Skejjel statali — Livell sekondarju - Membri ta’ SLTs li se jirtiraw bl-età
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri ta’ SLT fl-iskejjel statali fil-livell sekondarju, li laħqu l-età tal-irtirar f’xi żmien matul is-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u baqgħu fil-kariga tagħhom sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ jelenka f’liema skejjel kienu?
Skejjel statali — Livell primarju - Membri ta’ SLTs li se jirtiraw bl-età
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri ta’ SLT fl-iskejjel statali fil-livell primarju, li ser jilħqu l-età tal-irtirar f’xi żmien matul is-sena skolastika li ġejja (2025-2026) u li applikaw biex jibqgħu fil-kariga sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ jelenka f’liema skejjel qegħdin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika msemmija, mill-iskejjel statali primarji, medji u sekondarji, saru 3 talbiet minn SLTs sabiex jibqgħu fil-kariga tagħhom wara l-età tal-irtirar.
Skejjel statali — Livell medju - Membri ta’ SLTs li se jirtiraw bl-età
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri ta’ SLT fl-iskejjel statali fil-livell medju, li ser jilħqu l-età tal-irtirar f’xi żmien matul is-sena skolastika li ġejja (2025-2026) u li applikaw biex jibqgħu fil-kariga sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ jelenka f’liema skejjel qegħdin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29832.
Skejjel statali — Livell sekondarju - Membri ta’ SLTs li se jirtiraw bl-età
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri ta’ SLT fl-iskejjel statali fil-livell tas-sekondarja, li ser jilħqu l-età tal-irtirar f’xi żmien matul is-sena skolastika li ġejja (2025-2026) u li applikaw biex jibqgħu fil-kariga sa tmiem l-istess sena skolastika? Jista’ jelenka f’liema skejjel qegħdin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29832.
Jista’ l-Ministru jgħid hekk hemmx pjan biex jinbidel it-turf tal-Kumpless Sportiv ta’ Kordin, fejn jitħarrġu u jilagħbu it-timijiet sportivi tal-Hockey?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kumpless imsemmi ngħata b'ċens perpetwu lill-Federazzjoni tal-Hockey.
Ħlas għal terapija — Appoġġ finanzjarju għall-ġenituri
Question
Fid-dawl li ħafna ġenituri qed ikollhom iħallsu għal terapiji għal uliedhom peress li dawn l-istess terapiji mhux qed jiġu provduti fl-iskola, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser ikun hemm xi tip ta’ appoġġ finanzjarju għal dawn il-ġenituri? Jekk iva, jista’ jgħid x’ser ikun dan l-appoġġ finanzjarju?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn studenti li qed jiġu pprovduti bis-support ta’ LSE ġewwa Għawdex? Kemm hemm minnhom fl-iskejjel primarji, sekondarji u kemm fil-livell post sekondarju? Jista’ jgħid ukoll kemm qed jirċievu one to one u kemm shared?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26182. Għas-sigurta u l-privatezza tal-individwi, informazzjoni ulterjuri mhux ser tiġi ppubblikata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment tal-Gvern fuq innovazzjoni u riċerka ġewwa Għawdex, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Inteprellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27263.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29383 dwar kemm hemm skejjel li saret manutenzjoni fuqhom f’dawn l-aħħar ħames snin, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawn l-iskejjel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’għandix xi nżid ma dak li diġà weġibt għall-mistoqsija parlamentari 29383.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti dwar Cyberbullying mal-Anti-Bullying Services fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni matul din is-sena u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti dwar Cyberbullying mal-Anti-Bullying Services fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti ingaġġati mal-Ministeru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża għall-ingaġġar ta’ konsulenti, xahar b’xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-konsulenzi, min kienu dawn il-konsulenti, xi kwalifiki għandhom, x’inhi l-kompetenza tagħhom u kemm tħallas kull konsulent għall-kull servizz ta’ konsulenza li ta? Jista’ jgħid ukoll kif ingħataw dan ix-xogħol dawn il-konsulenti; jekk hux permezz ta’ direct order jew tender?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti ingaġġati mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni huma impjegati skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-allokazzjonijiet tal-baġit u l-pjanijiet:
i. għar-reklutaġġ ta’ Behavioural Therapists;
ii. għaż-żieda ta’ Speech Therapists u speċjalisti tal-komunikazzjoni; u
iii. għat-titjib tal-infrastruttura fiżika u l-ambjenti terapewtiċi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward ta’ Behavioural Therapists, il-ħidma ssir dejjem f’kollaborazzjoni mill-qrib mat-terapisti individwali tal-istudenti. L-għan ewlieni huwa li l-edukaturi jkunu f’pożizzjoni li jimplementaw ir-rakkomandazzjonijiet professjonali li jiġu pprovduti mir-rapporti u l-osservazzjonijiet tagħhom u li jaħdmu id f’id mat-terapisti rispettivi. Dan il-mod ta’ ħidma jippermetti interventi konsistenti u effettivi kemm fl-iskola kif ukoll barra minnha.
Rigward is-servizzi ta’ Speech Therapists, bħalissa qegħdin naħdmu b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva sabiex niżguraw li fl-iskejjel ikun hemm in-numru meħtieġ ta’ terapisti, u li l-istudenti kollha li għandhom bżonn dan is-servizz qed jirċievuh b’mod sħiħ u kontinwu. Din il-koordinazzjoni hija essenzjali biex jiġi żgurat appoġġ terapewtiku konsistenti u effettiv fi ħdan l-ambjent edukattiv.
Fir-rigward għat-titjib fl-infrastruttura u l-ambjenti terapewtiċi, qegħdin ninvestu fil-ftuħ ta’ kmamar ġodda apposta fl-iskejjel, bil-għan li l-istudenti jibbenefikaw minn spazji li joffru appoġġ effettiv u sensittiv għall-bżonnijiet tagħhom. Fejn meħtieġ, qegħdin nallokaw riżorsi apposta sabiex jinbidlu jew jinxtraw riżorsi edukattivi u infrastruttura ġdida, bil-għan li jiġu modernizzati l-faċilitajiet eżistenti u jinħoloq ambjent adekwat għall-istudenti. Barra minn hekk, ser nkomplu nsaħħu l-kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) li joffru servizzi terapewtiċi u programmi edukattivi. Din il-ħidma konġunta tkompli ttejjeb l-aċċess u l-kwalità tas-servizzi offruti lill-istudenti fil-komunità edukattiva.
Jista’ l-Ministru jgħid liema qafas jeżisti biex jitkejjel l-impatt edukattiv, emozzjonali u finanzjarju fit-tul tal-investiment f’sistema edukattiva inklużiva u b’riżorsi tajbin għaż-żgħażagħ b’diżabilità intellettwali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal kull istituzzjoni oħra, l-iskejjel speċjalizzati jgħaddu minn external reviews li fihom jiġi imkejjel b’mod kwalitattiv is-servizz li jingħata, ibbażat fuq standards maħruġa mid-Dipartiment għall-Istandards u Kwalità fl-Edukazzjoni. Dan jikkumplimenta r-review interna li ssir minn kull skola.
Infurmat li matul is-sena skolastika l-kapijiet jagħmlu reviżjoni tal-operat u l-impatt tiegħu mad-Direttur Ġenerali. Infurmat ukoll li s-sena skolastika li ġejja se jkun varat mudell ta’ external review li hu ffukat biss fuq l-inklużjoni, bi standards li huma ffukati fuq din l-area.
L-Iskola Guardian Angel — Studenti li spiċċaw il-ħdax-il sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu biex tiġi assigurata l-way forward għal dawk l-istudenti li spiċċaw il-ħdax-il sena fl-Iskola Guardian Angel? X’soluzzjonijiet qed jiġu kkunsidrati biex il-ġenituri ta’ dawn l-istudenti jkollhom moħħhom mistrieħ dwar il-futur ta’ uliedhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li saret evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet kollha, u ġie studjat il-profil tal-istudenti, qed isiru tħejjijiet sabiex il-programm li se jiġi offrut għal dan il-grupp ta’ studenti ikun jirrifletti l-ħiliet tagħhom.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Remote working - teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, mal-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, hemm 670 -il ħaddiem li jaħdmu permezz ta’ remote working jew teleworking.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi disponibbli u kemm ġew utilizzati taħt l-iskema BM40? Jista’ ukoll jagħti elenku kemm ta’ dawk l-iskejjel li għamlu użu minn dawn il-fondi u kemm li ma għamlux, u jgħid kemm?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet parlamentari 27378 u 29450.