Legislature:
Category:
Reset
Active:

MFSA — Penalitajiet amministrattivi - Ħlasijiet volontarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il każ l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) aċċettat li jsiru ħlasijiet volontarji ta’ penalitajiet amministrattivi minflok tipproċedi ulterjorment, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm kien il-ħlas tal-penali u x’kienet in-natura ta’ nuqqas ta’ konformità li għaliha tħallset il-penali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA), tixtieq tikkjarifika illi biex taċċetta ħlasijiet volontarji ta’ penalitajiet amministrattivi, minflok tipproċedi ulterjorment, dan jista’ jsir biss jekk il-partijiet jidħlu f’settlement agreement. Għal dan il-fini, risposta f’dan ir-rispett diġà ġiet ippreżentata lill-Parlament.

Ministeru għall-Finanzi — TCNs - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi (TCNs) jaħdmu fid-dekasteru tiegħu u kemm hu twil il-kuntratt tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 20925.

Ministeru għall-Finanzi — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26983 u 27693 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Interpellant. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jagħmel użu mill-mezzi tax-xandir (media houses) lokali, sabiex ikun jista’ jwassal informazzjoni dwar servizzi, inizjattivi u informazzjoni oħra importanti għall-pubbliku inġenerali.

Persuna li taħdem full time self employed u part-time mas-settur pubbliku — Tnaqqis mit-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna li taħdem full time self-employed u part-time mas-settur pubbliku tkunx eliġibbli li tibbenifika minn tnaqqis fuq it-taxxa għal min jaħdem part-time?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jipprovdi rata ta’ taxxa ta’ 10% fuq xogħol part-time jekk il-persuna konċernata għandha wkoll impjieg full-time jew hi pensjonanta jew qed tistudja full-time. Din ir-rata tapplika wkoll f’kaz ta’ persuna li għandha biss xogħol part-time jekk din tkun miżżewġa u l-konjuġi tagħha għandu/għandha xogħol full-time jew pensjoni jew qed tistudja full-time. Fejn dan li semmejna ma japplikax, il-liġi tipprovdi li d-dħul mix-xogħol part-time jiġi ntaxxat bir-rati normali tat-taxxa. Fejn il-persuna tikkwalifika kif semmejna, ir-rata ta’ 10% tapplika fuq id-dħul mix-xogħlijiet part-time kollha li għandha, izda sa massimu totali ta’ €10,000 f’każ ta’ impjiegi u €12,000 f’każ ta’ self-employment. Fejn id-dħul jeċċedi dan il-massimu, id-differenza tiżdied mad-dħul l-ieħor tagħha biex tiġi ntaxxata bir-rati normali. Fil-każ imsemmi fil-mistoqsija, il-persuna tidher li mhijiex impjegata full-time, lanqas pensjonanta jew studenta full-time u għalhekk, sakemm ma tikkwalifikax fuq il-bażi tal-konjuġi, ma tikkwalifikax għar-rata ta’ 10% fuq xogħol part-time

Ministeru għall-Finanzi – Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta' Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema bord ta' Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x'pożizzjoni għandhom/kellhom u x'inhi/kienet il-kariga tagħhom? X'remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X'inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta' din il-ħatra?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.

Kumpaniji rreġistrati f’Għawdex — Profitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji rreġistrati f’Għawdex li ddikjaraw profitt ta’ iktar minn €100,000, iktar minn €500,000 u iktar minn €1 miljun fis-snin 2022, 2023 u 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ kumpaniji li ddikjaraw profit wara t-taxxa hu kif jidher fit-tabella li ġejja: Sena ta’ Stima Profitt ta’ iktar minn €100,000 Profitt ta’ aktar minn €500,000 Profitt ta’ iktar minn €1 Miljun 2022 123 19 25 2023 97 23 16 Il-profitti tas-sena 2024 jiġu ddikjarati aktar tard din is-sena u għalhekk l-informazzjoni tkun tista’ tingħata lejn l-aħħar tas-sena 2025.

Ministeru għall-Finanzi — Applikazzjonijiet u ħlasijiet online

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27652 u jgħid liema applikazzjonijiet u ħlasijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jistgħu jiġu sottomessi biss online, permezz tal-e-ID? Jista’ jgħid ukoll għaliex persuni ma jistgħux japplikaw jew iħallsu billi jniżżlu l-formola u jissottomettuha fiżikament jew bil-posta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Corporate Tax — Kumpaniji li ħallsu iktar minn € 500,000

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji reġistrati f’Għawdex li fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 ħallsu iktar minn € 500,000 f’corporate tax?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-tabella hawn taħt: SenaNumru ta’ Kumpaniji 20214 20224 20233* * Hemm kumpaniji li għandhom 18-il xahar biex iħallsu t-taxxa u għalhekk l-ammont ji¿died sal-aħħar ta’ din is-sena. It-taxxa għas-sena 2024 titħallas aktar tard din is-sena u għalhekk din l-informazzjoni tkun tista’ tingħata lejn l-aħħar tal-2025.

FIAU — Multi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27106, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba u ċjoè jagħti break down ta’ kull multa li tat il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mill-2019 sal-lum u jgħid kemm kienet kull multa, meta ħarġet, jekk ġietx appellata fil-Qrati, għadhiex sub judice, meta l-każ ġie deċiż mill-Qrati, kemm iddeċidiet li għandha tkun il-multa l-Qorti, liema tħallsu u liema għadhom ma tħallsux? F’każ li hemm minnhom li ġew iddikjarati bħala li jmorru kontra l-Kostituzzjoni, jista’ jindika liema huma u jekk tali sentenzi ġewx appellati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tagħmir tal-kostruzzjoni li hu aktar ambjentali — Għotjiet għall-akkwist

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntrattur ressqu applikazzjonijiet biex jiksbu għotjiet għall-akkwist ta’ tagħmir tal-kostruzzjoni li hu aktar ambjentali, u kemm minnhom ġew approvati? Jista’ wkoll jippreżenta lista bl-ismijiet tal-kuntratturi kollha li applikaw, inkluż dawk li bbenefikaw u kemm irċevew, kif ukoll dawk li ma ġewx approvati u r-raġuni għaliex?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Finanzi — Gazzetta tal-Gvern - Avviżi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ avviżi pendenti li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Ministru biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għall-perjodi bejn Jannar sa Ġunju 2024, Lulju sa Diċembru 2024 u Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jindika x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-avviżi għadhom ma’ ġewx approvati u ppubblikati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-avviżi tal-Gvern jiġu ppublikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern kif meħtieġ.

Corporate Tax — Kumpaniji li ħallsu iktar minn € 1,000,000

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji reġistrati f’Għawdex li fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 ħallsu iktar minn €1,000,000 f’corporate tax?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-tabella hawn taħt: SenaNumru ta’ Kumpaniji 20210 20220 20232* * Hemm kumpaniji li għandhom 18-il xahar biex iħallsu t-taxxa u għalhekk l-ammont jiżdied sal-aħħar ta’ din is-sena. It-taxxa għas-sena 2024 titħallas aktar tard din is-sena u għalhekk din l-informazzjoni tkun tista’ tingħata lejn l-aħħar tal-2025.

Mellieħa u San Pawl il-Baħar — Eko kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26803 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu u jgħid kemm kien l-ammont miġbur f’eko kontribuzzjoni (b’mod separat) mil-lukandi u stabbilimenti oħra ta’ akkomodazzjoni fil-Mellieħa u f’San Pawl il-Baħar matul is-snin 2022 u 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-kontribuzzjonijiet miġbura reġgħu ġew investiti lura (u b’liema mod) fl-istess żewġ lokalitajiet?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MTCA ma jkolliex data dwar ħlas ta’ eko-kontribuzzjonijiet maqsuma skont il-lokalità. Għaldaqstant din il-mistoqsija ma tistax tiġi mwieġba.

Ħlas ta’ taxxa fuq dħul minn kiri ta’ proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif persuni li m’għandhomx e-ID, fosthom anzjani, jistgħu jħallsu t-taxxa fuq id-dħul minn kera (TA24)? Jista’ jgħid għaliex sa ftit ilu persuna setgħet tniżżel din il-formola (TA24) minn fuq il-website uffiċjali tat-Taxxa, iżda issa l-ħlas jista’ biss isir online permezz tal-e-ID?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MTCA qed tagħmel sforz sabiex aktar persuni jużaw servizzi elettroniċi. Għal dawk il-persuni li jeħtieġu assistenza, speċjalment dawk anzjani, qegħdin noffru l-assistenza kollha neċessarja miċ-ċentri tas-servizz.gov madwar Malta u l-uffiċċju tal-MTCA ġewwa Għawdex.

Ministeru għall-Finanzi – Applikazzjonijiet u ħlasijiet online

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema applikazzjonijiet u ħlasijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jistgħu jiġu sottomessi biss online, permezz tal-e-ID? Jista’ jgħid ukoll għaliex persuni ma jistgħux japplikaw jew iħallsu billi jniżżlu l-formola u jissottomettuha fiżikament jew bil-posta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Fond għall-Kawżi Ġusti — Benefiċjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet jew għaqdiet soċjali bbenefikaw minn fondi li oriġinaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, separatament għal kull sena? F’kull każ, x’kien l-iskop ta’ dawn l-għotjiet? F’kull każ, kemm kien il-benefiċċju li ngħata?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26983 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Finanzi – Vjaġġi uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt vjaġġi uffiċjali barra l-pajjiż qattx kien akkumpanjat minn familjari tiegħu jew ta’ xi membru tal-kontinġent uffiċjali tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid: (a) F'liema vjaġġi l-Ministru u/jew il-kontinġent tiegħu kienu akkumpanjati minn familjari tagħhom? (b) Min kienu dawn il-familjari għal kull vjaġġ? (ċ) Kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljett tal-ajru, akkomodazzjoni, trasport, ikel, xorb u spejjeż oħra, separatament, għal kull membru tal-kontinġent f'kull vjaġġ li fih kien hemm ukoll membru/i tal-familja tal-Ministru u/jew tal-kontinġent uffiċjali tiegħu? (d) Jekk l-ispejjeż ta' kull membru tal-familja tal-Ministru u/jew tal-membru tal-kontinġent uffiċjali tiegħu tħallsux minn fondi pubbliċi jew minn fondi personali, u jekk dawn tħallsu minn fondi personali jippreżenta l-irċevuti uffiċjali ta' dawn l-ispejjeż?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm drabi fejn kont akkumpanjat minn familjari tiegħi waqt vjaġġi uffiċċjali.

MFSA — Ksur tal-protezzjoni tad-data

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26897, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-appell imsemmi minnu ġiex deċiż fil-Qrati Maltin b’sentenza tal-5 ta’ Frar 2025? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu wara li l-Qorti sabet lill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) responsabbli għall-iżvelar ta’ data personali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-appell minnu riferit jirreferi għad-deċi¿joni mogħtija mill-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri), fil-05 ta’ Frar 2025, liema appell ma ġiex evalwat fil-mertu u ġie deċiz fuq punt proċedurali. Sussegwentament, l-Awtorità ghas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta pprezentat rikors għar-ritrattazzjoni u għaldaqstant, l-allegazzjoni li l-Awtorità instabet responsabbli għal zvelar ta’ data personali għadha sub judice.