Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #9138 Sitting 202 2019-02-26 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Supply teachers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn supply teachers fl-iskejjel Maltin u Għawdxin? F’liema skejjel qegħdin? X’qed jgħallmu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #9139 Sitting 202 2019-02-26 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — riżenja ta' Kap Eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex tkeċċa jew ġie mġiegħel jirriżenja l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament qatt ma kien jokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada. Madankollu, il-Kap Eżekuttiv li x’aktarx qed jirreferi għalih l-Onor. interpellant la tkeċċa u lanqas ġie mġiegħel jirriżenja. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżenja ta’ dan l-individwu.
Leg 13 PQ #9140 Sitting 202 2019-02-26 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Kap Eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Kap Eżekuttiv kien hemm fil-Fondazzjoni Għall-iskejjel t‘Għada mill-2013 sal-lum? Jista' jgħid min kienu, kemm damu fil-kariga u r-raġuni għalfejn spiċċaw mill-kariga? X’salarju kellhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #9141 Sitting 202 2019-02-26 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — task force

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li twaqqfet task force biex tagħmel awditjar tal-operat tal-Fondazzjoni għall-iskejjel t’Għada? X’inhuma t-terms of reference? Għaliex inħass il-bżonn ta’ awditjar? Min qed jagħmel l-awditjar? Sa meta se jkun lest ir-rapport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-‘task force’ li twaqqfet hija biss biex issaħħaħ l-istruttura tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada biex tassigura l-effiċjenza tal-FTS biex inkunu nistgħu nkomplu nibnu aktar skejjel ġodda minn dawk is-sitta (6) li diġà bnejna, u sabiex inkomplu nagħmlu aktar estensjonijiet u refurbishment ma’ dawk li diġà għamilna. Ir-rapport ta’ din it-task force, immexxija miċ-chairman preżenti tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada, għandu jitlesta sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Leg 13 PQ #9142 Sitting 202 2019-02-26 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skejjel tal-Knisja — faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-eżitu tad-diskussjonijiet dwar żvilupp ta’ aktar faċiltajiet sportivi fl-iskejjel tal-knisja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jikkjarifika din il-mistoqsija u jiċċara għal liema diskussjonijiet fuq faċilitajiet sportivi fl-Iskejjel tal-Knisja qed jirreferi.

Klabbs sportivi — fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jgħaddi fondi jew għadda fondi jew se jgħaddu fondi lill-klabbs sportivi u liema fondi mhumiex ta’ SportMalta? Jista’ jagħti lista tal-klabbs sportivi li bbenefikaw jew se jibbenefikaw minn dawn il-fondi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — nefqa ta' TV advertising

Question

Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-nefqa mill-Ministeru/Dipartimenti fuq TV advertising fl-2018 kienet ta' € 29,986.55. Rigward l-entitatjiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, it-tagħrif huwa kif ġej: MCAST Matul is-sena 2018 intnefqu €2,336.40 fuq riklamar fuq it-televiżjoni. SportMalta L-ammont tan-nefqa fuq TV advertising fis-sena 2018 kien ta' €17,700 VAT inkluża. Infurmat ukoll li t-tweġiba mill-entitajiet l-oħra fi ħdan il-MEDE kienet 'xejn'.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — pożizzjonijiet tal-management – pakkett finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jagħi l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma’ kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu? L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma’ Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Educational Support Services Department – sussidju għas-servizz tal-Inspire

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Educational Support Services Department mhux ħa jkompli jissussidja s-servizzi li l-Inspire tipprovdi għal persuni bi bżonnijiet speċiali f'dak li għadu x'jaqsam ma' tutor visits in classroom during school year, tutor sessions in summer u summer group therapy at Bulebel/Marsascala) Jista' jikkonferma wkoll li issa l-ġenituri ta' dawn it-tfal bi bżonnijiet speċiali jridu japplikaw mill-ġdid għal dawn is-servizzi mill-Autism Spectrum Support Team through the school INCO?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MEDE wasal biex jagħmel kuntratt ġdid mal-Inspire wara ħidma estensiva kemm min-naħa tal-professjonisti fi ħdan is-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport Għall-Iskejjel u anke wara taħditiet ma’ uffiċjali min-naħa tal-Inspire dwar x’servizzi jistgħu jingħataw. Għaldaqstant, importanti ħafna li l-ġenituri li għandhom xi diffikultà jew bżonn ta’ aktar kjarifika fuq it-tip ta’ sapport li ser jingħata għandu jitkellem mal-Kap tal-iskola jew jagħmel kuntatt ma’ uffiċjali fi ħdan id-dipartiment tas-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport Għall-Iskejjel biex jiġi żgurat is-sapport li għandu bżonn l-istudent.

Persuni li tilfu l-impjieg tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li tilfu l-impjieg tagħhom matul is-sena li għaddiet u liema xogħol kienu jagħmlu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, it-tagħrif dwar in-numru ta’ persuni li tilfu l-impjieg tagħhom matul l-2018 u f’liema kategorija ta’ xogħol kienu qegħdin jaħdmu huwa kif muri fit-tabella hawn taħt. Dawn in-numri m’humiex uniċi għaliex persuna tista’ tilfet ix-xogħol tagħha iktar minn darba fl-istess sena. In-numru ta’ persuni uniċi li tilfu x-xogħol fl-istess perjodu huwa ta’ 1,877. Kategorija ta' xogħol - ISCO-08 Total [1] Managers 221 [2] Professionals 293 [3] Technicians and Associate Professionals 261 [4] Clerks and support workers 221 [5] Services and sales workers 371 [6] Skilled Agricultural, fishery and forestry workers 19 [7] Craft and related trades workers 195 [8] Plant and machine operator and assemblers 104 [9] Elementary Occupations 309 Grand Total 1,994

Persuni li nqabbdu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nqabdu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw f’dawn l-aħħar sentejn? X’passi ttieħdu kontra dawn il-persuni u dawk is-sidien li ħaddmu dawn in-nies?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persuni li nqabdu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw f’dawn l-aħħar sentejn kienu 46 fl-2017 u 18 fl-2018. Fost s-46 li nqabdu fl-2017, hemm 24 każ li ser jitressqu l-qorti, 20 każ li rregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom fl-istess ġurnata, każ wieħed li appella quddiem l-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol, fejn il-każ intrebaħ mill-appellant u każ ieħor li deher quddiem il-Qorti ta’ Għawdex fejn dan inħeles. Min-naħa l-oħra, it-18-il każ tal-2018 ser jitressqu l-qorti.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'safar bejn Jannar 2018 u Jannar 2019? Kemm-il safra għamel? Fejn kienet/kienu? X'kienet l-okkażjoni? Ma’ min kien akkumpanjat għal kull safra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt li tinġabar l-informazzjoni mitluba f’din il-mistoqsija mit-taqsima konċernata. S’issa m’għandix it-tagħrif mitlub. Għaldaqstant, it-tagħrif mitlub ikun jista’ jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.
Leg 13 PQ #8833 Sitting 199 2019-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

TESS – riżultati tal-interviews għal scholarship

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser joħorġu r-riżultati għal scholarship taħt l-iskema tat-TESS wara li saru l-interviews għal dawk li applikaw fl-2018?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-riżultati tat-TESS diġà ġew pubblikati u l-applikanti kollha ġew infurmati b’ittre u sms. Ir-riżultati/rankings huma fil-fatt pubblikati fis-sit elettroniku ta’ myscholarship.gov.mt. Bdiet issir ukoll komunikazzjoni mal-applikanti fuq l-andament tal-proċessi li jmiss.

Skejjel Primarji u Sekondarji — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk l-istudenti fl-iskejjel primarji u sekondarji skont il-lokalità, sess u nazzjonalità li: a. talbu biex ma jiħdux sehem f’lezzjonijiet RE?; b. Kemm minnhom għamlu dan minħabba reliġjon?; u c. Kemm huma dawk l-istudenti li ppreferew li ma jattendux klassijiet RE u minflok għażlu Ethics Classes ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li ma jattendux il-lezzjonijiet tar-Reliġjon f’kull skola flimkien man-numru ta’ studenti li qed jattendu l-klassijiet tal-Etika huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat li biex tingħata informazzjoni dwar is-sess u n-nazzjonalità ta’ dawn l-istudenti, ikun irid isir eżerċizzju biex din id-data tinġabar skola, skola u huwa eżerċizzju li jrid ħafna ħin biex isir.

Qasam Edukattiv — nuqqas ta' għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx nuqqas ta’ għalliema fil-qasam edukattiv u f’liema suġġetti hemm dan in-nuqqas?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif diġà ġie spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8452, l-esiġenzi fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jinbidlu matul is-sena skolastika. Dan minħabba raġunijiet varji fosthom maternity leave, mard, bżonn ta’ leave urġenti, riżenji u oħrajn. Bħalissa hemm nuqqas ta’ erba’ (4) għalliema fis-sekondarja (Ingliż, Studji Soċjali, P.E. u Home Economics). Fil-Primarja hemm nuqqas ta’ żewġ (2) għalliema bil-klassi. Hemm ukoll nuqqas ta’ tliet (3) għalliema tal-Arti, tliet (3) għalliema tal-Mużika u żewġ (2) għalliema tal-PSCD fis-servizz tal-peripatetic fil-Primarji. Fil-każ tal-peripatetic, il-Kulleġġi jagħmlu rotation ta’ l-għalliema fil-kulleġġ biex, sakemm jinstabu replacements, ikollna l-istudenti kollha li jkunu qed jieħdu lezzjonijiet. Fil-ġimgħat fejn ma jkollhomx għalliem peripatetic, ikun l-għalliem tal-klassi li jkun qed jagħmel dawn il-lezzjonijiet. Fil-każ tan-nuqqasijiet l-oħra ikun qed isir ix-xogħol biex dawn jimtlew fl-inqas żmien possibbli.

Studenti li telqu mill-iskola qabel l-età ta 16-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li telqu l-iskola qabel ma’ għalqu l-eta’ ta’ 16-il sena fis-sena 2017 u fis-sena 2018? Kemm kellhom żmien dawn l-istudenti li ma baqgħux jattendu l-iskola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2017 kien hemm 14-il student ta’ ħmistax-il sena li ngħataw permess biex jieqfu mill-iskola qabel temmew il-Year 11 (Form5) waqt li fis-sena 2018 kien hemm seba’ studenti tal-istess età.
Leg 13 PQ #8931 Sitting 199 2019-02-19 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Wied il-Għajn – Skola – direct orders għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders għax-xogħol fuq l-iskola ta’ Wied il-Għajn? Liema kienu dawn id-direct orders? Lil min ingħataw? F’liema dati ngħataw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada imxiet skont il-proċeduri stabbiliti fil-każ ta' direct orders, u għalhekk kisbet l-approvazzjonijiet neċessarji mill-MFIN. L-informazzjoni qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8932 Sitting 199 2019-02-19 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Wied il-Għajn – Ftuħ tal-iskola l-ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta kienet imwiegħda li tinfetaħ l-iskola ta’ Wied il-Għajn u fil-fatt meta nfetħet? Għaliex kien hemm dan id-dewmien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Iskola Primarja ta' Marsaskala kellha tiftaħ f'din is-sena skolastika u hekk se jsir. Kien hemm dewmien fid-data tal-ftuħ peress li kien hemm bżonn numru ta' testijiet li ma kinux oriġinarjament ippjanati u għaldaqstant dan sarraf f'dewmien mhux programmat.

Barranin li nqabdu jaħdmu bla permess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ittieħdu mal-2,000 barrani li f’Novembru tas-sena l-oħra nqabdu jaħdmu bla permess waqt spezzjonijiet li saru mill-ispetturi tal-Jobsplus?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ispezzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol isiru kif preskritt mill-Kapitolu 594 (qabel 343) tal-Liġijiet ta’ Malta. L-istess Kapitolu jitfa’ r-reponsabbiltà kollha fuq il-prinċipal (employer) sabiex jirreġistra lill-impjegati tiegħu. Artiklu 36 jgħid: 36. Kull prinċipal, li jimpjega persuna oħra whole-time, part-time jew b’xi mod ieħor b’kuntratt definit jew indefinit jew fuq probation għandu javża lil Jobsplus dwar dan l-impjieg b’mezzi li jistgħu jiġu stabbiliti minn Jobsplus minn żmien għal żmien. Artiklu 43 jgħid: 43. Kull prinċipal li jimpjega xi persuna li ma tkunx ċittadina ta’ Malta, ħlief fir-rigward ta’ persuna li jkollha permess waħdieni jew liċenza ta’ impjieg, ikun ħati ta’ reat. Filwaqt li Artiklu 52 jkompli: 52. Kull persuna li tikser id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 43 teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn elfejn u ħames mitt euro (€2,500) u mhux iżjed minn ħamest elef euro (€5,000) kif ukoll is-sospensjoni tal-liċenzja applikabbli għan-negozju jew kummerċ. Il Kapitolu għaldaqstant ma jagħrafx lill-impjegat bħala responsabbli minn xi ksur ta’ liġi iżda lill-Prinċipal. Bħala prassi, meta jinstabu ċittadini ta’ pajjiżi terzi jaħdmu bla permess, Jobsplus tinforma lill-Pulizija tal-Immigrazzjoni illi jkunu jistgħu jiddeportaw il-barranin taħt il-poteri tal-Kapitolu 217.

Programmi/inizjattivi għal tfal b’learning disability

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 32038 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizzi mogħtija mill-NGOs Inspire u Equal Partners lil 305 student fl-iskejjel tal-Istat humiex bil-ħlas jew le? Jekk iva, kemm huwa l-ħlas għal dawn is-servizzi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tlabt informazzjoni dwar din il-mistoqsija mingħand id-Direttorat konċernat. It-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.