiehor f’overtime is-Sibt. Waqt xogħlijiet ta manutenzjoni li saru s-Sibtijiet fl-uffiċini tad-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili kien hemm il-bżonn li l-messaġġier jidħol fuq overtime biex jiftaħ u jagħlaq l-uffiċini kif ukoll inaddaf wara li jlestu l-ħaddiema. Dawn id-doveri huma parti mix-xogħol ta’ messaġġier. Overtime jitqassam b’mod ekwu fuq bażi ta’ sengħa skont in-neċessità.

Fgura — Triq il-Foss - tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx it-tender sabiex Triq il-Foss ġewwa l-Fgura ssir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fuq il-parti ta’ din it-triq, bejn Triq Hompesch u Triq il-Kottoner sar xogħol t’asfaltar f'dawn l-aħħar ġranet. Għall-parti li hija cul de sac, saru l-istejjem tax-xogħlijiet meħtieġa u ġie maħruġ Call for Tenders fil-ġranet li għaddew.

tender għal trasport bil-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mit-tender għat-trasport bil-baħar bejn Tas-Sliema u l-Belt Valletta u mill-Belt Valletta għall-Kottonera? Meta għalqet din it-tender u x'ġara minnha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-Tender "Provision of Scheduled Maritime Ferry Services for the Grand Harbour and the Port of Marsamxett" għalqet fis-16 ta' Frar 2012. Transport Malta rċeviet offerta waħda. Intbagħtet il-Letter of Acceptance fid-29 ta' Marzu 2012 u Transport Malta preżentament tinsab f'diskussjonijiet mal-kumpanija li tefgħet l-offerta biex jiġi finalizzat il-kuntratt għas-servizz.

Villa Rundle — triq maqlugħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35181 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jispjega kif wara li sar it-tarmac quddiem Villa Rundle għall-inawgurazzjoni tal-ġnien, it-triq qed terġa' tinqala mill-ġdid? Min qed iħallas għal dan ix-xogħol doppju?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sodda tal-asfalt (asphalt basecourse) li ngħata fil-parti tat-triq quddiem Villa Rundle mhux maħsub li jerġa’ jinqala għajr jekk jirriżultaw xi difetti ta’ kostruzzjoni. Bħalissa għaddej xogħol ta’ servizzi fil-ġnub tat-triq u pavimentar tal-bankini. Fil-ġimgħat li ġejjin mistenni li jingħataw is-saffi suċċessivi tal-asfalt (asphalt binder and wearing course).

Ex MMA Berths — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm tħallsu bħala fees fir-rigward ta’ berthing fees għas-servizz offrut fil-yacht marina magħrufa bħala l-Ex MMA Berths f’Tignè għall-perjodu Mejju 2008 sa Lulju 2011? Jista' jgħid l-ammont ta’ yachts jew opri tal-baħar oħra li daħlu f'dan il-perjodu? Jista' fir-risposta tiegħu jgħid kemm ġie utillizzat f'dawl u ilma għall-perjodu msemmi hawn fuq mis-sidien tal-yachts jew opri tal-baħar li utillizzaw il-marina msemmija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat minn Transport Malta li dħul u spejjeż tal-ex MMA berths f'Tignè kienu jiġu nklużi ma' dawk tal-Imsida u Ta' Xbiex Marinas u għalhekk mhemmx records separati.

Ex MMA Berths — modules

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li ġewwa l-Ex MMA Berths Tignè, mis-sena 1991 sa 2008, kienu jitwaħħlu 8 modules għal perjodu ta' bejn Mejju sa Novembru ta’ kull sena li kienu jissupplixxu d-dawl u l-ilma? Jista’ jikkonferma jekk minn Mejju 2008 sal 15 ta’ Lulju 2011 kenux jitwaħħlu l-modules aktar ‘l fuq imsemmija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta tikkonferma li sas-sena 2008 kienu twaħħlu 8 modules. Bejn is-sena 2009 u Lulju 2011, minħabba nuqqas ta' domanda, kien twaħħal biss module wieħed.

Pjan ta' prova għall-parkeġġ fl-Imtarfa

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk huwiex possibli li jikkunsidra pjan ta' prova għall-parkeġġ residenzjali bejn is-7:00pm u s-7:00am fl-Imtarfa bil-pjan li r-residenti jkollhom parkeġġ wara li jirritornaw lura mill-ġurnata tax-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Imtarfa kien applika għal Skema ta' Parkeġġ Ikkontrollat għar-Residenti iżda l-kunsill lokali għadu ma ssottomettiex l-istudji neċessarji, skont it-Termini ta' Referenza, għal tali skemi. Il-kunsill kien ġie nfurmat li kellhom jiġu sottomessi dawn l-istudji u Transport Malta tkun f'pożizzjoni li tevalwa t-talba għal tali skema meta jiġu sottomessi dawn l-istudji.

Pjan ta' prova għall-parkeġġ fir-Rabat

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk huwiex possibli li jikkunsidra pjan ta' prova għall-parkeġġ residenzjali bejn is-7:00pm u s-7:00am fi Triq Konti Ruġġieru, Triq San Martin, Triq San Pupulju u Triq Santa Maria fir-Rabat, bil-pjan li r-residenti jkollhom parkeġġ wara li jirritornaw lura mill-ġurnata tax-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li talbiet għal skemi kontrollati għal Parkeġġ Residenzjali għandhom isiru mill-kunsill lokali rispettivi u li fil-każ in kwistjoni ma saret l-ebda talba mill-Kunsill Lokali tar-Rabat fil-konfront tat-toroq msemmija.