Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli interpellanta jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija numru 71.

Ħlas lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset jew qed titħallas il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex ġie rilokat l-apparat tas-Cyclotron li tipproduċi t-tracer li jintuża fid-dijanjożi u l-kura tal-Kanċer?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Sa Maison – Għoti ta’ proprjetà pubblika lill-Individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’liema data u b’liema titolu ngħatat il-proprjetà pubblika f’Sa Maison lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jista’ iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/att/skrittura/deċiżjoni relattiv?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Kuntratt li bih indivdwu qiegħed juza juża uffiċċju f’Sa Maison

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta l-kuntratt li bih l-individwu. li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qiegħed juża uffiċċju f’Sa Maison? Jekk ma hemmx kuntratt, jista’ jagħti l-kundizzjonijiet taħt liema tali użu qiegħed isir, inkluż meta beda tali użu, it-titolu, l-ħlasijiet li qegħdin isiru, u t-terminu tal-użu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Proprjetajiet ‘Possession and Use’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mifdija proprjetajiet li kienu f’idejn il-Gvern taħt it-titolu ta’ ‘Possession and Use’ tul dawn l-aħħar ħames snin, possibbilment sena b’sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn l-aħħar ħames snin, tlett każijiet ġew mifdija

Proprjetajiet ‘Possession and Use’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm proprjetajiet f’idejn il-Gvern taħt it-titolu ta’ ‘Possession and Use’ sal-aħħar tas-sena 2021?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2017 lil hawn saru 84 esproprju b’pussess u użu. (Id-data tal-Awtorità hija mill-2017)

Il-Fgura, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid — Proprjetajiet ‘Possession and Use’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm proprjetajiet f’idejn il-Gvern taħt it-titolu ta’ ‘Possession and Use’ fil-Fgura, Ħal Tarxien, u Raħal Ġdid sal-aħħar tas-sena 2021, u possibbilment jindikahom lokalità b'lokalità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li għandha l-Awtorità hija mill-2017 lil hawn. Mill 2017 fil-Fgura ma’ sar l-ebda esproprju ta‘ pussess u użu, Ħal-Tarxien sar wieħed u Raħal Ġdid saru erbgħa.

Iż-Żejtun u Ħal Għaxaq — Proprjetajiet ‘Possession and Use’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm proprjetajiet sal-aħħar tas-sena 2021 li huma f’idejn il-Gvern taħt it-titolu ta’ ‘Possession and Use’ li jinsabu fiż-Żejtun u Ħal Ghaxaq u possibbilment jindikahom lokalità b'lokalità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-records Ii għandha l-Awtorità huma mill-2017. Mill-2017 lil hawn ma kien hemm l-ebda esproprju b’pussess u użu fiż-Żejtun u Ħal-Għaxaq.

Marsaxlokk – Triq ix-Xerriek – barumbara

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif barumbara skedata Grad 2 b’valur ta’ wirt storiku ġewwa Triq ix-Xerriek, Marsaxlokk, ingħata fuqha l-permess biex tiġi żviluppata f’binja privata li ser tkun qed tinqasam f’diversi units?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Dipartiment tal-Artijiet — kumpens għall-esproprjazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif kien jinħadem il-kumpens għall-esproprjazzjoni qabel l-2017 u kif qiegħed jinħadem issa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Il-kumpens illum jinħadem kif ġej, jekk diġa kien hemm gazzetta tal-Gvern tal-President jew Gvernatur Generali u qatt ma kien ħareg avviz ta‘ ftehim, allura l-valur tal-art jittieħed fid-data ta‘ meta ħarget il-Gazzetta originali u jiġi aġġustat bl-indiċi tal-inflazzjoni sallum Jekk kien avviz ta‘ftehim u l-kumpens offrut f’tali avviz kien aċċettat mis-sid, allura l-kumpens dovut ikun dak l-ammont indikat fl-avviz ta‘ ftehim, aġġustat bl-indici tal-inflazzjoni sallum

Awtorità tal-Artijiet – permessi għal postijiet riservati biex jipparkjaw caravans

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn u jipprovdi pjanti u lista tal-areas f’Malta u Għawdex li l-Awtorità tal-Artijiet ħarġet permessi għall-postijiet riservati biex jipparkjaw caravans għal din is-sena, l-2022?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għas-sena 2022, ma ħarġu l-ebda konċessjonijiet (encroachments) għal ipparkjar ta’ caravans.

MGA – ħatra tal-membri tal-Bord

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1169 u ċjoè: Jista’ attwalment jgħid min huma ċ-chairperson, id-deputy chairperson u l-membri tal-Bord tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA)? Jista’ jgħid f’kull każ meta kull persuna ġiet maħtura u għal kemm żmien kienet il-ħatra attwali, u jekk il-ħatra attwali hijiex l-ewwel jew it-tieni ħatra tal-persuna konċernata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MCA — ħatra tal-membri tal-Bord

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1170 u ċjoè: Jista’ jgħid attwalment min huma ċ-chairperson, id-deputy chairperson u l-membri tal-Bord tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA)? Jista’ jgħid f’kull każ meta kull persuna ġiet maħtura u għal kemm żmien kienet il-ħatra attwali, u jekk il-ħatra attwali hijiex l-ewwel jew it-tieni ħatra tal-persuna konċernata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Xiri ta' kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gvern xtara l-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mingħand il-kumpanija Steward Health Care? Jista’ jgħid jekk ix-xiri tal-kumpanija kienx jinkludi l-apparat tas-Cyclotron li tipproduċi t-tracer li jintuża fid-dijanjożi u l-kura tal-Kanċer?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tal-Artijiet – encroachment permits – ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas li l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet għall-encroachment permits, kull sena mill-2013 sal-lum?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ ħlas li l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet għall-encroachment permits, kull sena mill-2013 sal-lum.

Sa Maison – Għoti ta’ proprjetà ta’ Transport Malta lill-individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’liema data u b’liema titolu ngħatat il-proprjetà parti mill-bini ta’ Transport Malta f’Sa Maison lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jistax iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/att/skrittura/deċiżjoni relattiv?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Enemalta – pubblikazzjoni ta’ kontijiet awditjati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1414, peress li r-"regoli stabbiliti" jipprovdu għal "ogħla penali li jista' jiġi impost", jista' l-Ministru jagħti l-ammont preċiż tal-penali li ġie impost f'dan il-każ partikolari (Enemalta plc), kemm għall-kontijiet tal-2019 li ġew imdaħħla sena u nofs tard u kemm dawk tal-2020 li ġew imdaħħla madwar sitt xhur tard?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba għall-mistoqsija 1414.

Bormla: Mitħna ta’ San Ġwann — restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet avvanzati li kellha l-Awtorità tal-Artijiet biex il-Mitħna ta' San Ġwann, Bormla, li hi ta' żmien il-Kavallieri, tiġi restawrata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet tieħu ħsieb il-manutenzjoni u t-tiswija imma mhux ir-restawr.

Bormla: Mitħna fiż-Żona ta’ Santa Margerita — restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet sabiex il-Mitħna fiż-Żona ta' Santa Margerita, Bormla, tiġi restawrata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet tieħu ħsieb il-manutenzjoni u t-tiswija imma mhux ir-restawr.

Liġijiet dwar l-Intelliġenza Artifiċjali fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet biex jipprepara liġijiet ġodda għal dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fit-toroq, partikolarment dwar liabilities f’każijiet ta’ aċċidenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li L-Unjoni Ewropea qegħda tissuġġerixx biex l-Intelliġenza Artifiċjali f’ċerti oqsma tkun regolata, fejn l-istutuzzjionijirt għadhom qed jiddiskutu dawn ir-regolamenti. Ladarba l-Unjoni Ewropea tilleġiżla dawn ir-regolamenti, Malta tkun qegħda tagħmel traspożizzjoni tagħhom fil-liġijiet nazzjonali tagħha. Malta diġa’ għandha qafas regolatorju ta’ ċertifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet li jaħdmu permezz tal-Intelliġenza Artifiċjali inkluż fit-Trasport, liema ċertifikazzjoni toħroġ mill-Awtorita’ Maltija għall-Innovazzjoni Digitali. Dan il-programm ta’ ċertifikazzjoni jagħti aktar assigurazzjoni li l-Intelliġenza artifiċjali taħdem kif suppost u allura jnaqqas ir-riskju ta’ liabilities.