Legislature:
Category:
Reset
Active:

Requisition orders li jirrigwardjaw proprjetajiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm requisition orders pendenti fl-aħħar tas-sena 2018 li għaddiet u jista’ jinforma kemm kienu jirrigwardjaw proprjetajiet f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija u l-Fgura?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-aħħar tas-sena 2018, l-Awtorità tad-Djar kellha 162 requisition order pendenti. Minn dawn 9 kienu jirrigwardjaw proprjetajiet f’Raħal Ġdid, 3 f’Ħal Tarxien u 2 fil-Fgura. Ma kien ebda requisition order fl-2018, ta’ proprjetajiet fil-Gudja u Santa Luċija.

Att dwar is-Sigurtà Soċjali

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti fir-rigward l-Avviż Legali Nru 289/2016 li sar fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jikkonsidra li dak li hemm stabbilit għas-settur privat jiġi estiż ukoll għas-settur pubbliku kollu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dak li hemm stabbilit bl-Avviz Legali Numru 289/2016, issa huwa applikabbli wkoll għas-settur pubbliku b’effett minn Jannar 2019.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Green Leaders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Green Initiatives, huma parti integrali mill-politika tal-Gvern. Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna, iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern. Fost il-miżuri favur l-ambjent illi ttieħdu f’dawn l-aħħar snin kien hemm : · tisħiħ tal- Green Public Procurement ; · introduzzjoni tal- Online Government , illi qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi; · installazzjoni tal-pannelli; · Il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali – lista ta’stennija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ stennija tas-servizzi kollha mogħtija mill-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Support Line 179

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Support Line 179 għandux teknoloġija sabiex ċittadini li jċemplu b’urġenza fuq din il-linja, iħallu messaġġ meta l-linji kollha jkunu okkupati, sabiex jiġi kkuntattjati lura kemm jista’ jkun malajr?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-Supportline 179, huwa servizz illi joffri kunfidenzjalita` sħiħa lill-klijent li jirrikorri lejn l-użu ta’ dan is-servizz. In-numru minn fejn l-individwu jċempel ma jigix irrekordjat sabiex l-anonimita` ta’ min iċempel tiġi rispettata. Dan billi jkun hemm sitwazzjonijiet, fejn ikun ta` periklu u riskju għall-persuna li tkun ċemplet li tirċievi telefonata lura minn naħa tas-service provider. Tajjeb illi wieħed isemmi wkoll li sa minn Diċembru 2018, s- Supportline 179 minbarra l-voluntiera li ilhom jagħtu servizz tul dawn l-aħħar 20 sena, issaħħaħ peremzz tal-ingaġġ ta` 12-il ħaddiem full-time sabiex dan is-servizz tant importanti jkun jista’ jilħaq aktar nies, filwaqt illi jingħata servizz fl-immedjat u mingħajr dewmien żejjed, hekk kif il-klijenti li jirrikorru għal għajnuna tas- Supportline 179 , ikunu jeħtieġu għajnuna ta’ natura sensittiva u immedjata.

Ġenituri single

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni fuq kemm hawn ġenituri single b’riżultat ta’ separazzjoni? Jista’ jgħid kemm hawn single fathers b’riżultat ta’ separazzjoni? Jista’ jgħid kemm hawn single mothers b’riżultat ta’ separazzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Akkomodazzjoni Soċjali – single parents — applikazzjonijiet

Question

Peress li single mothers għandhom aċċess biex japplikaw għall-akkomodazzjoni soċjali u f’Novembru li għadda, is-Segretarju Parlamentari ġie kkwotat jgħid li hawn 1,700 single mother b’applikazzjoni għas-social housing, jista’ l-Ministru jgħid kemm minnhom huma single mothers b’riżultat ta’ separazzjoni minn żwieġ jew koppja? Jista’ jgħid jekk hemmx single fathers b’riżultat ta’ separazzjoni li jistgħu japplikaw għal social housing? Jekk iva, kemm hemm applikazzjonijiet ta’ single fathers?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Sussidju fuq kera — benchmarks

Question

Peress li f'Ottubru 2018, il-Gvern kien ħabbar li se jneħħi l-means testing fuq is-sussidju tal-kera u minflok se jdaħħal benchmarks, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn daħlux fis-seħħ? X’inhuma l-kriterji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Sussidju tal-kera għal familji bit-tfal

Question

Peress li f'Ottubru 2018, il-Gvern ħabbar ukoll li s-sussidju tal-kera għal familji bit-tfal se jiżdied minn €2,000 għal €5,000 fis-sena, jista’ l-Ministru jgħid jekk din daħlitx fis-seħħ? Jekk iva, minn meta? Kemm hawn familji li bbenefikaw minnha? Jista’ jgħid jekk ġenituri separati (single parents) humiex meqjusin bħala familja bit-tfal u allura jgħid jekk humiex eleġibbli għal dan is-sussidju? Jekk iva, kemm hawn single parents li qed jibbenefikaw minnha? Jista’ jgħid jekk teżistix statistika skont il-ġeneru jiġiferi ġenitur raġel/mara?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Programm għall-individwi li ma jaffordjawx jixtru darhom

Question

Peress li l-Gvern ħabbar programm għall-individwi li għandhom 45 sena u aktar, li ma jaffordjawx jixtru darhom, u għalhekk hemm ftehim mal-APS Bank biex il-Gvern iħallas in-nofs, u wara 20 sena l-individwu jkollu l-għażla li jista' jixtri l-kumplament tad-dar mill-Gvern, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-persuni li ma jaffordjax, jistgħux ikomplu jikru d-dar mingħand il-Gvern? Jista’ jgħid jekk dan il-programm huwiex immirat ukoll għal dawk l-individwi li jkunu sseparaw u wara li jkunu qasmu d-dar, xorta ma jkollhomx biżżejjed biex jixtru dar oħra għal rashom? Jista’ jgħid jekk dan il-programm daħalx fis-seħħ? Jekk iva, meta? Kemm-il individwu li ssepara, ibbenefika minn jew applika għal dan il-programm?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Proċeduri ta’ appell – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadx għandu appuntament għall-proċeduri tal-appell fuq każ li jidher fil-korrispondenza li qed tingħata separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-appell inkwistjoni, nstema’ nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu 2018, kif kien indikat fid-dokument mehmuż mal-mistoqsija. L-appell dakinhar stess ġie differit għad-deċiżjoni, liema deċiżjoni ntbagħtet lill-appellant fil-21 ta’ Marzu 2018 b’posta reġistrata. Minn informazzjoni li għandu d-dipartiment, l-ittra waslet fid-destinazzjoni fl-24 ta’ Marzu 2018.

Fgura – uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni kien hemm jaħdmu fl-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa l-Fgura u jista’ jindika kemm persuni użaw is-servizz tal-post tul is-sena 2018?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-Uffiċċju Distrettwali tal-Fgura hemm jaħdmu Acting Manager tlett darbiet fil-ġimgħa u żewġ skrivani. In-numru ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi offruti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, minn dan l-uffiċċju matul l-2018, kien jammonta għal 8,458.

Raħal il-Ġdid – uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni kien hemm jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa Raħal Ġdid u jista’ jindika kemm persuni użaw is-servizz tal-post tul is-sena 2018?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-Uffiċċju Distrettwali ta’ Raħal Ġdid hemm jaħdmu żewġ skrivani full time u persuna li tattendi darbtejn fil-ġimgħa, waqt illi l-pożizzjoni ta’ Manager qed timtela permezz ta’ roster minn Managers oħra li qed jintbagħtu minn uffiċċji distrettwali oħra. In-numru ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi offruti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, minn dan l-uffiċċju kien ta’ 14,817.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – Uffiċċji ta’ Aġenziji u Dipartiment f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il uffiċċju għandhom f’Għawdex aġenziji jew dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jelenkahom u jgħid fejn qegħdin u x'servizzi joffru? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm impjegati f’kull uffiċċju u xi grad għandhom dawn l-impjegati f’kull uffiċċju?

Response (FALZON, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9213 u 9095 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8872, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 9103, tas-Seduta 202 f’din il-Leġiżlatura.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9109 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8894, jista' l-Ministru: a. jgħid kemm kien hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni (skala 1 sa skala 5) f'dawn is-snin: 2009, 2010, 2012 u 2013 fid-dekasteru tiegħu; u b. jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux targets għall-Horizon 2020 u jekk iva, x'inhuma dawn it-targets u humiex se jintlaħqu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Birkirkara – Dar tal-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex individwat sit, fejn se ssir id-Dar tal-Anzjani ġewwa Birkirkara ? Hemm xi pjan ta’ meta se jibda x-xogħol b’mod konkret? Kemm ser jinħolqu postijiet għall-anzjani?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-sit għall-dar tal-anzjani ġewwa Birkirkara, ġie identifikat u d-dar prospettiva ser ikollha entratura minn Triq Ganu. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet flimkien ma’ Projects Malta sabiex jiġu ffinalizzati l-pjanti tad-dar u jinġiebu l-permessi kollha meħtieġa. Dawn il-permessi, kif ukoll il-proċess tal-akwist pubbliku, ser jiddetterminaw il-bidu tax-xogħol ta’ din id-dar. Huwa ppjanat illi din id-dar tkun qiegħda takkomoda 150 resident.